Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istima approssimattiva tal-gvern dwar kemm hija n-nefqa rikorrenti fuq kull immigrant irregolari miżmum f'detenzjoni fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni rikjesta li qed jitlob l-Onor. Interpellant, sabiex tigi kkalkulata in-nefqa fuq kull wiehed mill-immigranti irregolari, tirrikjedi hin twil biex tigi komputata.
Spiża kapitali tal-Armata fuq immigranti rregolari
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża kapitali u rikorrenti ta’ l-Armata fuq l-immigranti rregolari fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Nefqa kapitali tal-pulizija fuq immigranti rregolari
Question
Jista l-Ministru jghid x’kienet l-ispiza kapitali u rikorrenti tal-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti rregolari fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rapportati lill-pulizija bejn Jannar u April tas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011? Jista jagħti l-istatistika xahar b’xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Jan
Feb
Mar
Apr
2008
25
18
34
19
2009
50
40
43
36
2010
40
46
48
35
2011
57
60
91
79
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ April 2011 kemm kienu dawk li għandhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-Arms Limited minħabba kontijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward qtugħ tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, l-ARMS ma taffettwax il-qtugħ innifsu, iżda tirrikkomanda liż-żewġ korporazzjonijiet, b’dawk il-kontijiet li jkunu jgħoddu għal qtugħ, minħabba li ma jkunx sar il-ħlas.
Bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm 166 sospenzjoni tal-elettriku u 10 tal-ilma fuq kontijiet domestiċi.
servizz tad-dawl u ilma sospiż — kontijiet kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ April 2011 kemm kienu dawk li għandhom kontijiet kummerċjali li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-Arms Limited minħabba kontijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rigward qtugħ tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, l-ARMS ma taffettwax il-qtugħ innifsu, iżda tirrikkomanda liż-żewġ korporazzjoijiet, b’dawk il-kontijiet li jkunu jgħoddu għal qtugħ, minħabba li ma jkunx sar il-ħlas.
Bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm 125 sospenzjoni tal-elettriku u 2 tal-ilma fuq kontijiet kummerċjali.
kontijiet tad-dawl u ilma sospiżi — kontijiet domestiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ April 2011 kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li rċevew notifika uffiċjali min-naħa tal-Arms Limited li kienu se jissospendulhom il-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jekk ma jħallsux l-ammont mitlub fi żmien għaxart ijiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħala proċedura, sabiex l-konsumaturi jingħataw iċ-ċans biex jirregolaw ruħhom mal-pagamenti dovuti, l-ARMS l-ewwel tibgħat notifika valida għal perjodu ta’ 10 ijiem. Sussegwentament, jekk ma jsirx pagament wara li tintbagħat din l-ewwel notifika, tintbagħat notifka oħra li tkun dik finali, u valida għal perijodu ta’ 7 ijiem.
F’każ li xorta waħda, minkejja l-aħħar notifika finali ta’ 7 ijiem, ma jkunx ġie affetwat l-ebda pagament, l-ARMS tirrikkomanda liż-żewġ korporazzjonijiet, b’dawk li jkunu l-kontijiet jgħoddu għal qtugħ.
Bejn Jannar u April ta’ din is-sena, inħarġu 5,429 notifika.
Minn dawn kien hemm 3,337 minnhom li ma rregolawx ruħhom permezz ta’ pagamenti u allura kien neċessarju li tintbgħat it-tieni notifika.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjoni proċessati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal perjodu Jannar – April, mill-2008 sal-2011, sena b’sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li ntbagħtet lis-sajjieda reġistrati fid-9 ta' Novembru 2010, iffirmata mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatamemt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra mitlub, niġbed l-attenzjoni tal-istess Onorevoli Interpellant li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn il-liċenzja għas-sajd li tirreferi għall-bastimenti u nġenji, u dawk tar-reġistrazzjoni tal-individwi kemm bħala kaptan, yachtmaster jew membru tal-crew, jew ir-reġistrazzjoni marittima għan-navigazzjoni tal-bastimenti. Din l-ittra tirreferi biss għar-reġistrazzjoni bħala membru fuq il-crew list.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet ir-raġuni li minħabba fiha l-Public Broadcasting Services iddeċieda li jwarrab sistema li ilha taħdem għexieren ta’ snin fejn il-pagi tal-managers u l-ħaddiema kienu jinħadmu mid-dipartiment tal-accounts u ħaddiema full-time tal-Public Broadcasting Services stess, biex issa se jibdew jinħadmu minn kumpanija privata bi spejjeż akbar? Min ħa din id-deċiżjoni?
Hija konxja l-Ministru li diġà hemm każi pendenti ta' impjegati li bil-barka ta’ xi ħadd ingħataw ħlasijiet żejda għax-xogħol normali tagħhom, bl-ordni u l-barka ta’ xi ħadd imlaħħaq sewwa fil-PBS u li bil-proċedura l-ġdida din il-prassi tista' tirrepeti ruħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24106, liema deċiżjoni kienet waħda Maniġerjali.
Mhux minnu li dan it-tibdil fis-sistema wassal biex ingħataw ħlasijiet żejda.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25352, la l-persuna indikata qed tieħu ħsieb ix-xogħol amministrattiv tal-istazzjon Education 22, tista’ l-Ministru tgħid min hi l-persuna li qed tieħu ħsieb tmexxi l-aspetti tekniċi u ta' produzzjoni ta’ dan l-istazzjon?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bis-saħħa tal-ftehim li sar bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u l-PBS kemm l-aspett tekniku kif ukoll dak ta’ produzzjoni qed jieħu ħsiebu l-PBS.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra fir-Reġistru Pubbliku bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kull xahar separatament, u minn liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li żżewġu bir-reġistru biss, jew bil-Knisja u bir-reġistru, bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kull xahar separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar żwiġijiet li kienu reġistrati għall-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant.
Kavallier ta’ San Gakbu — tariffi biex tittella' wirja
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hija t-tariffa li jkollu jħallas artist biex itella’ wirja tal-arti fil-Kavallier ta’ San Gakbu? Huwa minnu li apparti l-ħlas mitlub, kull artist li juża dan il-post irid iħalli ukoll biċċa xogħol artistika tiegħu? Jekk huwa hekk, jista’ jingħad kemm kienu l-biċċiet tal-arti li tħallew lill-Kavallier ta’ San Gakbu u fejn jinsabu dawn ix-xogħlijiet kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif spjegat fl-applikazzjoni li tinsab faċilment fuq is-sit elektroniku tal-Kavallier ta' San Gakbu, it-tariffi huma deċiżi wara diskusjonijiet bejn l-artist u ċ-ċentru. Dawn it-tariffi huma bbażati fuq dawn l-aspetti: stima ta' kemm ix-xogħol preżentat għandu valur kummerċjali jew le, il-fama tal-artist, u l-prezz li l-artist qed jitlob għax-xogħol tiegħu kif indikat fil-lista ippublikata mill-artist stess. It-tariffa minima hija ta' €230. L-ogħla tariffa hija ta' xi €600. Iżda hawnhekk irrid inżidu li ċ-ċentru jgħarraf li hemm xogħolijiet li għandhom aspett artistiku għoli, u li allura jistħoqilhom jkunu ppreżentati, iżda ma' jkollhomx valur kummerċjali. F'dan il-każ iċ-ċentru jidħol bħala sieħeb fil-proġett billi joffri l-post b'xejn. Hawnhekk inridu nżidu wkoll li t-tariffi ma jirriflettu xejn f'termini kummerċjali l-valur ta' servizzi li ċ-ċentru qed joffri lill-artist. Dawn is-servizzi jinkludu ċentru miftuħ għall-pubbliku għal iktar minn 76 siegħa fil-gimgħa, servizz amministrattiv, pubbliċita` fuq is-sit elektroniku tiegħu, u newsletter bl-email li toħroġ kull ġimgħa.
Huwa minnu li, bħal mużewijiet oħrajn, iċ-ċentru jsaqsi 'l artisti biex iħallu biċċa xogħol minn tagħhom. Din tingħażel wara diskussjoni bejn l-artisti u ċ-ċentru. Dawn ix-xogħlijiet huma fil-pussess taċ-ċentru. Qed jinżamm inventarju ta' dan ix-xogħol kollu, li b'hekk, ftit, ftit, qed tinħoloq kollezzjoni żgħira tal-arti kontemporanja Maltija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar inventarju.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-proċedura biex individwu li jkollu liċenzja/permess biex jarma fuq il-monti banka jew anke tnejn, u li jkollu lil xi wild jaħdem miegħu full-time u li jkun reġistrat bħala tali, jittrasferixxi dawn il-permessi lil ibnu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uniku bejjiegħa bil-posta li jistgħu jittrasferixxu l-liċenzja tagħhom huma dawk ta’ Strada Merkanti il-Belt Valletta, Marsaxlokk (is-suq ta’ kuljum) u tat-Tokk, Għawdex. Biex isir trasferiment, wieħed għandu japplika mas-Sezzjoni tal-Liċenzji tad-Dipartiment tal-Kummerċ fuq il-formola speċifika.
Liċenzji ta’ bejjiegħa tal-monti fi swieq oħra mhumiex trasferibbli.
liċenzja għal bastiment — nies fuq il-waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta’ persuni li qed jistennew li jingħataw liċenzja MFA jew MFB għall-bastimenti tas-sajd tagħhom? Jista’ jgħid kemm hemm għal kull kategorija? Jista’ jgħid jekk humiex fuq kollox jinħarġu liċenzji ġodda MFA u MFB u jekk mhumiex, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li sad-data tal-llum għandhom applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sajd taħt il-kategorija MFA huwa ta’ 110 filwaqt għall-kategorija MFB hemm 48. Din il-waiting list ilha tinġabar mill-1 ta' Mejju 2008.
Ir-Reġistru jinżamm magħluq sabiex jitħares l-Entry/Exit Regime skont kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003, li jistipulaw li m’ għandux jinqabeż il-livell ta' tunnellaġġ u potenza għall-flotta tas-Sajd Maltija.
Ninsab ukoll mgħarraf li bħalissa għaddej proċess biex ikun stabbilit jekk issirx reviżżjoni tar-reġistru skont il-kriterji li jitfasslu fil-Fisheries Advisory Board li jinkludi fih rappreżentanza tal-i
stakeholders
kollha involuti fis-sajd.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25265, jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw biex jattendu dan il-kors u x’jiġri mil-liċenzji fil-każ li jkun hemm min ma jattendix għal dan il-kors?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-kors applikaw 975 persuna. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ebda rabta bejn il-kors u l-liċenzji tas-sajd imma dan il-kors huwa inizjattiva biex ikun żgurat li kull min ikun fuq Crew List ikollu taħriġ bażiku dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-baħar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25316, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-awdituri tal-Public Broadcasting Services? Kemm jitħallsu dawn l-awdituri tax-xogħol li jagħmlu għall-PBS? Kemm se jkun il-ħlas għal dan is-servizz temporanju li se tkun qed titħallsu mill-PBS il-kumpanija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Meta l-PBS se toħroġ sejħa pubblika għal offerti biex dan is-servizz ikun kopert bi proċeduri stabbiliti u li jixraq li jkunu segwiti minn kumpanija statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni dwar l-awdituri tiġi ppubblikata kull sena fl-Audited Accounts tal-PBS. L-Awdituri huma Ernst & Young, u l-ħlas huwa ta’ €10,000 kull sena, b’ammont addizzjonali ta’ €3,858 relatati ma’ xogħol ieħor bħal komputazzjoni tat-taxxa.
Il-ħlas għas-servizz temporanju sabiex jinħadmu l-pagi huwa ta’ €236 fix-xahar, filwaqt li s-sejħa pubblika għal dan ix-xogħol se toħroġ aktar tard dan ix-xahar.