Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19121 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PBS — Melita - xandir ta' logħob

Question

In vista tal-fatt li l-Public Broadcasting Services kienet ftehmet mal-Melita li din tal-aħħar ixxandar waħda mill-logħbiet tal-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja esklussivament, in vista tal-fatt li ftehim bħal din jikser l-avviz legali dwar avvenimenti maġġuri li jridu jixxandru free-to-air u in vista tal-fatt li dan kollu ma seħħx wara li l-Melita irrinunzjat għal dan id-dritt volontarjament: a) jista' l-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli biex ġie nnegozjat dan il-ftehim minn naħa tal-Public Broadcasting Services mal-Melita; b) x’tip ta’ pariri legali ttieħu dwar dan il-ftehim mill-Public Broadcasting Services u mingħand min ttieħdu; ċ) min se jinżamm responsabbli għal din id-deċizjoni llegali; d) x’tip ta’ miżuri ttieħdu wara li sar magħruf dan il-fatt ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li għadha kif tat l-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja bħala risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19120.
Leg 11 PQ #19122 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

riforma fis-sistema tal-gwardjani lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn waslet ir-riforma fis-sistema tal-gwardjani lokali li l-Gvern kien ħabbar? Meta ser tibda tigi implimentata u kif ser tkun qed titħaddem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jiltaqgħu żewġ Kumitati apposta li qed jikkordinaw ir-riforma fis-sistema ta’ infurzar lokali bis-sehem ta’ kull min hu nvolut fosthom l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Presidenti tal-Kumitati Reġjonali, il-union li tirrapreżenta l-gwardjani nfushom kif ukoll il-kumpaniji li jipprovdu s-servizz. Il-mira tal-Gvern hi li r-riforma tkun konkluża mill-aktar fis possibli, iżda dejjem skont il-ħidma ta’ dawn il-kumitati li jien infurmat li qed jiltaqgħu fuq bażi regolari. Inkunu f’pożizzjoni li nagħtu aktar dettalji dwar l-implimnetazzjoni tar-riforma u kif se titħaddem is-sistema l-ġdida aktar ’il quddiem.

Toroq li jseħħu inċidenti fihom

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f’Malta fejn bejn is-sena 2000 u llum, seħħew l-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku? Kemm kienu l-inċidenti li seħħew matul dan il-perjodu f’kull waħda minn dawn it-toroq, sena b’sena, b’mod separat? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu ta’ natura fatali? X’passi ttieħdu biex jitnaqqsu l-perikli u biex jitnaqqsu l-inċidenti f’kull waħda minn dawn l-għaxar toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19124 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Toroq li jseħħu inċidenti fihom

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f’Malta fejn bejn is-sena 2000 u llum, seħħew l-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku? Kemm kienu l-inċidenti li seħħew matul dan il-perjodu f’kull waħda minn dawn it-toroq, sena b’sena, b’mod separat? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu ta’ natura fatali? X’passi ttieħdu biex jitnaqqsu l-perikli u biex jitnaqqsu l-inċidenti f’kull waħda minn dawn l-għaxar toroq?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 16547.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv, f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16710 filwaqt li navżah ukoll li l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment m’għandux aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Żvilupp tal-White Rocks

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qed imexxi n-negozjati mal-konsorzju magħzul minnu għall-izvilupp tal-White Rocks? Min huma l-membri l-oħra tal-grupp tan-negozjati? Il-MIMCOL u l-Privatisation Unit qatt kienu involuti f' dawn in-negozjati jew kuntatti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-negozjati se jkunu mmexxija minn tim maħtur mill-Ministeru responsabbli mill-Investiment u dak responsabbli mill-iSport.

Stazzjoni tal-Istat

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk taqbilx mal-policy li uża l-istazzjon tal-istat, finanzjat pubblikament, li biegħ parti mid-drittijiet tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja lil kumpanija privata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-PBS hu parzjalment iffinanzjat mill-Istat. Il-kumpanija tiġġenera 80 fil-mija tal-fondi li għandha bżonn. Dwar il-World Cup, l-istazzjon qatt ma kellu l-għażla li juri l-logħob kollha, iżda kellu jbiegħ 18-il loghba biex ikun finanzjarjament possibli għall-FIFA biex tagħti d-dritt lill-TVM biex ixandar 46 logħba free to air. Il-bejgħ sar b’sejħa għall-offerti u kumpanija waħda biss kellha offerta skont ir-regoli, u din ġiet aċċettata bi prezz li kien aċċettabbli għall-European Broadcasting Union u għall-FIFA.
Leg 11 PQ #18985 Sitting 250 2010-07-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — Triq Diċembru 13

Question

B’riferenza għat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 18364, jista’ l-Prim Ministru jgħid b’liema mod il-Kunsill Lokali tal-Marsa kien notifikat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-progett għal Triq Dicembru 13? Jekk dan kien permezz ta’ ittri ufficjali lil Kunsill, jista’ jpoġġi kopji taghhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Marsa kien notifikat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-proġett għal Triq Diċembru 13 permezz ta' e-mail li kienet intbagħtet fit-13 ta' Marzu 2008 u ittra separata li nbagħtet fl-istess ġurnata fejn l-Awtorità infurmat lill-kunsill bl-applikazzjonijiet ta' żvilupp kollha li kienet irċeviet fil-lokalità tal-Marsa fosthom il-proġett għal Triq Diċembru 13. Peress li kienu nbidlu l-pjanti tal-proġett, l-Awtorità nsistiet li l-proċess ta' l-applikazzjoni kellu jerġa' jibda mill-bidu u għalhekk il-MEPA reġgħet infurmat lill-kunsill bl-applikazzjonijiet ta' żvilupp kollha li kienet irċeivet fil-lokalità tal-Marsa fosthom il-proġett għal Triq Diċembru 13 permezz ta' e-mail fit-28 ta' Ottubru 2009, kif ukoll permezz ta' ittra separata li ntbagħtet fl-istess ġurnata. Kopji tal-email u tal-ittra bid-data tat-13 ta’ Marzu 2008 flimkien mal-email bid-data tat-28ta’ Ottubru 2009 kif indikati fir-risposta tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
Leg 11 PQ #18986 Sitting 250 2010-07-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stazzjoni tal-Istat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-policy li uża l-istazzjon tal-istat, finanzjat pubblikament, li biegħ parti mid-drittijiet tal-loghob tat-Tazza tad-Dinja lil kumpanija privata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-PBS hu parzjalment iffinanzjat mill-Istat. Il-kumpanija tiġġenera 80 fil-mija tal-fondi li għandha bżonn. Dwar il-World Cup, l-istazzjon qatt ma kellu l-għażla li juri l-logħob kollu, iżda kellu jbiegħ 18 il-logħba biex ikun finanzjarjament possibbli għall-FIFA biex tagħti d-dritt lill-TVM biex ixandar 46 logħba free to air . Il-bejgħ sar b’sejħa għall-offerti u kumpanija waħda biss kellha offerta skont ir-regoli, u din ġiet aċċettata bi prezz li kien aċċettabbli għall- European Broadcasting Union u għall-FIFA.

WSC — Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat kenux impjegati nies ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq bazi, full-time, part-time jew b’kuntratt defenit jew indefenit? F’liema karigi gew impjegati? Dawk magħżula intbagħtu mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jew ġew ingaġġjati bl-intervent ta’ xi aġenzija privati? Jekk kien hemm is-sehem ta’ xi agenzija privata, tista’ tgħid min hi u x’kundizzjonijiet ġew inkluzi fil-kuntratt tax-xogħol ta’ dawn il-persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ġimgħat ma kienx hemm impjegati ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Leg 11 PQ #19083 Sitting 250 2010-07-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistenti Parlamentari — remunerazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18813, minħabba li fi tweġiba għall mistoqsija parlamentari 15499 kienet saret referenza għal x'kien il-ħsieb tal-gvern dak iż-żmien, jista' l-Prim Ministru, tliet xhur wara, jgħid kemm hija bl-eżatt fis-sena ir-remunerazzjoni tal-assistenti parlamentari, inkluż xi fringe benefits, jekk hu l-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 18813.

Xandiriet ta' attivitajiet sportivi internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux konxju illi fil-qasam tax-xandiriet ta’ attivitajiet sportivi internazzjonali, bħal fost l-oħrajn logħob tal-football, qed tizvillupa sitwazzjoni fejn il-konsumatur li jkun irid isegwi l-logħob kollu, se jkun kostrett jabbona ma’ żewġ operaturi differenti bi spejjeż mhux żgħar? Jaqbel li f’qasam bħal dan għandhom jiġu applikati miżuri li jwasslu biex l-operaturi differenti jaslu fi qbil bil-għan li l-konsumatur ikun jista' jsegwi l-attivitajiet sportivi in kwestjoni mingħajr ma jkollu jabbona ma’ żewġ operaturi differenti u mingħajr ma jidħol għal spejjeż żejda? Tista' l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni tieħu xi inizjattiva partikolari f’dan is-sens?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18683 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — appart għall-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta biex inxtara jew inħadem apparat għall-użu tal-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex? X’kien dan l-apparat u kemm ġie jiswa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18684 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — bins madwar Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta biex inxtraw jew inħadmu bins bi skop ta’ indafa fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Indafa — bins madwar Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tal-Indafa pubblika biex inxtraw jew inħadmu bins bi skop ta’ indafa fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi s-sena l-oħra intefqu € 36,312.00 biex inxtraw 1200 bin .
Leg 11 PQ #18813 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Remunerazzjoni tal-assistenti parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija fis-sena r-remunerazzjoni tal-assistenti parlamentari, inkluż xi fringe benefitsjekk inhu l-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15499.
Leg 11 PQ #18840 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Ħal Safi — kuntratt

Question

B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 16036 u 16485, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali iffirmax il-kuntratt u għaddiex il-flus lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi għall-finijiet tal-użu ta' uffiċċju mill-Kumitat Reġjonali tan-Nofsinhar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għaddej bit-tħejjijiet tiegħu dwar il-kuntratt mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi sabiex dan jikrilu spazju fi ħdan il-bini amministrattiv tal-Kunsill Lokali għall-finijiet tal-użu ta’ uffiċċju mill-Kumitat Reġjonali tan-Nofsinhar. Għaldaqstant il-kuntratt għadu ma ġiex iffirmat u allura d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għadu m’għadda ebda flus lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi marbutin ma’ din il-kirja.

notifika uffiċjali lid-dipartimenti kollha tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ħarġitx notifika uffiċjali lid-dipartimenti kollha tal-gvern biex dawn ma jagħtux kuntratti ta’ xogħol jew supply lill-kumpaniji implikati fil-każ tal-korruzzjoni fid-Dipartiment tal-VAT? Jekk din in-notifika nħarġet, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk in-notifika ma ħarġitx, jista’ jagħti raġuni valida għalfejn din l-ordni ma ħarġitx?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-notifika ħarġet permezz ta’ ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti Nru 12/2010. Iċ-ċirkulari hija ppublikata wkoll fuq il-website tad-Dipartiment tal-kuntratti. Qiegħed inpoġġi kopja ta’ din iċ-ċirkulari.
Leg 11 PQ #18430 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim fuq membri fl-MCESD

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ftehim li kemm-il darba saret riferenza għalih, u skont il-gvern jistipula biex jiżdiedu l-membri fl-MCESD, kienx ftehim verbali jew jekk kienx ftehim li sar bil-miktub ukoll? Jeżisti ftehim bil-miktub, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-MCESD ġiet stabillita permezz tal-Att Nru. XV tas-sena 2001. Din il-liġi saret wara diskussjoni u qbil unanimu ma’ l-Imsieħba Soċjali. Flimkien, l-Imsieħba Soċjali u l-Gvern qablu dwar liema kellhom ikunu l-organizzazzjonijiet u Korpi Kostitwiti fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Meta din il-Liġi ġiet introdotta kien hemm diskussjoni ma’ l-Imsieħba Soċjali fejn ġie miftiehem li kull tibdil li jseħħ fil-kompożizzjoni tal-Kunsill għandu jkun bi qbil unanimu. Il-ftehim ma kienx sar bil-miktub, pero’ dan jirrikonoxxuh l-Imsieħba soċjali kollha rappreżentati fuq il-Kunsill.

Proġett ta' Triq Diċembru 13

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta kkunsidratx alternattivi oħra minbarra dak propost għall-proġett ta’ Triq Diċembru 13? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid għalfejn dan ma sarx u min-naħa l-oħra jekk diġa' ġew studjati alternattivi oħra, jista’ jagħti d-dettalji tagħhom u jgħid għalfejn ġew skartati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.