Proġett ta' Triq Diċembru 13 — Traffic Impact Study
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għamlitx Traffic Impact Study fuq l-impatt li l-proġett ta’ Triq Diċembru 13 se jħalli fuq il-lokal tal-Marsa u fuq l-eluf kbar li jużaw din it-triq ta’ kuljum, meta wieħed iqis li skont dikjarazzjoni ta’ Transport Malta stess, dan il-proġett se jieħu mill-anqas sena biex jitlesta? Jekk studju simili ma sarx, jista’ jagħti r-raġuni għalfejn? Jekk min-naħa l-oħra sar xi studju, jista’ jpoġġi d-dettalji tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li xi snin ilu l-gvern kien ħabbar li se jsir xogħol ta’ tiswija fuq aktar minn 400 triq arterjali madwar il-pajjiż, u peress li jidher li numru minnhom għadu ma sar xejn fuqhom, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk it-toroq inklużi f’dan il-pjan li għad ma sar l-ebda xogħol fuqhom u jgħid f’liema lokalitajiet jinsabu? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta x-xogħol fuq dawn it-toroq jista’ jsir u x’żamm milli dawn it-toroq isiru kif kien imwiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jghid jekk il-gvern għandhux il-ħsieb li jirrialloka s-servizzi tad-Dipartiment tad-Dwana li jinsabu l-Port il-Kbir biswit il-cruise liner terminal għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv, xi ħsieb għandu l-Gvern għal dan il-bini?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' żvilupp kien ingħata l-permess, li n-numru tiegħu qed jingħata separatament, mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid jekk humiex minnhom rapporti li l-iżvilupp li sar mhux konformi ma' dak stipulat mill-permess? Jekk dawn ir-rapporti huma minnhom, jista' jgħid għalfejn s'issa ma ttieħdu l-ebda passi minkejja li nġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-permess ta' żvilupp maħruġ fuq is-sit indikat jawtoriżża il-bini ta' bitħa għaż-żamma ta' inġenji u vetturi 'heavy plant' kif ukoll sanar ta' bini li kien jeżisti b' mod irregolari fuq l-istess sit. Tajjeb li jingħad li dan il-bini kien diġa kolpit b'avviż t'infurzar ieħor maħruġ fl-1998 u li llum ma' baqax operattiv appena inħareġ il-permess PA 4086/05.
Nirreferi għall-applikazzjoni indikata mill-Onorevoli Interpellant u cioè PA 4147/09. Sal-llum din l-applikazzjoni li titlob bini ta' garaxxijiet industrijali ġewwa dan is-sit għadha pendenti. Minn spezzjoni li saret riċentament jirriżulta illi xi xogħol konness ma' din l-applikazzjoni laħaq beda minkejja li l-applikazzjoni għadha fi stadju ta' proċess. Barra minn hekk instab ukoll illi l-iżviluppatur installa mpjant li jimmanifattura l-konkos
(batching plant)
mingħajr ma biss intalab permess ta' żvillupp. Għaldaqstant inbdew proċeduri t'infurzar (ECF 189/10) maħruġ fis-26 ta’ Marzu 2010 fejn l-izviluppatur ġie ordnat iwaqqaf l-iżvilupp kollu illegali b'mod immedjat. Sussegwentement il-MEPA għamlet spezzjoni fuq is-sit u ġie kkonfermat li l-
batching plant
ma kienx qiegħed jopera.
L-Awtorità ser tibqa’ ssegwi l-każ u taġixxi skont il-proċedura stabbilita fil-Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu proprjetà l-gvern fil-Belt Valletta li fil-preżent tinsab vojta jew magħluqa?
Kemm minn din il-proprjetà tista' tiġi użata għal skop residenzjali u għal skop kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda proprjetà li mhiex mikrija fil-Belt Valletta ħlief għal xi kantina jew store li jiġu battala minn żmien għal żmien u li dawn jerġgħu jinkrew. Bħalissa hemm madwar 3 ħwienet li huma vojta u li ser jinħarġu bl-offerti dalwaqt. Naturalment dawn ser jinkrew għal skopijiet kummerċjali. Dwar il-proprjetajiet residenzjali, peress li l-kirjiet ta’ residenzi jsiru mill-Awtorità tad-Djar, nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta — Renewable Energy Incentive Scheme
Question
B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 17544, jista’ l-Ministru jispeċifika x’qed ifisser meta jgħid “fi ftit ġimgħat oħra”? Jista’ jagħti time-frame jew data meta dan il-proċess se jerġa’ jibda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi s-sejħa l-ġdida ser tiftaħ qabel Awwissu.
Skema ta' postijiet residenzjali għal single mothers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid:
a) kemm hemm persuni li applikaw għal post fejn jgħixu taħt l-iskema għal
single mothers
;
b) kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet; u
ċ) kemm fil-preżent hemm postijiet residenzjali lesti li jistgħu jingħataw għall-użu ta’ dawn is-single mothers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk hu qiegħed jirreferi għall-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva mingħand single parents, l-Awtorita' tad-Djar sa l-aħħar ta' Mejju kellha 739 applikazzjoni mingħand single parents.
Dawn it-talbiet daħlu fuq medda ta’ snin u l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tagħmel analiżi biex tara jekk l-applikanti għadhomx interessati f’akkomodazzjoni alternattivia.
In-numru ta’ postijiet residenzjali li l-Awtorita’ jkollha għall-applikanti tagħha jvarja minn żmien għall-ieħor peress li jsiru allokazzjonijiet b’mod regolari.
notifika uffiċjali lid-dipartimenti kollha tal-gvern
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ħarġitx notifika uffiċjali lid-dipartimenti kollha tal-gvern biex dawn ma jagħtux kuntratti ta’ xogħol jew supply lill- kumpaniji implikati fil-każ tal-korruzzjoni fid-Dipartiment tal-VAT? Jekk din in-notifika nħarġet, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk in-notifika ma ħarġitx, jista’ jagħti raġuni valida għalfejn din l-ordni ma ħarġitx?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
notifika ufficjali lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk ħarġitx notifika uffiċjali lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, biex dan javża lill-kunsilli lokali kollha ħalli dawn ma jagħtux kuntratti ta’ xogħol jew supply lill-kumpaniji implikati fil-każ tal-korruzzjoni fid-Dipartiment tal-VAT? Jekk din in-notifika nħarġet, jista’ l-Prim Ministru jpoggi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk in-notifika ma ħarġitx, jista’ jagħti raġuni valida ghalfejn din l-ordni ma ħarġitx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għadha ma ħarġet l-ebda notifika uffiċjali f’dan ir-rigward. Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għall-Istqarrija numru 0784 li ħarġet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-3 ta’ Mejju 2010.
Il-Gvern se jressaq emendi biex persuna li tkun kisret il-liġi ma tkunx tista’ tieħu xogħol b’
tenders
tal-Gvern. Dan ikun jgħodd ukoll għall-kumpaniji fejn ikun hemm direttur jew diretturi li jkunu kisru l-liġi. Sallum, il-liġijiet ta’ Malta ma jipprovdux għal dan u meta persuna tingħata interdett mill-Qorti skont il-kodiċi kriminali, dan ikun ifisser biss li ma tkunx tista’ tokkupa kariga pubblika.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l- Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, mill- entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ.li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda biċċa xogħol ta' konsulenza lill-persuna, li d-dettalji dwarha ġew mibgħuta separatament, mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Tista’ l- Ministru tgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-persuna li isimha ntbagħat separatament, mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn l-2004 u l-2009.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l- Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma ngħata l-ebda xogħol ta' konsulenza mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn l-2004 u l-2009 lill-persuna msemmija.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħa separatament mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ.li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — xogħol ta' konsulenza
Question
Tista’ l- Ministru tgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Lill-persuna li isimha ntbagħat separatament ma ngħata ebda xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ.li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta — Renewable Energy Incentive Scheme
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-irregolaritajiet li wasslu biex l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta iktar kmieni dan ix-xahar issospendiet ir-Renewable Energy Incentive Scheme li kienet tnediet fi Frar li għadda? X’passi se jkunu qed jittieħdu dwar dawn l-irregolaritajiet? Kemm kienu n-nies li ntlaqtu mis-sospensjoni ta’ din ir-Renewable Energy Incentive Scheme?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iskema li kienet tnediet fi Frar li għadda twaqqfet, kif anke imħabbar permezz ta' stqarrija għall-istampa fit-30 t’April 2010 wara li tul il-proċess ta’ verifika li kien qed isir mill-MRA, irriżultaw inkonsistenzi f’diversi applikazzjonijiet. Dawn kienu jinkludu differenzi fil-prezzijiet għal tagħmir simili kif ukoll prezzijiet ikkwotati li kienu jinkludu spejjeż li ma kenux eliġibbli għall-għotja (grant) skont artiklu 4.3 tal-linji gwida tal-iskema.
Għaldaqstant ittieħdu passi, kif fil-fatt ġara, u l-iskema twaqqfet. Kien hemm 416-il applikant li ġew infurmati li se jingħataw l-opportunità li jerġgħu japplikaw u se jingħataw preferenza meta jinfetħu l-applikazzjonijiet il-ġodda fi ftit ġimgħat oħra. L-MRA bagħtet ukoll ittra lil kull min applika biex tiżgura li kull applikant huwa nfurmat b’dawn l-iżviluppi.
Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta — Renewable Energy Incentive Scheme
Question
B'referenza għas-sospensjoni min-naħa tal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tar-Renewable Energy Incentive Scheme, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern setax minflok issospenda l-iskema kollha, ħa passi biss fil-konfront ta’ dawk il-kazi fejn allegatament kien hemm irregolaritajiet? Kien ikkunsidrat xi forma ta’ kumpens temporanju lil dawk l-applikanti ġenwini li kienu diġà daħlu f’irbit finanzjarju għax-xiri ta’ solar panels ? Meta huwa maħsub li se terġa' tinfetaħ din l-iskema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iskema ingħalqet għaliex l-inkonsistenzi fl-applikazzjonijiet kienu mifruxa fil-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet. Għar-rigward tal-bqija tal-mistoqsijiet nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 17544.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda biċċa xogħol ta' konsulenza lill-persuna, li d-dettalji dwarha ġew mibgħuta separatament, mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.