Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19729 Sitting 259 2010-10-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Broadcasting Services — arranġament mal-kumpanija Go għall-kanali free to air

Question

|Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex veru illi l-Public Broadcasting Services għamlet arranġament mal-Kumpanija GO biex din tal-aħħar tittrasmetti l-kanali free to air? Kemm se jiswa dan l-arranġament tal-Public Broadcasting Services? Għaliex sar dan l-arranġament mingħajr ebda sejħa pubblika għall-offerti? Il-frekwenza diġitali tal-Public Broadcasting Services se jintużaw mill-kumpanija GO b'saħħa ta' dan l-arranġament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja f’mistoqsija parlamentari numru 19728.

Kumpanija Palumbo — ħaddiema barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kumpanija Palumbo, li l-Gvern għaddielha t-Tarzna, applikatx biex iġġib ħaddiema barranin jaħdmu magħha? Jekk iva, kemm hu n-numru tagħhom, f'liema snajja huma u minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Palumbo timpjega ħaddiema waħda barranija. Din taħdem bħala segretarja u hija Taljana.

Arms Ltd — ftuħ ta' uffiċċju ġdid

Question

Peress li ftit xhur ilu l-Ministru kien indika li Arms Ltd kienet fi ftit taż-żmien se tiftaħ uffiċċju l-Belt Valletta, biex taqdi lill-konsumaturi b’mod li jixraq, u peress li issa sar magħruf li ttieħdet deċizjoni li din il-fergħa ta' ARMS Ltd se tinfetaħ f’Gattard House Blata l-Bajda, jista' l-Ministru jgħid: a) x’ġara mill-pjanijiet għall-uffiċċju fil-Belt u għalfejn dan ġie mwarrab; u b) kemm se tkun qed tħallas Arms Ltd għall-kirja f’Gattard House?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċju tal-ARMS ġewwa Gattard House fi Blata l-Bajda ġie magħżul għaliex jaqdi n-neċessitajiet rikjesti mill-konsumatur. Dan jinkludi ukoll it-tibdil neċessarju fis-sistema tat-toroq u żoni pedonali fl-inħawi. Konsegwentament, mhux se jinfetaħ uffiċċju ġewwa l-Belt Valletta. Huwa fil-ħsieb li jinfetħu ukoll żewġ uffiċji oħra, minbarra dak eżistenti ġewwa Għawdex, biex il-konsumatur jinqeda aħjar. Il-kirja għal Gattard House hija ta’ €78,757 kull sena li titħallas lill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 11 PQ #19638 Sitting 258 2010-10-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inawgurazzjoni tat-tined tat-tempju ta' Ħaġar Qim

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tat-tined tat-tempji ta' Ħaġar Qim? Jista' jagħti breakdown tal-ispejjeż kollha li saru, min kienu l-kuntratturi involuti u b'liema mod intgħażlu? Minn liema vot tħallsu l-ispejjeż ta' din iċ-ċerimonja? Min kienu l-esponenti tal-gvern mistiedna? Min kienu l-esponenti tal-oppożizzjoni mistiedna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Instab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess ta’ ġbir ta’ kontijiet u għalhekk għadu prematur sabiex nagħti informazzjoni kompleta.
Leg 11 PQ #19639 Sitting 258 2010-10-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' tinda fuq it-tempji neolitiċi

Question

Issa li l-gvern ħabbar li se jsir investiment sostanzjali biex tinbena tinda fuq it-tempji neolitici ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex l-inħawi fil-viċinanzi tal-istess tempji jinġiebu fi stat li jixraq lil żona turistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett tal-Fondi Strutturali Ewropej li jinvolvi lit-Tempji ta’ Ħal Tarxien se jwassal għal titjieb sostanzjali fl-inħawi ta’ madwar it-tempji li huma amministrati minn Heritage Malta. Apparti t-tinda protettiva, se tiġi nstallata wkoll walkway li mhux biss se tipproteġi l-art preistorika iżda wkoll se tiffaċilita’ l-aċċess u ttejjeb l-esperjenza tal-viżitaturi. Dan kollu se jeħtieġ titjieb u tisbiħ konsiderevoli fiż-żona ta’ madwar it-tempji.
Leg 11 PQ #19640 Sitting 258 2010-10-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Heritage Trail bejn it-Tempji ta' Ħal Tarxien u ta' Ħal Saflieni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk meta jitlesta x-xogħol tat-tinda fuq it-tempji ta’ Ħal Tarxien, il-gvern għandux il-ħsieb li jinvesti biex tinħoloq Heritage Trail li tgħaqqad dawn it-tempji ma' dawk ta' Ħal Saflieni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li kemm it-Tempji ta’ Ħal Tarxien kif ukoll l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni huma amministrati minn Heritage Malta, diġa hemm miżuri preżenti li jgħaqqdu ż-żewġ siti ma’ xulxin: · Riklamar bejn sit u ieħor sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jmorru fiż-żewġ siti; · Tingħata pjanta tat-triq li tifred liż-żewġ siti sabiex tidderieġi lill-viżitaturi; · Sinjali fit-toroq li jwassluk minn sit għall-ieħor; · Tqassim ta’ fuljetti informattivi u bejgħ ta’ kotba fuq iż-żewġ siti; · F’Ħal Tarxien tingħata informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal- bookings fl-Ipoġew peress li f’dan is-sit id-dħul huwa limitat minħabba raġunijiet ta’ konservazzjoni.

Mediċina Tenofivir

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-mediċini Tenofivir, li persuni li huma HIV Positive għandhom bżonn jeħduha kuljum, mhux qegħdin ikunu dejjem in stock b’ mod adegwat, tant li hemm okkazjonijiet fejn persuni jingħataw biss stock ta’ ġimgħa? X’soluzzjoni hemm f’każ ta’ emerġenza dwar din il-mediċina la darba din ma tistax tinxtara mis-settur privat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-mediċina Tenofovir tinstab in stock fl-Ispizerija tal-Isptar Mater Dei. Li ġara huwa li din is-sena kien hemm żieda sostanzjali fil-konsum ta’ dawn il-pilloli. Għalhekk kien hemm xi żmien fejn il-pazjenti bdew jingħataw stokk limitat biex ikun jista’ jinqeda kulħadd. F’każijiet ta’ emerġenza, id-Dipartiment tal-Procurement jaddotta proċedura ta’ xiri ta’ mediċini skont il-provvedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern.

Ħal Għaxaq — Servizzi fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Triq Giovanni Scicluna, Triq l-Ispavier, Triq in-Narċis u l-inħawi magħrufa bħala ż-żona ta' Landar f'Ħal Għaxaq biex jiġu mgħoddija s-servizzi fihom b'mod permanenti u jsir il-wiċċ ta' dawn it-toroq li s'issa qatt ma saru u li r-residenti ħallsu r-road contributions tagħhom madwar 16-il sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19277.

tiswija ta' toroq arterjali

Question

Peress li xi snin ilu l-gvern kien ħabbar li se jsir xogħol ta’ tiswija fuq aktar minn 400 triq arterjali madwar il-pajjiż, u peress li jidher li numru minnhom għadu ma sar xejn fuqhom, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk it-toroq inklużi f’dan il-pjan li għad ma sar l-ebda xogħol fuqhom u jgħid f’liema lokalitajiet jinsabu? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta x-xogħol fuq dawn it-toroq jista’ jsir u x’żamm milli dawn it-toroq isiru kif kien imwiegħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19277.

Marsa, Triq is-Sajjied — Żbroff tad-drenaġġ

Question

Peress li xhur ilu, l-Ministru kien qal li l-problema tal-iżbroff tad-drenaġġ fi Triq is-Sajjied il-Marsa, se tiġi solvuta bl-istalazzjoni ta’ pompa apposta, u peress li f’din il-Kamra l-Ministru kien indika li din kellha tiġi stallata sa Ġunju li għadda, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk din il-pompa fil-fatt ġietx stallata? Jekk le, għal liema raġuni dan ix-xogħol ma sarx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Marsa, Triq is-Serkin — Street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Korporazzjoni Enemalta qed iżżomm u fil-passat irrifjutat talbiet tal-Kunsill Lokali tal-Marsa, biex Triq is-Serkin fil-Marsa jkollha sistema adegwata ta’ street lighting?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba għal dawl adekwat qiegħda tiġi nvestigata flimkien ma’ talbiet oħra simili.

National Changeover Committee — audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kenux ġew audited l-accounts ta’ dak li kien il-National Changeover Committee? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn l-accounts fuq il-Mejda tal-Kamra? Fl-istess waqt jista’ l-Ministru jgħid x’nefqiet kienu saru mill-persuna li kien jokkupa l-kariga ta’ Chairman tan-National Changeover Committee, inkluż dawk li kienu tħallsu bi credit card li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellent li n-National Euro Changeover Committee (NECC) ma kinitx entità awtonoma iżda unit fi ħdan il-Gvern b’vot rikkorenti taħt il-Ministeru tal-Finanzi. Għaldaqstant in-nefqiet tal-NECC kienu u għadhom soġġetti għal verifa tal- Internal Audit and Investigations Department u tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda uffiċċjal tal-NECC ma kellu għad-disposizzjoni tiegħu credit cards għall-użu uffiċċjali tal-NECC. Fl-aħħarnett l-infieq taċ-chairman kienu kif se ngħid hawn taħt: 2006 - €340.95 2007 - €979.64 2008 - €217.10

Malta Enterprise — Chairman eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ x’kienu n-nefqiet li saru miċ-Chairman eżekuttiv tal-Malta Enterprise sena b’sena mill-2008 sal-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd — Rapporti ta' Kunflitt ta' interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx daħlulu rapporti ta' kunflitt ta' interess fil-konfront tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd? Jekk iva, meta daħlulu? X' kienu dawn ir-rapporti u x' passi ħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress illi fil-Ministeru tiegħi ma teżistix il-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Agrikoltura u Sajd nitlob lill-Onor Interpellant biex jispeċifika għal-liema Direttur Ġenerali qiegħed jirreferi. Però, tajjeb jingħad li meta l-Ministeru jirċievi rapporti ta’ kunflitt ta’ interess li huma sostnuti jimxi skont il-proċedura stabbilita.
Leg 11 PQ #19590 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd — Rapport ta' Kunflitt ta' interess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx daħlulu rapporti ta' kunflitt ta' interess fil-konfront tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd? Jekk iva, meta daħlulu? X' kienu dawn ir-rapporti u x' passi ħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat ma daħlux rapporti ta’ kunflitt ta’ interess fil-konfront tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd.

Ħal Għaxaq — ta' Landar u Triq Carmelo Rosario Dimech - xogħol meħtieġ

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6613 u press li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 11379 kien intqal verbalment li x-xogħol kellu jitlesta sal-aħħar tal-2009, jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex ix-xogħol in kwestjoni għadu mhux lest?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol tal-Water Services Corporation ġewwa Triq Dun V. Scicluna Hermandez tlesta ftit tal-jiem ilu. Il-bqija tax-xogħol fit-toroq li jgħaqqdu ma’ din it-triq, jiġifieri Triq Settembrina u Triq l-Isparvier, ippjanat li jsir wara li jitlesta x-xogħol fi Triq Dun V. Scicluna Hermandez. Bħalissa għaddej xogħol fi Triq Settembrina u wara jinbeda x-xogħol fi Triq l-Isparvier. Madankollu, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 11379 jiena ma għedtx li x-xogħol kellu jitlesta sal-aħħar tal-2009.

delegazzjoni fil-Golf — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa u min ħallas l-ispejjeż għall-vjaġġ li l-Prim Ministru u delegazzjoni sħiħa għamlu ftit tal-ġimgħat ilu fil-Golf? Minn fejn ġie mikri l-ajruplan użat minn din id-delegazzjoni? Kemm tħallas għall-kiri tal-ajruplan użat minn din id-delegazzjoni? Tista’ tingħata l-lista sħiħa ta’ dawk kollha li kienu fuq dan l-ajruplan f’dan il-vjaġġ kollu u f'isem liema entità u kapaċità kienu jiffurmaw parti minn din id-delegazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kirja ta’ l-ajruplan għaż-żjara fil-Golf saret abbażi ta’ 4 stimi mitluba lil kumpanniji li joffru dan is-servizz. Il-proposta tal-Medavia kienet l-aktar waħda ekonomika u vantaġġjuza bi prezz ta’ €185,000. Kull parteċipant f’din id-delegazzjoni ħallas sehmu għal użu ta’ l-ajruplan u għalhekk is-somma globali ġiet maqsuma bejn il-parteċipanti kollha. Jakkumpanjaw lill Prim Ministru matul din iz-zjara kien hemm 55 persuna li kienu qed jirraprezentaw: 4 Insituzzjonijiet Privati 19 Ministeri u Entitajiet Pubbliċi 24 Intrapriżi 6 Ġurnalisti Il-vjaġġ li għamlu uffiċċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, li kienet tifforma parti mid-delegazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru, ġie jiswa lill-Ministeru s-somma ta’ €16,721.22, li tinkludi ħlas ta’ €15,600 għall-kiri tal-ajruplan lil Malta Enterprise li għamlet l-arranġamenti neċessarji. Id-delegazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi kienet iffurmata mill-Onorevoli Ministru, Deputat Kap tas-Segretarjat u l- Communications Co-ordinator.

Proġett ta' Triq Diċembru 13

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta kkunsidratx alternattivi oħra minbarra dak propost għall-proġett ta’ Triq Diċembru 13? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid għalfejn dan ma sarx u min-naħa l-oħra jekk diġa' ġew studjati alternattivi oħra, jista’ jagħti d-dettalji tagħhom u jgħid għalfejn ġew skartati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-każ tal-proġett ta’ Triq Diċembru 13, Transport Malta m’identifikatx alternattivi oħra minn dak li ġie propost għall-istess proġett. Skont din il-proposta, x-xogħlijiet li jridu jsiru huma fuq road footprint eżistenti mingħajr il-bżonn ta’ kostruzzjoni ta’ toroq ġodda. Dan kollu għandu joħloq l-inqas inkonvenjent għat-traffiku eżistenti fuq rotta arterjali bħalma hi dik bejn il-Marsa u l-Belt Valletta. Diffiċli tiddentifika alternattivi għal dan il-proġett, peress li l-underpass propost hija triq diretta u ma ttellifx it-traffiku eżistenti li jgħaddi mit-triq arterjali bejn il-Marsa u l-Belt.