Tista' l-Ministru twieġeb parti tal-mistoqsija parlamentari 26491, fejn speċifikament staqsejt min huma s-sorsi lokali kollha kif ukoll is-sorsi barranin kollha li mingħandhom qed tinġab il-materja prima għall-proġett ta' Villa Rundle? Tista' tagħti breakdown tal-ħlasijiet li saru lil kull wieħed minn dawn is-sorsi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26491.
Pembroke — Park and Ride - Traffic Impact Assessment
Question
Minkejja li l-park & ride li qed jiġi żviluppat minn Transport Malta f’Pemroke se jkun jesa’ 950 karozza u minkejja li l-aċċess għal dan il-post issa ġie mdawwar biex se jkun jgħaddi minn qalb l-abitat, u peress li fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26073, hemm ammissjoni li Traffic Impact Assesment ma sarx, ma’ jaħsibx l-Prim Ministru li dan imur kontra l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif spjegata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26494? Kif minkejja din il-policy, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tat il-permess mingħajr ma sar dan l-istudju? X’rimedji se jkun hemm għal din is-sitwazzjoni li se tkun ta' dannu kbir għar-residenti tal-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-iżvilupp kif propost ma kienx jikkwalifika għal TIS għax is-sit diġa kien użat bħala parkeġġ filwaqt li l-policy tapplika għal żviluppi ġodda.
B’riferenza għat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26240, jista’ l-Prim ministru jgħid jekk fil-process ta’ konsultazzjoni dwar din il-possibbiltà giex konsultat ukoll il-kunsill lokali tar-Raħal Ġdid li z-zona in kwistjoni taqa’ fil-konfini tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi din il-konsultazzjoni se ssir waqt il-proċess tal-applikazzjoni mal-MEPA.

Jista’ l-Ministru jgħid għal Transport Malta xi tfisser "triq arterjali" u "triq distributorja"? B’referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 26242, kif Transport Malta tqis it-triq in kwistjoni la hija arterja u lanqas distributorja meta minnha jgħaddu eluf ta’ karozzi kuljum inkluz it-trasport pubbliku kollu għan-naħa t’isfel ta’ Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ħażna tad-demm tal-kurdun (stem cells storage) hux suġġett għal VAT jew le? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali li joffru dan is-servizz hux qegħdin kollha jimxu skont il-liġi tal-VAT? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali kollha humiex iżidu l-VAT mal-prezz tal-prodott?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26290 u jgħid kemm ħarġu multi għal rimi illegali ta’ skart f’Għawdex bejn l-2004 u l-2010, sena b’sena b’mod separat? Jista' jagħti d-dati ta' meta seħħ kull każ? Jista' jgħid fejn seħħ kull każ? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti l-ksur tal-liġi f’kull każ? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta’ kull multa? Jista' jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji/individwi involuti f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 26290.

B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 26288, tista' l-Ministru tispeċifika min huma s-sorsi lokali kollha kif ukoll is-sorsi barranin kollha li mingħandhom qed tinġab il-materja prima għall-proġett ta’ Villa Rundle ? Tista' tagħti breakdown tal-ħlasijiet li saru lil kull wieħed minn dawn is-sorsi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Contracting Authority ma torbotx lill-kuntrattur minn fejn iġib il-materja prima sakemm dan josserva l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Ħlasijiet li saru lill-kuntrattur fuq materja prima lokali u barranija, li jinkludu ukoll ix-xogħol, il-ġarr u tqiegħed huma ta' €768,085.83 u €271,590 rispettivament (Vat eskluż).

Tista' l-Ministru tgħid kemm–il darba kien hemm intervisti ma’ sindki ta’ kunsilli lokali fl-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services fl-2008, fl-2009, fl-2010 u bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena ? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b’sena ? Tista' tgħid min kienu s-sindki li ġew intervistati f’kull okkażjoni ? Tista' tgħid x’kienet it-tema ta’ kull intervista ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatiska li ntalbet mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-PBS.

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux ser ikun obbligatorju li studenti tas-sekondarja jattendu għand xi għaqdiet jew għal tagħlim informali?
Jekk fl-affermattiv, dan l-eżercizzju jrid jibqa’ għaddej għal ħames snin sħaħ tal-iskola sekondarja?
X’jigri jekk student ma jattendi l-ebda attivita’ tul il-ħames snin ta' skola sekondarja?
Kemm ser jiġu stanzjati fondi pubblici biex jiġu megħjuna familji ta’ studenti li ma jkunux jistgħu jħallsu biex jattendu għal xi forma jew oħra ta’ tagħlim extra li ser ikunu jridu jattendu u li minkejja li jkun “Tagħlim Informali” jrid isir ħlas għalih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda student/a tas-sekondarja mhu obbligat jattendi għand xi għaqdiet jew għal tagħlim informali. Dan l-eżercizzju jsir fuq bażi volontarja.
Jekk l-istudent/a ma jattendi għal ebda attività matul il-ħames snin ta’ skola sekondarja, ma jiġix akkreditat bil-punti mogħtija għal dan l-eżercizzju (jiġifieri 10% tal-punteġġ totali wara ħames snin).
Mhux it-tagħlim informali kollu huwa bil-ħlas. Tagħlim informali mingħajr ħlas jingħata minn għaqdiet reliġjużi, dawk tal-isport u tal-mużika fejn jattendu bosta studenti, fost oħrajn.

B’riferenza għat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26292, u peress li jien tlabt id-dettalji dwar policy li suppost hija dikjarata u mhux informazzjoni li tirrikjedi xi riċerka kbira, jista’ l-Prim Ministru jara li din l-informazzjoni tingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-1994, dik li kienet l-Awtorità tal-Ippjanar, approvat lista ta’ żviluppi ġodda li jkunu jirrikjedu Traffic Impact Statement. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-lista, magħrufa bħala “List E12” kif ġiet approvata u li għada fis-seħħ sal-lum. F’dak li jirrigwarda żviluppi ta’ parkeġġi, l-MEPA titlob Traffic Impact Statement meta jkunu qegħdin jinħolqu aktar minn 50 post ta’ parkeġġ ġdid.

Jista’ l-Ministru jgħid, is-sena li għaddiet, kemm kien it-total ta’ kontijiet mhux imħallsa dovuti lill-Korporazzjoni Enemalta mis-setturi kummerċjali u industrijali bħal lukandi, fabbriki u negozji oħra? Jista’ jgħid kemm kienu l-ammonti dovuti fis-sentejn ta’ qabel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni li għaliha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar titlob li jsir traffic impact assesment b’konnessjoni ma' xi applikazzjoni li jkollha għal żvilupp ta’ parkeġġi? Dan l-arrangament kemm ilu fis-seħħ?