Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni b’diżabilità li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità severa, u li matul din is-sena qed jaħdmu u jaqilgħu sal-paga minima bla ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in-numru ta’ persuni li jirċievu Pensjoni tad-Dizabilita’ Severa li matul din is-sena ħadmu u qalgħu sal-paga minima kien ta’ tlettax.
Din l-informazzjoni ġiet mgħotija lilna mill-Mita u ma tinkludix dawk li jiehdu l-pensjoni tal-ghomja.
(Ara dokument Nru. 10921 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 521 tat-Tlieta, 13 ta' Novembru 2012)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fl-allokazzjoni lill-Aġenzija Sapport speċifikament biex din tiftaħ servizz ġdid ġewwa Pembroke, fejn persuni b’diżabilità jingħataw aktar taħriġ u esperjenzi ta’ xogħol? Jista' jgħid jekk dan is-servizz bediex jopera? Jekk le, għaliex u x’xogħol sar fuqu matul din is-sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-budget tal-Agenzija Sapport ghas-sena 2012 huwa ta’ €1,123,000 aktar milli kien fis-sena 2011. Bhalissa ghaddej il-process biex jinfetah servizz gdid gewwa Pembroke. Kien hemm diskussjonijiet mal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig biex dan ic-Centru jsir minn din il-Korporazzjoni stante illi ser iservi biex iz-zghazagh li ser immorru fih jigu mharga u preparati ghad-dinja tax-xoghol.
Tista’ l-Ministru tindika kemm kien hemm persuni li ġew ingaġġati fuq bażi full-time fl-aħħar ħames xhur fi gradi maniġerjali, (senior jew junior managers) fil-Public Broadcasting Services? Tista’ tgħid jekk dawn għandhomx perjodu ta' probation? Dawn ingħataw impjieg full-time għal perjodu indefenit jew inkella fuq bażi ta' kuntratt? Għandhom xi klawsoli differenti minn dawk li għandhom persuni oħra fl-iskala tal-managment fil-PBS u jekk iva, x’inhuma l-kundizzjonijiet differenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar ħames xhur fil-PBS ġew impjegati 3 persuni fi gradi Maniġerjali. It-tlett persuni huma impjegati full time u kollha għandhom probation period. Persuna waħda hija impjegata full time fuq kuntratt definit għal 3 snin u 2 persuni impjegati full time fuq bażi indefinit. Dawn m’għandhomx kundizzjonijiet differenti u l-impjiegi saru skont is-sejħa oriġinali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hija l-work force tal-Public Broadcasting Services illum il-ġurnata bejn dawk li huma full -timers, dawk part-timers u kontributuri u tindika dawn skont il-kategoriji msemmija? Tista tgħid l-impjegati full-timers f’liema grad jinsabu? Tista’ tgħid kemm kien hemm impjegati fl-istess gradi ta' full-timers jew fi gradi simili fil-Public Broadcasting Services qabel ma' saret ir-riforma fl-istess kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fi grad ta' manager fis-sezzjonijiet tad-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, li jinsabu fuq special leave għal perjodu ta' sena jew aktar? Jista’ jgħid fl-liema sezzjonijiet jinsabu dawn il-persuni u jekk il-kariga taghhom hux se timtela’ minn persuna oħra bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fid-Dipartimenti fi ħdan dan il-Ministeru kien hemm persuna waħda fil-grad ta’ Manager fis-sezzjoni tal-Animal Welfare li ħadet Career Break ta’ sena. Il-kuntratt ta’ din il-persuna għadu ma ġiex imġedded meta għalaq.
Art assenjata għall-Carers for Stray & Abondoned Felines
Question
Wara li d-Dipartiment tal-Artijiet assenja żona magħrufa bħala ċ-ċimterju fl-inħawi ta' Bormla lill-Carers for Stray & Abandoned Felines, u peress li din hija għaqda ta' voluntiera li m’għandhomx fondi biex iwettqu l-ħidma tagħhom, jista’ l-gvern jara jekk din l-għaqda tistax tingħata assistenza ta' perit tal-gvern biex ikunu jistgħu jġibu l-permess tal-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħalli jnaddfu u jirranġaw iż-żona bl-għajnuna ta’ ħaddiema tal-gvern kif għandi nifhem li diġà wieħed il-Ministru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-Ministeru diġà wera d-disponibilità tiegħu li jikkunsidera talba għal għajnunu lill-għaqda Carers for Stray & Abandoned Felines. Filwaqt li ninformah li l-Ministeru diġa wera d-disponibilità li jewalwa talba għal assistenza li tista’ ssirlu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37156, u peress li l-Ministru qed jesiġi li nkun ċar, aktar milli ppruvajt inkun s’issa, jista' jgħid kemm tħallset il-kumpanija tal-awditjar Price Waterhouse Cooper għal kull tip ta' xogħol li ngħatat minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu u allura taħt ir-responsabiltà politika tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Manteniment tat-tfal f'każijiet ta' separazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kemm kien hemm persuni li ngħataw nuqqas ta' manteniment f'każijiet ta' separazzjoni u f'każ ta' rifjut t'aċċess għat-tfal minn xi wieħed mill-ġenituri? Jista' jgħid f'kull każ x'kienu l-pieni li ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ persuni mressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi li naqsu li jagħtu l-manteniment f’każijiet ta’ separazzjoni u dawk fuq akkużi li naqsu li jagħtu aċċess għat-tfal, kienu kif ġej:
2008
2009
2010
2011
2012
Numru ta’ persuni akkużati fuq nuqqas ta’ manteniment
450
456
539
520
435
Numru ta’ persuni akkużati fuq nuqqas ta’ aċċess għat-tfal
246
305
173
169
151
Il-pieni mogħtija lill-dawk misjuba ħatja, kienu jinkludu priġunerija, liberta kondizzjonata, twiddiba, sentenza sospiża u ordni ta’ trattament.
Sentenza ta' priġunerija — persuni li waqgħu lura fil-ħlas
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kellhom jiskontaw priġunerija minħabba li waqgħu lura fil-ħlas tal-VAT lid-dipartiment konċernat? Jista' jindika f'kull każ kemm kien l-ammont mhux imħallas u kemm kienet il-piena ta' priġunerija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li fil-Faċilità Korrettiva hemm numru ta’ priġunieri jservu sentenzi ta’ ħabs minħabba multi li jkunu ġew ikkundannati li jħallsu mill-Qorti li m’humiex ristretti għan-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT. Tali multi jiġu konvertiti fi priġunerija jekk ma jitħallsux, iżda m’hemmx konnessjoni diretta mal-ammont ta’ taxxa tal-VAT li ma tkunx ġiet mgħoddija lid-dipartiment tal-VAT.
Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 35310 u 34364 billi tpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk mhux f'pożizzjoni li tagħmel dan minkejja li għaddew ħames xhur, tista' tagħti raġuni valida għal dan in-nuqqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36486, u peress li l-Ministru donnu li ma fehmx għal liema kumpanija kont qed nirreferi meta fil-mistoqsija originali għidt PWC, u peress li l-Ministru talabni nkun aktar ċar, jista' jwieġeb il-mistoqsija u jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija oriġinali fir-rigward tal-kumpanija Price Waterhouse Coopers?
Response (GATT, AUSTIN)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li bsart li b'PWC irid ifisser PriceWaterhouse Coopers. Li għadu ma spjegax sal-lum l-Onor. Interpellant hu, fir-rispett ta' liema entità governattiva qed jagħmel id-domanda.
Pembroke — Skola San Miguel - tibdil fil-programm għal użu tal-pixxina
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li l-iskola speċjali ta' San Miguel f'Pembroke, biddlet il-programm tax-xitwa għal dak li huwa użu tal-pixxina? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista jgħid kemm huma l-istudenti li jagħmlu użu minn din il-pixxina? Tista' tgħid għal liema raġuni jsir użu minn din il-pixxina?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-raġuni li l-programm ġie modifikat hija ż-żdieda ta’ studenti li jiġu għas-servizzi mill-iskejjel tal-mainstream u li għandhom bejn is-6 u d-9 snin. Dawn kellhom jinqasmu f’erba’ ġruppi minflok tnejn. B’hekk issa ser imisshom darba fil-ħmistax flok darba fil-ġimgħa biex hekk kulħadd jibbenifika minn dan is-servizz.
21 student li jattendu full-time ġo ċ-ċentru ta’ Riżorsi San Miguel u 37 studenti li jiġu għal servizzi varji minn skejjel tal-
mainstream
, kif ukoll studenti żgħar li għadhom ma bdewx imorru kindergarten (EARLY Intervention) jagħmlu użu minn din il-Hydro Therapy Pool kif ukoll mis-servizzi kollha taċ-Ċentru. Dawn l-istudenti jinżlu fil-pool fi gruppi skont l-eta` u l-abilta`. Hemm numru żgħir ħafna li jinżlu individwalment minħabba l-bżonnijiet individwali tagħhom.
Pembroke — Skola San Miguel - tibdil fil-programm għal użu tal-pixxina
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-iskola speċjali ta' San Miguel f'Pembroke, biddlet il-programm tax-xitwa għal dak li huwa użu tal-pixxina? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista jgħid kemm huma l-istudenti li jagħmlu użu minn din il-pixxina? Jista' jgħid għal liema raġuni jsir użu minn din il-pixxina?
Response (SAID, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru koncernat peress illi l-iskola San Miguel ta’ Pembroke ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet l-ARMS Ltd bejn Ottubru 2010 u Diċembru 2010, matul l-2011 u fl-ewwel disa' xhur tal-2012, xahar b'xahar bmod separat, permezz tat-telefon, bl-email u b'messaġġi li tħallew rekordjati fuq l-answering machine?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kuntatti min-naħa tal-konsumaturi jinkludu talbiet għall-informazzjoni ġenerali dwar kontijiet li jirċievu l-klijenti, talbiet għal servizzi ġodda jew addizzjonali, ilmenti dwar ħsarat u affarijiet oħra relatati mas-servizzi tad-dawl u tal-ilma.
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumpaniji privata — ħin ta' xandir skont il-kuntratt
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha ħin ta' xandir għad-dispożizzjoni tagħha, kull kumpanija privata li għandha kuntratt max-xandir tal-istat, kull ġimgħa, matul l-iskeda li bdiet f'Ottubru ta' din is-sena? Tista' tagħti lista ta' min huma l-kumpaniji involuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mediċini li roħsu fl-Italja, Ċipru, Spanja u Portugal
Question
Jista' l-Ministru jippubblika l-prezzijiet fl-Italja, Ċipru, Spanja u l-Portugal tal-mediċini li roħsu f'Malta u li huma imsemmija fi stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, datata 19 ta' Settembru 2012?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lista tal-mediċini li roħsu kif ġie mħabbar fid-19 ta’ Settembru 2012, kif ukoll il-prezzijiet kif jinbiegħu fl-Italja, Ċipru, Spanja u l-Portugall.
moll taċ-Ċirkewwa — sigurtà u standards internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moll taċ-Ċirkewwa huwiex mgħammar bis-sinjali u strutturi kollha ta' sigurtà rikjesti mil-liġi u minn standards internazzjonali? Jista' jippubblika rapporti li jiċċertifikaw dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-moll taċ-Ċirkewwa huwa ddisinjat biex jaqdi l-ħtiġijiet tekniċi u strutturali u biex jilħaq il-funzjonalita` stabbilita u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn. Miżuri ta' sigurta' huma ta' natura operattiva u jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Operatur.
moll tal-Imġarr — sigurtà u standards internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moll tal-Imġarr huwiex mgħammar bis-sinjali u strutturi kollha ta' sigurtà rikjesti mil-liġi u minn standards internazzjonali? Jista' jippubblika rapporti li jiċċertifikaw dan?
Bieb il-Belt, il-Parlament il-gdid u t-Teatru Rjal — flus minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-gdid u t-Teatru Rjal u kemm tħallsu b'mod separat sal-lum?
Minn fejn ġew finanzjati? Jista' jgħid f'liema stadju wasal kull wieħed minn dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet humiex
on schedule
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s'issa intefqu u tħallsu kif ġej:
€ 9,327,536 għal Bieb il-Belt;
€27,648,762 għal Bini tal-Parlament il-Ġdid; u
€ 6,700,018 għat-Teatru u l-Pjazza
Dawn l-ispejjeż kienu ffinanzjati mill-Grand Harbour Regeneration Corporation u Malita plc.
Il-progress fuq kull proġett miexi kif ippjanat u wasal fl-istadju kif ġej:
35% għal Bieb il-Belt;
58% għal Bini tal-Parlament il-Ġdid; u
60% għat-Teatru u l-Pjazza
Ix-xoghlijiet kollha huma
on schedule
.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-flus li tħallsu lill-kumpanija tal-awditjar PWC mis-sena 2009 sal-lum, filwaqt li jindika d-deskrizzjoni tax-xogħol mitlub u l-ammont imħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.