Legislature:
Category:
Reset
Active:

trawlers reġistrati f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-trawlers li ġew irreġistrati taħt il-bandiera Maltija u ngħataw il-liċenzja biex joperaw matul l-2009 u sal-lum xahar b’xahar? X’kapaċità (fis-sens ta’ tunnellaġġ) għandhom it-trawlers li ngħataw il-liċenzja biex joperaw? Fl-istess perjodu kien hemm liċenzji li ġew miċħuda jew irtirati? Jekk fl-affermattiv, x’kienet ir-raġuni li minħabba fihom il-liċenzji ġew irtirati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ARMS Ltd — pakkett finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-pakkett finanzjarju li għandhom il-persuni li qed imexxu Arms Ltd u jindika x'tip ta' kariga jew gradi maniġerjali għandhom dawn l-istess persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Flus li ngħataw lill-PBS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li ngħataw lill-PBS għall-produzzjoni tal-programmi li jaqgħu taħt il-Public Service Obligation bejn Ottubru 2009 sa Awwissu 2010? Tista’ tagħti d-dettalji ta’ kif dawn tqassmu skont il-lista tat-tipi tal-programmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hekk kif ikun iffinalizzat l-awdittjar fuq kif tqassmet il-kontribuzzjoni tal-Gvern għall-programmi ta’ servizz pubbliku għall-programmi ta’ servizz pubbliku għas-sena 2009/10, tiġi ppublikata l-lista tal-programmi li bbenefikaw, bil-kontribuzzjoni ndividwali, ġeneru b’ġeneru.
Leg 11 PQ #19527 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus li ngħataw lill-PBS

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li ngħataw lill-PBS għall-produzzjoni tal-programmi li jaqgħu taħt il-Public Service Obligation bejn Ottubru 2009 sa Awwissu 2010? Jista’ jaghti d-dettalji ta’ kif dawn tqassmu skont il-lista tat-tipi tal-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din l-mistoqsija parlamentari ser tiġi mwieġba permezz ta’ risposta f’mistoqsija parlamentari numru 19526 mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Xogħol u Familja.

Għawdex, Mġarr — Yacht Marina

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li ngħataw is-sidien t’opri tal-baħar li kienu jużaw il-yacht marina tal-Imġarr Għawdex biex ikomplu jużaw din il-marina? Il-Gvern huwa konxju mill-petizzjoni miġbura fost dawn l-istess sidien? Jekk fl-affermattiv, se jkun qed jagħmel xi ħaġa biex jintervjeni f'din il-kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-"concession agreement" kien imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid — Triq l-Arkati, resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni kemm se ddum Transport Malta biex tagħti l-approvazzjoni sabiex il-kunsill lokali jkun jista’ jibda x-xogħol ta’ resurfacing ta’ Triq l-Arkati, f’Raħal Gdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-permess għax-xogħlijiet imsemmija ġie sottomess lil Transport Malta mill-kuntrattur f’isem il-Kunsill Lokali Raħal Ġdid f’Mejju 2010. Minħabba li l-Kunsill Lokali stess qed iżomm milli joħroġ il-permess qabel ma jiltaqa’ ma’ min hu konċernat u minħabba li fadal xi dokumenti li jridu jiġu sottomessi mill-kuntrattur u/jew il-Kunsill, Transport Malta mhiex f’pożizzjoni li toħroġ il-permess sabiex jibdew ix-xogħlijiet.

Toroq li jseħħu inċidenti fihom

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f’Malta fejn bejn is-sena 2000 u llum, seħħew l-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku? Kemm kienu l-inċidenti li seħħew matul dan il-perjodu f’kull waħda minn dawn it-toroq, sena b’sena, b’mod separat? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu ta’ natura fatali? X’passi ttieħdu biex jitnaqqsu l-perikli u biex jitnaqqsu l-inċidenti f’kull waħda minn dawn l-għaxar toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel tlett mistoqsijiet ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja ma' taqax fid-dekasteru tiegħi. Dwar l-aħħar mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 15397.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — uffiċċju fil-Belt

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16417, jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija oriġinali li baqgħet mhux imwieġba u jgħid jekk jaħsibx li huwa ġust li kulħadd qed jiġi mġiegħel jitla' Ħal Luqa b'inkonvenjet kbir għal bosta, b'mod partikolari għall-anzjani u nies li m'għandhomx trasport? Peress li fit-tweġiba li l-Ministru irreferieni għall-mistoqsija parlamentari 16378, x'qed iġiegħel lill-Ministeru tiegħu jieħu daqshekk fit-tul biex isib post ieħor fil-Belt biex iservi ta' uffiċċju għall-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jaqdi bl-aħjar mod lill-konsumaturi wara li ngħalaq l-uffiċċju li kien hemm fil-Belt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ARMS Ltd qegħda fi stadju avvanzat ta’ negozjati biex tikri s-sular ta’ isfel ta’ Gattard House, il-Blata l-Bajda.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħol ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ.li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena kemm kienu s-servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi minħabba kontijiet pendent? Jista’ jindika kemm minn dawn kienu servizzi domestiċi u kemm minnhom kienu kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant Illia l-ammont ta’ servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi minn Jannar sa Ġunju 2010 hu ta’ 1152, b’781 sospenzjoni ta’ servizzi domestiċi u 371 kummerċjali. Minn dawn total ta’ 642 ingħataw s-servizz tad-dawl lura, b’384 servizzi domestiċi u 258 kummerċjali. F’ħafna mill-każijiet, l-konsumaturi laħħqu ftehim biex iħallsu l-kontijiet pendenti bin-nifs.

Proġett ta' Triq Diċembru 13 — Traffic Impact Study

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għamlitx Traffic Impact Study fuq l-impatt li l-proġett ta’ Triq Diċembru 13 se jħalli fuq il-lokal tal-Marsa u fuq l-eluf kbar li jużaw din it-triq ta’ kuljum, meta wieħed iqis li skont dikjarazzjoni ta’ Transport Malta stess, dan il-proġett se jieħu mill-anqas sena biex jitlesta? Jekk studju simili ma sarx, jista’ jagħti r-raġuni għalfejn? Jekk min-naħa l-oħra sar xi studju, jista’ jpoġġi d-dettalji tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan il-proġett ma jikwalifikax għal Traffic Impact Study.

Xandiriet ta' attivitajiet sportivi internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux konxju illi fil-qasam tax-xandiriet ta’ attivitajiet sportivi internazzjonali, bħal fost l-oħrajn logħob tal-football, qed tiżvillupa sitwazzjoni fejn il-konsumatur li jkun irid isegwi l-logħob kollu, se jkun kostrett jabbona ma’ żewġ operaturi differenti bi spejjeż mhux żgħar? Jaqbel li f’qasam bħal dan għandhom jiġu applikati miżuri li jwasslu biex l-operaturi differenti jaslu fi qbil bil-għan li l-konsumatur ikun jista' jsegwi l-attivitajiet sportivi in kwestjoni mingħajr ma jkollu jabbona ma’ żewġ operaturi differenti u mingħajr ma jidħol għal spejjeż żejda? Tista' l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni tieħu xi inizjattiva partikolari f’dan is-sens?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi skond il-liġi vigenti l-Awtorita’ dwar il-Komunikazzjoni m' għandiex poteri biex tirregola l-kompetizzjoni f’pajjizna, l-anqas fil-qasam tal-Kommunikazzjoni. Il-materja li semma l-Onor. Interpellant tista - kemm il-darba d-drittijiet tal-awtur jippermettu - forsi tiġi regolata mid-Divizjoni dwar il-Kompetizzjoni Gusta jew l-Uffiċju tal-Konsumatur.
Leg 11 PQ #19125 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, mill-bidu tas-sena s’issa, kull xahar, kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali f’kull lokalita’ f’Malta u Għawdex?Kemm minn dawn kienu kontestati quddiem it-tribunali lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru: a) il-kontravvenzjonijiet kollha li ħarġu mill-Gwardjani Lokali bejn l ta’ Jannar 2010 u it-30 ta’ Ġunju 2010, xahar b’xahar u skont il-lokalità; u il-kontestazzjonijiet minn Jannar sa Ġunju xahar b’xahar u skont it-tribunal.
Leg 11 PQ #19126 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tal-Petizzjonijiet — każijiet imressqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin, inkluż is-sena 2010 s’issa, kemm kienu l-każijiet imressqa quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet? Kemm minn dawn il-każijiet ingħataw raġun minn dan l-istess bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena kemm kienu s-servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi minħabba kontijiet pendent? Jista’ jindika kemm minn dawn kienu servizzi domestiċi u kemm minnhom kienu kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’ seduta oħra.
Leg 11 PQ #17555 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-imsemmi persuna mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

riallokazzjoni tas-servizzi tad-Dipartiment tad-Dwana

Question

Jista’ l-Ministru jghid jekk il-gvern għandhux il-ħsieb li jirrialloka s-servizzi tad-Dipartiment tad-Dwana li jinsabu l-Port il-Kbir biswit il-cruise liner terminal għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv, xi ħsieb għandu l-Gvern għal dan il-bini?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda nformazzjoni jekk is-servizzi tad-Dipartiment tad-Dwana, li jinsabu fil-Port il-Kbir, humiex se jiġu trasferiti għal xi post ieħor.
Leg 11 PQ #19119 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LES Management Committee

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-LES Management Committee? Liema membri kienu appuntati mill-gvern biex iservu fuq dan il-kumitat? Jista’ jgħid x’inhi d-differenza bejn l-LES Management Committee u l-iStakeholders Committee tal-LES?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illil-Membri fuq il-bord tat-Tmexxija LES Management Committee huma dawn: Maurice Caruana – Chairperson Henri Darmanin – Membru George Cremona – Membru Joseph Chetcuti – Membru Peter Calleja – Membru Edgar Gatt – Segretarju Il-Membri kollha tal-Kumitat ġew maħtura mill-Gvern. Il-Kumitat tat-Tmexxija dwar is-Sistema ta’ Infurzar Lokali għandu jipprovdi l-linji gwida, il-politika ġenerali u t-tħaddim tas-sistema tal-infurzar loakli. Il-Kumitat ta’ Stakeholders jkollu r-responsabbilità li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat tat-Tmexxija. Dan il-kumitat ikun magħmul min rappreżentanti tat-Trade Unions, il-provditur tas-servizz tas-sistema ta’ infurzar lokali elettroniku, Uffiċjali Awtorizzati, l-Aġenzji tal-Gwardjani Lokali, il-Pulizija u l-ħames Kumitati Reġjonali, u jkun immexxi mill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-Kumitat ta’ stakeholders għandu l-istes Segretarju ta’ dak tat-Tmexxija.

PBS — Melita - xandir tal-logħob

Question

In vista tal-fatt li l-Public Broadcasting Services kienet ftehmet mal-Melita li din tal-aħħar ixxandar waħda mill-logħbiet tal-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja esklussivament, in vista tal-fatt li ftehim bħal din jikser l-avviz legali dwar avvenimenti maġġuri li jridu jixxandru free-to-air u in vista tal-fatt li dan kollu ma seħħx wara li l-Melita irrinunzjat għal dan id-dritt volontarjament: a) tista' l-Ministru tgħid min kien responsabbli biex ġie nnegozjat dan il-ftehim min-naħa tal-Public Broadcasting Services mal-Melita; b) x’tip ta’ pariri legali ttieħu dwar dan il-ftehim mill-Public Broadcasting Services u mingħand min ttieħdu; ċ) min se jinżamm responsabbli għal din id-deċizjoni llegali; d) x’tip ta’ miżuri ttieħdu wara li sar magħruf dan il-fatt ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-negozjati tal-PBS tmexxew mill-ex Kap Eżekuttiv Albert Debono. Il-PBS kien u hu konxju mill-obbligi legali, inkluż li ċerti avvenimenti maġġuri li jridu jixxandru free-to-air. U dan kien qed jiġri f’din il-World Cup ukoll. Il-liġi titlob li l-opening match u l-logħob mill-quarter finals ’il fuq, jixxandu free to air. Jiġifieri, il-liġi tesiġi li b’kollox jixxandru 9 logħbiet. Bl-arrangament li l-PBS laħaq mal-Melita, liema arrangament kien dak offrut mill-FIFA, l-PBS kien se jxandar 46 logħba diretta. Dwar il-logħba tal-kwarti tal-finali, l-aġent Kap Ezekuttiv kien diġà laħaq ftehim mal-Melita biex din tixxandar in a delayed manner. B’hekk minkejja l-ftehim mal-Melita, il-liġi wkoll kienet se tiġi osservata għax din il-logħba wkoll kienet se tintwera free to air. Għalhekk ma kien hemm ebda deċizjoni llegali, li dwarha għandu jinżamm xi ħadd responsabbli u wisq inqas m’hemm xi passi x’jittieħdu.