CEO il-ġdid tal-Arms Ltd — informazzjoni dwar l-ingaġġ
Question
Peress li l-CEO il-ġdid tal-Arms Ltd, kien għadu jokkupa kariga maniġerjali fl-Air Malta meta tħabbar l-ingaġġ tiegħu mal-Arms Ltd, jista’ l-Ministru jgħid jekk:
a) Din il-persuna rriżenjatx minn impjieg tagħha mal-Air Malta qabel ingaġġat ruħha mal-Arms Ltd;
b) Jekk dan il-persuna rriżenjat, jista’ jagħti data ta' meta rriżenjat;
ċ) Din il-persuna qed titlob li tingħata l-Early Retirment Scheme offruta lil impjegati tal-kumpanija, u jekk fl-affermattiv meta għamlet it-talba tagħha; u
d) F’każ li saret talba f’dan is-sens, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pozizzjoni tiegħu fuq l-istess talba?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi;
L-ingaġġ ta’
CEO
ma’ ARMS Ltd. sar b’effett mill-14 t’Ottubru. Mill-istess data sal-31 t’Ottubru il-persuna ħadet
leave
tagħha mill-Air Malta.
Din il-persuna rriżenjat mill-Air Malta b’effett mill-1 ta’ Novembru.
Ma saret l-ebda talba għall-
Early Retirement Scheme.
Arms Ltd — kwestjoni dwar ittra mibgħuta lil familji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi dikjarata bħala rtirata l-famuża ittra llegali li l-Arms Ltd kienet bagħtet b’mod abbużiv lil mijiet ta’ familji?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minkejja li huwa wkoll f’dan il-Parlament qabel li għandha tintalab skuża bil-miktub lil mijiet ta’ familji li rċevew l-ittra abbużiva mingħand l-Arms Ltd, din il-kumpanija s’issa għadha ma ħaditx dan il-pass?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Arms Ltd — kwestjoni dwar ittra mibgħuta lil familji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li kienu rċevew l-ittra llegali mill-Arms Ltd u li kienu mhedda b’sekwestru jekk ma jħallsux il-kont fi żmien ftit jiem, fil-fatt marru l-Arms u ħallsu l-ammont dovut? Jista’ jgħid jekk dawn kenux ukoll ħallsu l-€12 imposti illegalment mill-Arms fuq l-istess persuni bħala ħlas għal ittra taparsi legali? Kif se jigu rimbursati dawk li diġà ħallsu t-€12?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
enitatjiet, kumpaniji u agenziji governattivi — dettalji dwar id-djun
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar id-djun li għandhom entitatjiet, kumpaniji u agenziji governattivi liema djun ma jidhrux fl-estimi tal-budget minħabba skuża teknika? Jista’ jgħid kemm huwa s-self li għamlu l-istess entitajiet, kumpaniji u agenziji biex iħallsu dan id-dejn u kemm qed iħallsu f’imgħaxijiet, kull xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
House of the Four Winds mogħtija lil Bank of Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb separatament għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet:
B’liema mod ittieħdet id-deċiżjoni li l-Gvern jagħti s-sit ewlieni magħruf bħala House of the Four Winds lil Bank of Valletta?
Kien il-Gvern li għamel din l-offerta jew kien il-bank li għamel talba ghal dan is-sit?
Kemm hi stmata l-House of the Four Winds, u min għamel l-istima?
Kien hemm proprjetajiet oħra li kienu kkunsidrati u jekk iva, liema kienu?
Kemm hi stmata l-proprjetà tal-Bank of Valletta li se taqa' bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt?
Il-valur tal-proprjetà li ngħata bħala kumpens lill-Bank of V alletta huwa inkluż fl-istima ta' €80 miljun li l-Gvern ta għall-proġett?
Għaliex il-Gvern ma ħassx li kellu jiġi quddiem il-Parlament biex jgħaddi proprjetà pubblika prima bħal House of the Four Winds lil dan il-bank?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u l-kundizzjonijiet dwar it-trasferiment ta' din il-proprjetà?
Il-Gvern rabat b'xi mod lill-Bank of Valletta li ma jistax ibigħ din il-proprjetà lil terzi jew x'tip ta' żvilupp jista' jsir biha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-House of the Four Winds ġiet allokata lill-Bank of Valletta bħala post alternattiv għall-fond li l-Bank of Valletta kellu f’South Street, liema fond huwa meħtieġ in konnessjoni mall-proġett ta’ Bieb il-Belt. Ma saret l-ebda stima tal-bini magħruf bħala l-House of the Four Winds peress li dan inkera lill-BOV bl-istess kera, termini u kundizzjonijiet li dan kellu fuq il-fond ġewwa South Street.
Il-House of the Four Winds ingħatat b’allokazzjoni diretta skont id-disposizzjoni tal-Artiklu 3 tal-Att Dwar it-Trasferiment tal-Artijiet tal-Gvern (Kap 268) u skont il-provediment tal-klawsola 6 (e) (ii) tal-Iskeda annessa mal-istess Att.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt il-kundizzjonijiet li jirregolaw din il-kirja.
Il-Bank of Valletta ma jistax ibiegħ din il-proprjetà peress li dan igawdi biss titlu ta’ kirja. Kull żvilupp li jsir irid ikollu l-permess tal-Kummissarju tal-Artijiet u tal-awtoritajiet konċernati, inkluża l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fejn ikun hemm il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Arms Ltd hijiex iżżomm xi tariffa jew ħlas lill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tieħu ħsieb il-kontijiet tagħhom? Jekk iva, kemm hi din it-tariffa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill–Onorevoli Interpellant li qegħdin fil-proċess li jiġu stabiliti definite service level agreements bejn il-kumpanija u ż-żewġ Korporazzjonijiet. It-transizzjonijiet bejn il-korporazzjonijiet u l-kumpanija jsiru fuq il-bażi ta’ dawn l-SLA’s. Fil-preżent, iż-żewġ korporazzjonijiet qegħdin jiffinanzjaw l-operat ta’ l-ARMS, b’budget stabbilit fil-bidu tas-sena.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20313, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-azzjoni mmedjata li qed jgħid li ttieħdet biex dak li ġara jiġi rimedjat? Dawk li irċevew l-ittra oriġinali, għalfejn għadhom sal-lum ma rċevew xejn bil-miktub biex ikunu infurmati li l-ittra li rċevew hija nulla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ebda ħlas addizzjonali ta’ €12 ma ġie miżjud fil-kontijiet rispettivi.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20366, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika? Jikkonferma li din is-sejħa saret u l-evalwazzjoni tal-applikanti saret mill-kumpanija KPMG? Minnu li kienu ġew short-listed ħames applikanti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20366.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ inhi l-fehma tiegħu dwar l-ittri legali mhux iffirmati li Arms Ltd. qed tibgħat lil konsumaturi? Jista’ jgħid min iddetermina l-ħlas addizzjonali ta’ €12? Din koperta mil-leġislazzjoni relatata dwar tariffi tad-dawl u ilma? Xi tkopri din it-tariffa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20313.
Ftit jiem ilu il-President tal-GRTU, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ġie kkwotat li kiteb pubblikament is-segwenti meta kien qed jirreferi għal persuni li waqqfu l-Malta Developers Association: "These are the same people who only a few years ago basked under the tax amnesty awarded to them by Minister Tonio Fenech. Many in the hall that applauded benefitted from this greatest money laundering exercise of hundreds of millions of tax evaded moneys." Jista' l-Ministru jgħid x’ inhuma l-kummenti dwar din l-allegazzjoni fejn jissemma hu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20314.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19937 u jgħid x’ inhi l-fehma tiegħu dwar l-ittri legali mhux iffirmati li Arms Ltd. qed tibgħat lil konsumaturi? Jista’ jgħid min iddetermina l-ħlas addizzjonali ta’ €12? Din koperta mil-leġislazzjoni relatata dwar tariffi tad-dawl u ilma? Xi tkopri din it-tariffa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hija prassi normali, li tintuża anke mid-Dipartimenti tat-Taxxa li jintbagħtu ittri ta’ twissija għal min ma jħallasx, fejn il-konsumatur ikun infurmat mill-proċess legali li jsegwi f’każ li dan jibqa’ ma jirregolarizzax is-sitwazzjoni tiegħu.
Madankollu, din l-ittra, intbagħtet mill-ARMS b’mod awtomizzat mingħajr verifiki interni minn qabel. Dan wassal biex ir-referenza għal ħlas addizzjonali saret b’mod prematur. Ittieħdet azzjoni immedjata biex dan ikun rimedjat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19938 u ċioe: Ftit jiem ilu il-President tal-GRTU, li dettalji qed jingħataw separatament, ġie kkwotat li kiteb pubblikament is-segwenti meta kien qed jirreferi għal persuni li waqqfu l-Malta Developers Association: "These are the same people who only a few years ago basked under the tax amnesty awarded to them by Minister Tonio Fenech. Many in the hall that applauded benefitted from this greatest money laundering exercise of hundreds of millions of tax evaded moneys." Jista' l-Ministru jgħid x’ inhuma l-kummenti dwar din l-allegazzjoni fejn jissemma hu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma jidhirlix li għandi nikkummenta dwar rimarki mgħoddija minn individwi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19288, jista' l-Ministru jgħid kemm qed idaħħal il-gvern komplessivament (mhux separatament) mill-kiri ta' spazju f'Dar Malta fi Brussell mit-tlett kumpaniji li semma' hu stess fit-tweġiba? Min hi u kif ġiet magħżula l-aġenzija li aġixxiet bħala go-between bejn il-Gvern Malti u dawn il-kumpaniji fin-negozjati għal kiri ta' spazju f'Dar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20005, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-OB Unit użat biex ixxandret din iċ-ċerimonja, kienx l-OB Unit tal-Public Broadcasting Services u jekk il-produzzjoni tal-features għall-istess okkażjoni sarux minn ħaddiema tal-Public Broadcasting Services? Jekk ix-xogħol in kwistjoni kien outsourced, jista' jgħid:
a) lil liema kumpanija jew kumpaniji ngħata dan l-inkarigu mill-Public Broadcasting Services;
b) għalfejn il-Public Broadcasting Services abdikat milli tagħmel dan ix-xogħol bl-impjegati u l-apparat tagħha;
ċ) saret sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet għal dan is-servizz; u
d) f'idejn minn kienet fdata l-koordinazzjoni?
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju li għandu l-Kap Eżekuttiv tal-Arms Limited?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji tal-pakkett finanzjarju huma dawn:
Il-pakkett finanzjarju tal-Kap Eżekuttiv tal-ARMS Ltd. jikkonsisti f’kuntratt definit ta’ ħames snin, b’salarju ta’ €65,223 u
allowance
ta’ €4,669 fis-sena, kif ukoll
performance bonus
ta’ 15%. Il-kuntratt ikopri ukoll spejjeż ta’ telefonija kif ukoll assigurazzjoni u l-użu ta’ karozza tal-kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Arms Limited kienx magħżul wara sejħa pubblika? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat l-avviż u kemm applikaw għal din il-kariga? Jekk fin-negattiv, jista’ l-Ministru jgħid kif saret l-għażla finali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kariga ta’ CEO hi pożizzjoni ta’ fiduċja (position of trust) u li għaldaqstant mhux obbligu li l-għażla ssir wara sejħa pubblika. F’dan il-każ il-kuntratt ma jkunx wieħed indefinit.
MTA — appart għall-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta biex inxtara jew inħadem apparat għall-użu tal-għawwiema fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex? X’kien dan l-apparat u kemm ġie jiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija nkarigata biss minn numru limitat ta’ bajjiet madwar Malta. Din is-sena l-awtorità qiegħda toffri s-servizzi tagħha fuq il-bajjiet ta’ San Ġorġ (Paceville), Buġibba Perched Beach, Golden Bay u l-Għadira. Apparti dan l-MTA bdiet servizz pilota fuq bajjiet bil-blat fiż-żona ta’ Font Għadir (Sliema) u Qawra Point (Qawra). L-MTA nefqet madwar €102,000 fuq apparat biex għawwiema jkunu jistgħu jgħumu b’kumdità fil-bajjiet tagħna. Dawn jinkludu manifatturar u twaħħil ta’ walkways, sinjali informattivi, materjal neċessarju għall-operat ta’ lifeguards u beach supervisors, servizzi addizjonali ta’ toilets, xogħlijiet ta’ riparar u manteniment.
Malta Film Commission — investiment għal sound stage
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar mill-Malta Film Commission matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena biex jinbeda l-proċess ta’ żvilupp ta’ sound stage ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Film Commission għaddejja mill-proċess tat-tfassil ta’ “feasibility and cost report” fuq il-bini ta’ sound stage flimkien ma’ esperti f’dan is-settur. Il-proċess, li għadu għaddej, mistenni li jingħalaq fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru kemm kien hemm persuni li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena bbenefikaw mit-tnaqqis fit-tariffa għall-liċenzji sabiex jinżamm apparat għall-komunikazzjoni bis-satellita għal skopijiet industrijali ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena żewġ kumpaniji bbenefikaw minn tnaqqis fit-tariffa għall-liċenzji fir-rigward ta' apparat ta' radjukomunikazzjoni bis-satellita.
Fond għax-Xiri ta’ Xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja — arti kontemporanja mixtrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta twaqqaf il-Fond għax-Xiri ta’ Xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja u kemm kien l-ammont ta’ biċċiet ta’ xogħlijiet ta’ arti kontemporanja li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena inxtraw mingħand artisti Maltin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Fond għax-Xiri ta’ Xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja twaqqaf fil-Budget tal-2009,bħala vot taħt il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni.
Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet rigward ix-xogħlijiet ta’ Arti Kontemporanja li jistgħu jintgħażlu u l-ewwel biċċiet mistennija jinxtraw fil-ġimgħat li ġejjin.