Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26293 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26065, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pulizija mhix f’sitwazzjoni li tgħid kemm-il serqa kienet rapportata lilhom li saret fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni miġbura fir-rapporti li jkunu saru lill-Pulizija ma tinkludix sezzjoni speċifikament relatata mal-post fejn ikun seħħ reat jew inċident iżda fuq it-tip ta' reat u fuq il-lokalita'. Għalhekk il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni biex tiġi mwieġba din id-domanda tirrirkjedi ammont sostanzjali ta' ħin u ta' riżorsi sabiex tiġi kompilata.

Pompi tal-petrol — żieda fil-commission

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol biex jingħataw żieda fil-commission? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-ftehim u kemm tammonta din iż-żieda? Jista' jgħid x'inhuma eżatt il-commitments li s-sidien intrabtu bihom? Jista' l-ftehim imsemmi jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument bl-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija informazzjoni pubblika u ilha aċċessibbli fuq il- website tal-Awtorità ta Malta għar-Riżorsi ( http://www.mra.org.mt/energy_decisions.shtml ) sa mill- 31 ta’ Marzu 2011.

Upgrading tal-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min stabbilixxa ċ-ċifra ta' €25 miljun bħala spiża li trid tintnefaq fuq upgrading ta' pompi tal-petrol? Jista' jgħid kif ġiet stabbilita din iċ-ċifra u jekk din ġietx korroborata ma' stimi oħra? Jista' jgħid x'ġara mill-fond li kien twaqqaf mill-Korporazzjoni Enemalta biex suppost jagħmel tajjeb għal din l-ispiża?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ €25 miljun issemmiet mir-rappreżentanti tas-sidien tal-pompi tal-petrol bħala stima li l-istess rapprezentanti qed jallegaw li se tiswa l-upgrading. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din l-mistoqsija dwar dettalji ta’ kif kienet ibbażata l-istima ta’ dan l-ammont lill-assoċjazzjoni tas-sidien. Il-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa mmexxi minn kumpanija ffurmata mis-sidien tal-pompi tal- petrol . Għaldaqstant id-deċiżjoni dwar x’ser isir mill-fondi hija purament f’idejn l-istess sidien tal-pompi tal- petrol. Tajjeb li ngħid li l- maximum mark-up approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi jinkludi 0.00555 €/litru li qabel kien imur fil- fund issa qed imur direttament għand is-sidien tal-pompi tal-petrol.
Leg 11 PQ #26288 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta' Villa Rundle

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn fejn qed tinġieb il-materja prima għall-proġett ta’ Villa Rundle? Xi kemm huwa maħsub li jkun il-valur sħiħ ta’ din il-materja prima għal dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-materja prima hija minn sorsi lokali kif ukoll barranin. Il-valur tal-materja prima li jinkludi wkoll ix-xogħol, il-ġarr u t-tqegħid huwa stmat li jiswa €1,039,675.83 (Vat Eskluż).
Leg 11 PQ #26289 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle, bus terminus u promenade taż-Żewwieqa — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huwa/min huma l-kuntrattur/i li qed jagħmlu xogħol/xogħlijiet fuq dawn il-proġetti f’Għawdex: Villa Rundle, il-bus terminus il-ġdid u l-promenade taż-Żewwieqa? Kemm huwa maħsub li se jiġi jiswa b’kollox kull wieħed minn dawn il-proġetti? Xi ħlasijiet saru s'issa lill-kuntrattur/i involuti fuq kull proġett b’mod separat? Meta beda x-xogħol fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti u meta huwa maħsub li jitlesta kull wieħed minn dawn il-proġetti ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex għar-rigward il-parti tal-mistoqsija li tittratta dwar il-bus terminus jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella t’hawn taħt. Il-proġett tal- Upgrading tal-Villa Rundle huwa stmat li jiswa €2,479,360.54 (Vat Inkluż). Ix-xogħlijiet bdew f'Lulju 2008 u maħsuba li jispiċċaw din is-sena. Name of Contract Name of Contractor Value of Contract (incl VAT) Amount Paid incl VAT Upgrading Works at Villa Rundle Gardens Road Construction Co. Ltd. 1,722,802.19 1,171,645.86 Electrical Installation at Villa Rundle Gardens Central Power Installations (CPI) Ltd. 301,869.58 181,121.75 Tender for Project Management at Villa Rundle Gardens S&A Quality Assurance 35,341.00 15,903.45 Quotations for Billboards MFCC 1,416 1,416 Il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront huwa stmat li jiswa €6,240,364.38 (Vat inkluż). Ix-xogħlijiet bdew f’Mejju 2011 u maħsuba li jispiċċaw is-sena d-dieħla. Name of Contract Name of Contractor Value of Contract (incl VAT) Amount Paid incl VAT Works tender for the Civil Works and embellishment of the Zewwieqa Waterfront, Ghajnsielem, Gozo Road Network Joint Venture – Lot 1 & Lot 3 3,757,564.81 35,872.00 0.00 GRV Joint Venture – Lot 2 65,914.46 0.00 Cost Benefit Analysis Europa Research & Consultancy Services 22,000 22,000 Construction Management Services for the Upgrading of Zewwieqa Waterfront S&A Quality Assurance 141,069.83 0.00
Leg 11 PQ #26290 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Multi għal rimi illegali ta' skart f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu multi għal rimi illegali ta’ skart f’Għawdex bejn l-2004 u l-2010, sena b’sena b’mod separat? Jista' jagħti d-dati ta' meta seħħ kull każ? Jista' jgħid fejn seħħ kull każ? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti l-ksur tal-liġi f’kull każ? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta’ kull multa? Jista' jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji/individwi involuti f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.

Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji — istituzzjonijiet finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti mal-Malta Financial Services Authority dwar servizzi mogħtija minn istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji finanzjarji reġistrati f'Malta? X'passi ħadet l-MFSA fuqhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-Rapport Annwali tal-MFSA għas-sena 2010 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 2 ta’ mejju 2011. F’paġni 84 u 85 ta’ dan ir-rapport huma elenkati n-numru ta’ każijiet ġodda li rċeviet il-unit għall-Ilmenti tal-Konsumatur fl-2010 u li kienu jammontaw għal 172. Matul l-2010 ingħalqu 153 każ, li wħud minnhom kienu ġejjin mis-sena ta’ qabel, filwaqt li baqqa’ 145 pendenti. Qed inpoġġi wkoll kopja tar-rapoort annwali għall-istess sena li ħareġ il-unit għall-ilmenti tal-konsumatur, li fih tingħata klassifika dwar l-eżitu tal-każijiet li ngħalqu.
Leg 11 PQ #26239 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Information Act — implimentazzjoni

Question

Wara dak li ġie kkwotat li qal il-Ministru f'ġurnal lokali dwar l-implimentazzjoni tal-Information Act li ilha sentejn approvata minn din il-Kamra iżda qatt ma ddaħħlet fis-seħħ, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol biex dipartiment tal-gvern ikunu f'pożizzjoni li jidħlu għall-obbligi ta' din il-liġi bdew f'Marzu li għadda, jiġifieri xahrejn ilu biss, meta l-liġi ġiet approvata sentejn ilu? Jista' jgħid meta din il-fażi se tkun lesta biex jinħareġ l-Avviż Legali neċessarju ħalli l-liġi tidħol fis-seħħ u l-poplu u l-media jkunu jistgħu jagħmlu użu mid-drittijiet ta' din il-liġi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li, minkejja l-impressjoni li setgħet ingħatat fl-artiklu fl-istampa li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, ix-xogħol biex is-Settur Pubbliku jitħejja għad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Ligi ilu li beda ferm qabel Marzu li għadda. Xogħol preparatorju intensiv beda jsir f’dan il-Ministeru fl-ewwel xhur tal-2009, kważi immedjatament wara li għaddiet il-Liġi. F’Lulju 2009, ġew ippubblikati l-ewwel Avviżi Legali li daħlu fi-seħħ partijiet mill-Liġi. Proprju f’dak iż-żmien u x-xhur immedjatament wara, saru l-ewwel workshops dwar l-Att u l-implikazzjonijiet tiegħu, li kienu ndirizzati lejn il-Kapijiet u Uffiċjali għolja oħra tas-Settur Pubbliku. F’Diċembru tal-2009, imbagħad, saret l-ewwel laqgħa għal Uffiċjali nominati apposta biex jikkordinaw dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ talbiet li jistgħu jsiru skont din il-Liġi. Sessjonijiet ta’ taħriġ f’livelli varji tas-Settur Pubbliku kollu bdew isiru fi Frar tal-2010 u baqgħu għaddejjin kważi ininterrotament tul dik is-sena. F’Marzu tal-2011 imbagħad, beda jsir taħriġ fuq is-sistema eletronika li se tintuża biex tiffaċilita' l-ipproċessar tat-talbiet u tassigura livell ta’ uniformità bejn Dipartiment u ieħor. L-Onorevoli Interpellant żgur japprezza l-importanza li Ligi sensittiva bħal din tiġi implimentata bl-akbar livell ta’ preparazzjoni possibli biex jintlaħaq il-għan li tagħmel is-Settur Pubbliku aktar trasparenti għas-sodisfazzjon tal-pubbliku in ġenerali. Għalhekk huwa essenzjali li l-proċess ta’ implimentazzjoni jieħu ż-żmien kollu meħtieġ anke jekk, għal min hu estranju għax-xogħol involut, dan jista' jidher pjuttost twil. Daqshekk ieħor fuq dan, id-dirrezzjoni tibqa' li l-Att jiġi fis-seħħ kif il-proċess kollu jiġi finalizat kompletament.
Leg 11 PQ #26240 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kordin — villaġġ tal-Karnival

Question

Peress li qed jingħad li l-gvern se jkun qed jalloka parti miż-żona ta' Kordin biex fiha jiġi stabbilit il-villaġġ tal-Karnival, jew xi faċilità simili għal dawn id-dilettanti, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika f'liema parti ta' din iż-żona se jkun hemm din il-faċilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet dwar il-potenzjal li toffri din iż-żona f’ dan ir-rigward. Dan qed issir b’ diskussjoni ma’ rappreżentanti tal-Għaqda Parteċipanti Karnival u mal-Kunsill Malti għall-Arti u Kultura.
Leg 11 PQ #26241 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — immigranti irregolari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża kapital u rikorrenti tal-Armata fuq l-immigranti irregolari fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ispiża kapitali u rikorrenti tal-Armata fuq l-immigranti irregolari matul is-snin 2004, 2005, 2006. 2007,2008, 2009 u 2010, sena b’ sena kienet: SENA RIKORRENTI KAPITALI 2004 496,023 2005 1, 122,717 423,566 2006 2,306,060 912,468 2007 2,760,4888 411,996 2008 3,688,696 2009 5,328,403 119,781 2010 2,569,111

Transport Malta — Raħal Ġdid - Triq il-Belt - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' Transport Malta għal Triq il-Belt (Valletta Road) Raħal Ġdid peress li minkejja din hija arterja prinċipali li tintuża minn eluf ta' vetturi kuljum u minkejja li din jidher li se tintuża bħala t-triq tal-venda tas-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku tant li f'partijiet tagħha saru xi xogħlijiet, imma l-wiċċ tat-triq għadu fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Għalkemm din it-triq mhiex triq arterjali jew distributorja u għalhekk ma taqax fir-responsabbilità ta’ TM. Ninsab infurmat li parti sostanzjali minnha se tiġi asfaltata qabel ma jibda jintuża l-public transport interchange il-ġdid li qed jinbena fl-imsemmija triq kantuniera mal-pjazza.

Raħal Ġdid — Triq Valletta - ħsejjes u storbju - Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Valletta f'Raħal Ġdid, għadhom qed jilmentaw mill-fatt li f'ċertu ġranet u f'ċertu ħin, jinstemgħu ħsejjes kbar u l-bini jitheżżeż, u peress li huma informati li dan isseħħ meta id-Dipartiment tad-Drenaġġ jiftaħ bil-qawwi xi pompi, jista' l-Ministru jara kif jista' dan l-inkonvenjent jiġi eliminat jew tal-inqas, jitnaqqas drastikament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel xogħolijiet ta’ upgrade fil-Marsa Pumping Station (tad-drenaġġ) biex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat.
Leg 11 PQ #26069 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu immigranti irregolari l-Qorti fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena, u x’kienu l-akkużi li tressqu fuqhom ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Leg 11 PQ #26070 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

inċidenti f'closed u open centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta’ inċidenti li ġew rapportati li seħħew fi closed u f’open centres fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' inċidenti li ġew irrappurtati li seħħew fiċ-Ċentri Miftuħa u dawk fiċ-Ċentri Magħluqa amministrati minn dan il-Ministeru, mill-2005 sal-2010 kienu kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #26071 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Uffiċjali tal-Forzi tas-Sigurtà — inċidenti fi closed centres tal-immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti minn uffiċjali tal-Forzi tas-Sigurtà dwar ġrieħi li sofrew jew inċidenti oħra simili kkawżati minn immigranti irregolari fi closed centres fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti minn membri tal-Forzi tas-Sigurta' li sofrew ġrieħi f’inċidenti fil-Closed Centres tal-immigranti illegali, kien kif gej: Membri tal-Korp tal-Pulizija Uffiċjali tas-Sigurta' fiċ-Ċentri Miftuha

Serq irrappurtat mill-Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta' serq minn vetturi li tħallew ipparkjati fil-park & ride kemm ilu jiffunzjona? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ serqiet li saru? X’tip ta’ sigurtà hemm fil-park & ride biex jipprevjeni jew tal-inqas inaqqas il-possibbiltà li jkun hemm atti bħal dawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel żewġ mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmilhom lill-Ministru konċernat. Rigward it-tip ta’ sigurta li hemm fis-sit tal-Park & Ride, ninsab infurmat li dan huwa mgħasses minn kumpanija tas-sigurtà li għandha kuntratt ta’ servizz ma’ Transport Malta. Is-servizz ta’ sigurtà huwa mifrux bejn il-ħinijiet tal-ftuħ u tal-għeluq tas-sit u jinkludi spezzjonijiet kemm f’ħinijiet fissi, kif ukoll minn uffiċjali tal-kumpanija li jinfurmaw direttament lill-Pulizija f’każ li jinnutaw attivita suspettuża, inkluż fejn ikun hemm suspett ta’ serq. Ta’ min jgħid li fit-3 ta’ Lulju 2011, l-operat u s-sigurtà ta’ din is-sit ser jgħaddu f’idejn l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku u s’issa diġa’ ġiet installata sistema ta’ cameras bil-għan li s-sit jiġi mgħasses aħjar u f’kull ħin.

Transport Malta — Park and ride f'Pembroke

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li għandha Transport Malta għall-park & ride li se jsir f’Pembroke u jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol li qed isir? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan it-tibdil? Peress li Transport Malta għamlet studju dwar l-impatt li din id-deċiżjoni se ġġib fuq it-traffiku li se jiġi ġenerat f’Pembroke, jista’ jpoġġi t-traffic impact assesment li sar qabel kien finalizzat il-pjan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 4180/07 tal-Park & Ride f’Pembroke kienet approvata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-10 ta’ Diċembru 2007. It-Traffic Impact Statement ma kienx meħtieġ għal din l-applikazzjoni għax is-sit kien diġà qed jintuża bħala parkeġġ. Id-dokumentazzjoni kollha relattiva għall-permess tista’ tinkiseb mill-website tal-MEPA. Ix-xogħol kollu f’dan is-sit huwa stmat għal madwar €950,000

Tunnellaġġ u Potenza tal-flotta tas-sajd Maltin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25760, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-tunnellaġġ u potenza permessi għall-flotta tas-sajd Maltija skont ir-regolament tal-Kummissjoni Nru 1438/2003? Jista' jgħid kemm kien dan it-tunnellaġġ u potenza qabel il-pajjiż sar membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm huwa t-tunnellaġġ u l-potenza tal-flotta tas-sajd Maltija llum il-ġurnata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-livell massimu possibbli tat-tunnellaġġ u potenza għall-flotta tas-sajd Maltija huwa ta' 15,020 f'tunnellagg u 96,466kw f'potenza. Qabel Malta saret membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea dan il-livell kien ta' 15,318 f'tunnellaġġ u 99,206kw f'potenza. It-tunnellaġġ u potenza li kienet qed tintuża fl-1 ta' Marzu 2011 mill-flotta tas-sajd Maltija, huwa ta' 11,872 f'tunnellaġġ u 84,150kw f'potenza. Il-livell li Malta tista' tuża għandu jinzamm 10% taħt il-livell massimu msemmi aktar kmieni.
Leg 11 PQ #26006 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kavallier ta' San Ġakbu — tariffi biex tittella' wirja - Inventarju

Question

B'referenza għall-kopja tal-inventarju li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25757, jista' l-Prim Ministru jispjega xi jfissru l-kliem collected, invited, installation u fuq kollox xi tfisser il-kelma Joseph li tidher aktar minn darba? Jista' jgħid ukoll xi tfisser still to be collected li tidher maġenb diversi items indikati fl-inventarju u x'inhi d-data li tidher ħdejn dawn l-items?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hawn taħt qed nagħti tifsira tal-kliem li jinstab fl-inventarju li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 25757 u li talab spjegazzjoni tiegħu l-Onor. Interpellant. Items immarkati “collected” ifissru biċċiet tal-arti li kienu miġbura mill-artist. Items immarkati “to be collected” ifissru li l-Kavallier ta’ San Ġakbu għadu fin-negozjati mall-artist biex tiġi magħżula biċċa arti biex titħalla fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Items immarkati “Joseph” huma biċċiet tal-arti li qed isirilhom gwarniċ minn Joseph Paul Cassar. Items immarkati “invited” ifissru esibizzjonijiet fejn l-artist kien ġie mistieden biex jesibixxi x-xogħol tiegħu u f’dal-każ ma jkunx hemm bżonn li jħalli warajh biċċa pittura tiegħu. Installation tintuża biex tispjega x’tip ta’ esibizzjoni kienet (eżempju: arti, skultura, jew bħal fil-każ ta’ din l-esibizzjoni installation) u għalhekk ma kienx hemm bżonn li titħalla biċċa arti mill-artist. U fl-aħħar, id-data li tidher maġemb l- Item hija d-data meta kienet saret l-esibizzjoni fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Leg 11 PQ #26065 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn park and ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija dwar serqiet li seħħew mill-park and ride kemm ilu jaħdem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.