Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23648 u jgħarraf lil din il-Kamra jekk il-lift li hemm fil-bini magħruf bħala Evans Building il-Belt fejn hemm il-Malta Standards Authority huwiex miżmum skont l-avviż legali li jirregola l-lifts?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi lift huwa rreġistrat mal-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards skond l-Avviż Legali Numru 231/2007 bin-numru E/AK/0006/99. L-aħħar spezzjoni saritlu fl-1 ta’ Diċembru 2010 u l-ispezzjoni li jmiss hi skedata għall-Gunju li ġej, hekk kif stabbilit fl-istess Regolamenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-budget li qed ikun approvat mill-Ministeru, għall-operazzjoni u t-tħaddim ta’ Channel 22? Kemm hemm impjegati f’dan l-istazzjon u f’liema kariga? Hemm individwi jew kumpaniji privati li qed jagħtu servizzi lil Channel 22 u jekk fl-affermattiv, tista’ tagħti lista tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
enitatjiet, kumpaniji u agenziji governattivi — dettalji dwar id-djun
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar id-djun li għandhom entitatjiet, kumpaniji u agenziji governattivi liema djun ma jidhrux fl-estimi tal-budget minħabba skuża teknika? Jista’ jgħid kemm huwa s-self li għamlu l-istess entitajiet, kumpaniji u agenziji biex iħallsu dan id-dejn u kemm qed iħallsu f’imgħaxijiet, kull xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont il-European System of Accounts (ESA 95), kif ipprovdut fil-Manual on Government Deficit and Debt, jeżistu kriterji speċifiċi li fuqhom l-entitatjiet kollha tal-gvern jew jiġu kklassifikati fi ħdan is-settur tal-General Government jew inkella f'settur ieħor. Waħda mill-kriterji ewlenin hija jekk l-entità jkollha aktar minn 50 fil-mija tal-production costs iffinanzjati permezz ta' sovvenzjoni mingħand il-gvern, din tkun ikklassifikata bħala parti mis-settur tal-General Governement, iżda hemm kriterji oħra li jinkludu l-assi, iż-żamma ta' accounts separati, u l-orjentament tal-prezzijiet lejn dawk tas-suq.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-pakkett finanzjarju li għandu ċ-Chief Executive Officer tal-Arms Ltd u jgħid jekk dan ġiex miżjud u fil-każ b’kemm, minħabba karigi oħra li ngħatawlu fi ħdan l-istess kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20365.
Arms Ltd — applikazzjonijiet ta' bdil fid-dettalji tal-kontijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet għall-bdil fid-dettalji tal-kontijiet tal-konsumaturi li ġew mormija min-naħa tal-Arms Ltd? X’passi ttieħdu biex dawk li se jispiċċaw milquta minn dan in-nuqqas kbir tal-Arms Ltd jiġu avżati u x’rimedju se jingħataw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-kopja tal-istqarrija maħruġa dwar dan is-suġġett li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji fuq fejn kien hemm involut safar b’xogħol fl-aħħar sitt xhur għaċ-Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid ukoll l-iskop ta’ dan is-safar, kemm ġie jiswa lill-Korporazzjoni u jagħti breakdown tal-ispejjeż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tindika kif intnefqu l-fondi li ngħataw mill-gvern lill-Public Broadcasting Services bħala public service obligation għall-perjodu Ottubru 2009 - Ottubru 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS tkun tista’ tissottometti d-dettalji mitluba ghas-sena Ottubru 2009 – Settembru 2010 meta jiġu awditjati.
CEO u t-top management tal-PBS — pakkett finanzjarju
Question
Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju li għandhom iċ-Chief Executive Officers tal-Public Broadcasting Services u t-top management tal-kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa — infiq mill-PBS
Question
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-infiq li sar s’issa min-naħa tal-Public Broadcasting Services biex itella’ l-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa? Tista’ tagħti breakdown tan-nefqa totali u tindika liema kuntratti ngħataw b’direct order jew wara sejħa għall-offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għall-ewwel darba, din is-sena il-festival ġie mtella’ b’mod kummerċjali u l-PBS għamlet net profit mill-organizazzjoni tal-festival u ma ntużawx l-ebda fondi pubbliċi.
Euro inc vat
Remarks
Lighting & lighting consoles
€25,519
Tender
Screens
€17,700
Tender
Venue
€23,998.84
Tender
Stage
€38,940
Tender
Sound
€12,799.46
Tender
Hire of OB
€10,325
direct (sole supplier)
Hire of crane
€9,794
direct (sole supplier)
Coordinator personnel
€3,540
Consultancy
Audio personnel
€6,844
Consultancy
Lighting personnel
€11,564
Consultancy
Performers
€10,800
Performers
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħatat lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan hux qed jibgħat ittri biex jiġbor ċitazzjonijiet antiki li ma kenux ġew imħallsa? Jista’ jgħid lil min qabbad il-kunsill ta’ San Ġiljan biex jagħmel dan u jekk ħariġx sejħa għall-offerti pubblika għal dan il-għan? Jekk fil-fatt ħarġet sejħa pubblika, jista’ jpoġġi kopja ta’ din is-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’ Mistoqsija Parlamentari numru 23149.
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk il-lift li hemm fil-bini magħruf bħala Evans Building il-Belt fejn hemm il-Malta Standards Authority huwiex miżmum skont l-avviż legali li jirregola l-lifts?
Membri tal-Korp tal-Pulizija — talba għal reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija - rank, rank li talbu għal reduced hours? Kemm-il talba intlaqgħet rank rank, b'kemm tnaqqas il-ħin u jekk tali talba ġiet miċħuda x'inhuma r-raġunijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 50 membru tal-Korp tal-Pulizija – 2 surġenti u 48 kuntistabbli li qiegħdin jaħdmu bir-reduced hours ta’ 75%. Kien hemm żewġ talbiet minn Spetturi li gew miċhuda minħabba esiġenzi tal-Korp.
Wieħed irid ifakkar li l-grad ta’ spettur tal-pulizija huwa xogħol, li minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, speċifikament dik investigattiva, ma jistax ikun imxekkel b’xi limitu ta’ ħin. Biex nagħti eżempju, dmir ewlieni ta’ spettur huwa li jkun xogħol 24 siegħa kuljum, u li jinvolvi ruħu b’mod dirett f’kull investigazzjoni.
Ma jagħmilx sens u mhux fl-aħjar interess tal-investigazzjonijiet kriminali li każ li jkun inbeda minn spettur, jieqaf jew inkella b’xi mod jitkompla minn spettur ieħor għax l-ispettur ikun bdieħ ikun jaħdem bir-
reduced hours
.
Hija ħaġa normali li spettur jiġi msejjaħ jirraporta għax-xogħol wara li dan ikun temm il-ġurnata normali tax-xogħol tiegħu, partikolarment f’każi serji ta’ kriminalita’ u inċidenti oħra. Dan barra dmirijiet oħra bħalma huma ordnar in konnessjoni ma’ attivitajiet reliġjużi, politiċi, sportivi u manifestazzjonijiet pubbliċi oħra li lkoll jifformaw parti integra mix-xogħol ta’ Spettur tal-Pulizija. Dan barra r-responsabbilità tiegħu li jieħu ħsieb in-nies ta’ taħtu fil-branka jew fid-diviżjon fejn ikun stazzjonat.
B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 23406, u peress li l-Ministru indika għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22906, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta' reat sofrew il-persuni msemmija f’din ir-risposta li ħadu kumpens?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Attachments:23651 - Compensation to victims of crime - reason.xls
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23342, u peress li l-Ministru ma jridx jagħti informazzjoni lil din il-Kamra bl-iskuża tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, jista’ l-Ministru jiċħad jew jikkonferma dak li deher fl-artiklu msemmi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa minnu li sa mill-bidu tal-eżistenza tal-kumpanija, il-linja tal-ajru kellha politika ta' biljetti b'xejn jew bl-irħis skont il-każ. Bħala parti mill-proċess ta' ristrutturazzjoni, il-Pjan ta' Ristrutturar se jħares lejn il-lista ta' persuni li huma eliġibbli għal-biljetti b'xejn jew bl-irħis u jieħu d-deċizjonijiet meħtieġa skont il-bżonn.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 23344, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-raġunament li wassal biex subien minn Raħal Ġdid li se jattendu l-iskola sekondarja mis-sena d-dieħla, se jagħmlu l-Form 1 tas-Sliema u Form 2 l-Ħamrun? Ma taħsibx li dan iħalli effetti negattivi fuq l-istudenti li f’sentejn ikollhom jibdlu darbtejn l-ambjent tagħhom u sforzi finanzjarji fuq il-familji peress li jkollhom anki spejjeż doppji fejn jidħlu l-uniformijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid jiffurmaw parti minn Kulleġġ San Ġorġ Preca, fil-livell sekondarju s-subien jattendu Kulleġġ San Gorġ Preca Sekondarja Subien, Ħamrun (Il-Liċeo). Għall-ewwel sena tas-sekondarja jkunu tas-Sliema. Mill-Form 2 ‘l hemm imorru l-Ħamrun. Din is-sitwazzjoni ilha hekk diversi snin u ma ħalliet l-ebda effetti negattivi fuq l-istudenti. M’hemm l-ebda piż finanzjarju peress li l-uniformi hi waħda. Dik tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Fond għall-Vittmi tal-Kriminalità u min huma dawk li huma eliġibbli li jitolbu għal kumpens minn dan il-Fond?
X’għandna nifhmu eżattament bil-kliem "vittmi tal-kriminalità"?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jeżisti ebda fond li jġib l-isem imsemmi fid-domanda.
Madankollu l-Onorevoli Membru jista’ jinnota li matul iż-żmienijiet l-Gvern ħass il-bżonn illi s-soċjetà tikkompensa lill-vittmi ta’ ċerti tipi ta’ reati li jeffettwwaw l-ordni pubbliku fil-pajjiż.
Fis-snin 70 it-Teżor kien beda jamministra skema illi kienet tikkompensa lill-vittmi ta’ attakki bil-bombi. Din l-iskema kompliet.
Fl-1988 il-Kabinett kien iddeċieda li jingħata kumpens lill-vittmi ta’ reati li jkunu seħħu bħala riżultat ta’ falliment fiż-żamma ta’ l-ordni pubbliku u f’ sitwazzjonijiet fejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija ikunu sofrew dannu fuq il-persuna tagħhom bħala rizultat tal-qadi ta’ dmirijiethom. Din l-iskema tkompliet ukoll.
Aktar reċentement, abbażi ta’ direttiva ta’ l-Unjoni Ewropeja, ġie provdut għall-għoti ta’ kumpens lill-vittmi ta’ ċerti tipi ta’ reati vjolenti fuq il-persuna permezz ta’ l-Avviz Legali 190 ta’ l-2007.
Fond tal-Vittmi tal-Kriminalità — persuni li jikkawlifikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li biha persuna li tħoss li tkun spiċċat vittma ta’ att kriminali, tapplika għall-kumpens mill-Fond tal-Vittmi tal-Kriminalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Fir-rigward ta’ talbiet magħmula taħt l-Avviż Legali 190 ta’ l-2007 il-proċedura hija dik stipulata fl-istess Avviż Legali u għall-benefiċċju ta’ l-Onorevoli Membru qiegħed jiġi riprodott r-regolament rilevanti:
“Talba għal kumpens.
4.
(1) Talba għall-kumpens taħt dawn ir-regolamenti ssir lill-Uffiċjal Assistent u tiġi mgħoddija lill-Ufficjal dwar it-Talbiet li jiddeċiedi
dwar l-għotji u ħlasijiet ta’ kumpens. L-Uffiċjal dwar it-Talbiet jinħatar skont dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet kif il-Ministru jqis
xierqa.
(2) It-talbiet għandhom jigu sottomessi f’perjodu raġonevoli ta’ żmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sena minn meta jkun
kommess id-delitt volontarju bi vjolenza. L-applikazzjonijiet għandu jkollhom magħhom ir-rapport tal-Pulizija
"
.
It-talbiet għandhom isiru fil-Justice Unit, Triq it-Teżorerija l-Antika, Valletta.
Dwar talbiet għal kumpens li jsiru taht skemi oħra ta’ kumpens għall-vittmi ta’ ċerti tipi ta’ reati, dawn it-talbiet għandhom isiru lill-Ministeru tal-Ġustizzja u għandhom ukoll ikunu sostnuti b’evidenza dokumentarja li turi l-ħsarat imġarrba u r-rabta ta’ dawn mar-reat.
Jista' l-Ministru jgħid, minn meta twaqqaf il-Fond għall-Vittmi tal-Kriminalità kemm kienu dawk li ressqu talba għall-kumpens?
Għal liema minn dawn il-każi ġie aċċettat li jingħata kumpens u kemm kien l-ammont li ngħata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpens lill-vittmi tal-kriminalita' jitħallas mill-Gvern skont it-talbiet li jkun hemm minn sena għal oħra u wara li dawn jiġu eżaminati u aċċettati jew skont l-Avviz Legali 190 ta’ l-2007 jew skont skemi ta’ kumpens lill-vittmi ta’ ċerti tipi ta’ reati illi ilhom jiġu mwettqa mill-Gvern b’turija ta’ solidarjeta' soċjali mal-vittmi.
Dwar id-dettalji mitluba l-Onorevoli membru huwa mitlub jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22906.