Ministeru tal-Affarijiet Barranin — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 24769, jista' l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' membri li hemm fil-Kumitat ta' Inkjesta dwar privazzjoni ta' ċittadinanza Maltija?
Response (BORG, TONIO)
Il-Kumitat li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa kostitwit miċ-chairman, żewġ membri u segretarju.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 24768, jista' l-Prim Ministru jindika jekk il-persuna maħtura fuq il-bord dwar il-mediċini tieħux xi rimunerazzjoni jew salarju matul is-sena?
Jista’ jispjega ukoll kif f’din l-Awtorità qed jingħad li hemm persuna waħda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li skont l-Artikli 4-13 ta’ l-Att dwar il-Mediċini (Cap. 458), l-Awtorita’ dwar il-Mediċini m’għandhiex Bord Amministrattiv. Il-persuna indikata fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 24768 hija l-Kap Eżekuttiv u għandha salarju marbut mal-pożizzjoni li tokkupa.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24768, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri eżatt fuq il-bord tal-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
“Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri fuq il-bord tal-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huma erbatax. Tlieta minn dawn il-membri huma uffiċjali pubbliċi. Nixtieq nikkjarifika wkoll li meta ngħatat ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 24768, it-tiġdid tal-ħatra ta’ wieħed mill-membri kien għadu ma ġiex konkluż.
Ministeru għal Għawdex — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-twegiba għal mistoqsija parlamentari 24776, tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru eżatt ta' persuni li jservu fid-direttorat magħruf bħala Gozo Agricultural Industrial and Cultural Society, x’kariga għandhom f’dan id-direttorat u kemm jitħallsu kull wieħed fis-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-persuni li jservu fil-Gozo Agricultural Industrial and Cultural Society huma sittax u jokkupaw il-karigi ta' President, Segretarju, Assistent Segretarju, Teżorier, Assistent Teżorier u ħdax-il membru. Jiena nfurmata wkoll li s-Segretarju u t-Teżorier jitħallsu onorarja ta' €117 kull wieħed fis-sena u l-Assistent Segretarju u l-Assistent Teżorier jitħallsu €94 kull wieħed fis-sena.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 24775, tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' bordijijiet li jaqgħu taħt il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ "ETC - Trade Testing Boards"? Kemm fih membri kull bord u kemm jitħallsu kull sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi ħdan il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hemm 59 Trade Testing Board. Kull bord hu magħmul minn chairperson u żewġ technical members.
Minkejja li hemm 59 Trade Testing Board
appuntat, hemm numru sostanzjali ta' bordijiet li ma jiltaqgħux peress li ma jkunx hemm individwi li applikaw sabiex jiġu assessjati jew apprendisti li temmew l-apprendistat tagħhom f`dak il-qasam partikolari.
Il-bordijiet jitħallsu għal kull darba li jiltaqgħu. Ir-rata ta’ ħlas hija ta` €15 għal kull
session
ta` sagħtejn. Fl-2010 in-nefqa totali fi ħlas dovut lill-Trade Testing Boards kienet tammonta għall-€ 41,310.
Meta jkun hemm każ fejn jiġi reġistrat nuqqas ta' qbil fuq l-evalwazzjoni ta’ post li jkun se jinxtara minn individwu mingħand il-gvern jew mill-Joint Office, jista' l-Ministru jgħid għalfejn dejjem tipprevali l-opinjoni tal-perit tal-gvern? Għalfejn ma jkunx hemm ċans għal laqgħa bejn il-periti tal-partijiet ħalli wieħed jingħata sodisfazzjon għal evalwazzjoni li tkun qed tingħata mill-perit tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-prassi li sid l-art jistabbillixxi prezz għall-proprjetà tiegħu tgħodd ukoll għad-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern li għandu d-dmir li jamministra l-proprjetà tal-Gvern.
Barra minn hekk, f’każijiet fejn proprjetà tal-Gvern tkun ser tinbiegħ permezz ta’ sejħa għall-offerti, mis-sena 2010, il-valur minimu tal-proprjetà li tkun ser tinbiegħ ikun rifless fl-avviż tas-sejħa għall-offerti wara li dan il-prezz kif stabbilit mill-Perit tal-Gvern, ikun ġie approvat mill-Kumitat tat-
Te
nders
tad-Dipartiment.
Fil-kaz ta’ proprjetà mibjugħa mill-Uffiċċju Konġunt permezz tal-Iskema, il-valur tal-proprjetà jiġi stabbilit skont ir-rati stabbiliti tal-bejgħ magħmula f’din l-Iskema.
Madanakollu, f’każ li jkun hemm kontestazzjoni tal-prezz, id-Dipartiment jista’ jikkunsidra il-kontestazzjoni, u jekk jidhirlu li din tkun ġustifikata, id-dipartiment jista’ jqabbad periti oħra biex jerġgħu jagħmlu stima li tikkonferma jew tirrevedi l-istima oriġinali li tkun saret.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħala parti minn Eko Gozo, kienx inbeda l-proġett pilota ta’ villaġġ Ghawdxi li jservi bħala mudell? Jekk fl-affermattiv, liema huwa dan il-villaġġ? Tista tagħti lista ta’ inizjattivi li ttieħdu sena b’sena fl-2008, 2009 u 2010 f’dan il-villaġġ fil-linja tal-politika ta’ Eko Gozo? Tista' tgħid x’kienet l-ispiza b’rabta ma’ l-inizjattiva ta’ Eko Gozo f’dan il-vilagg fl-2008, 2009 u 2010 b’mod separat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma illi f'laqgħa li kont sejjaħt jiena mas-sindki tal-lokalitajiet f'Għawdex, kien intlaħaq qbil li minflok tintgħażel lokalità waħda fejn isir dan il-proġett, tingħata l-opportunità lil kull lokalità li tibbenefika minn dan l-investiment u titjib.
Għalhekk jiena nfurmata li lejn l-aħħar tas-sena 2010, il-Ministeru għal Għawdex ippubblika Skema għal Proġetti fil-Komunità. Il-fondi allokati għal din l-iskema huma ta' €1,190,000.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta’ inċentivi mogħtija lil studenti Ghawdxin fl-2008, 2009 u 2010 li għazlu li jsegwu korsijiet ta’ livell terzjarju marbuta mal-miri strateġiċi tal-Gvern għall-iżvilupp ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-istudenti Għawdxin li jattendu l-Università f'Malta fuq bażi full-time, inklużi dawk li jattendu korsijiet ta' livell terzjarju marbuta mal-miri strateġiċi tal-gvern għall-iżvilupp ta' Għawdex, jirċievu mingħand il-Ministeru għal Għawdex sussidju li jammonta għal €116.47 kull xahar kif ukoll sussidju ta' €0.47 għal kull ġurnata li huma jaqsmu minn Għawdex għal Malta sabiex jattendu l-Università.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Records u medical files elettroniċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq is-sistema ta’ records u medical files elettroniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li jkunu magħquda u kompatibbli mal-Isptar Mater Dei? Tista' tgħid x’kienet l-ispiza b’rabta ma’ din l-inizjattiva fl-2008, 2009 u 2010 b’mod separat? Hemm data ta’ meta din l-inizjattiva se tkun lesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sew l-Isptar Mater Dei kif ukoll l-Isptar Ġenerali t'Għawdex irid ikollhom sistemi ta' files mediċi ugwali biex ma jinħolqux problemi meta pazjenti jiġu riferuti minn sptar għall-ieħor. Għaldaqstant x'ħin jiġi deċiż x'sistema se titħaddem fl-Isptar Mater Dei, jinbdew ukoll il-proċeduri biex din tiġi introdotta fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Infatti s-sistemi tal-Patient Administration System, Picture Archiving and Communication System/Radiology Information System u Laboratory Information System imħaddma fl-Isptar Mater Dei huma ukoll imħaddma fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x’inizjattivi ttieħdu fl-2008, 2009 u 2010 mid-direttorat fi ħdan il-Ministeru għal Ghawdex responsabbli mill-promozzjoni tat-turizmu f’Għawdex? Tista' tgħid kemm kien il-budget allokat lil dan id-direttorat sena b’sena matul l-istess snin? Tista' tgħid min huwa/hija l-persuna responsabbli mit-tmexxija ta’ dan id-direttorat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat responsabbli mit-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku ġie mwaqqaf fis-16 ta' Lulju tal-2010.
L-ewwel allokazzjoni finanzjarja direttament relatata mal-promozzjoni tat-Turiżmu f'Għawdex, abbinata ma' dan id-Direttorat, bdiet mis-sena 2011 (Ministry for Gozo - Vote 16 Recurrent, Programmes and Initiatives - 5585 Tourism Promotion Allocation).
Xogħlijiet li saru fl-2010, marbuta ma' dan id-Direttorat, twettqu bil-kollaborazzjoni ta' dipartimenti oħrajn fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f'Għawdex. Dawn kienu jinkludu numru ta' inizjattivi relatati mal-promozzjoni tal-gżira Għawdxija kemm fis-suq domestiku, bir-reklamar ta' diversi attivitajiet kulturali, kif ukoll dak internazzjonali bil-promozzjoni ta' Għawdex bħala destinazzjoni distinta. Fl-aħħar xhur tal-2010 twettaq ukoll xogħol preparatorju għal diversi inizjattivi li qed jiġu implimentati tul l-2011.
Id-Direttur responsabbli mit-tmexxija ta' dan id-Direttorat huwa s-Sur Manuel Tabone M.A.Econ.,B.Com.(Hons.)Econ.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24771, jista' l-Ministru jagħti dettaji ta' kemm hemm persuni fuq kull awtorità jew bord li huma taħt id-dekasteru tiegħu u kemm jitħallsu kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
flus dovuti mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-kunsilli lokali ngħataw ordni biex javżaw lill-awdituri tagħhom iqisu l-flus dovuti lilhom mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala written-off? Kemm huma l-ammonti dovuti lill-kunsilli lokali minn dawn l-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-każ ta’ pooling il-Kumitati Konġunti tal-Lvant, Tramuntana, Għawdex, iż-Żejtun u Birkirkara qatt ma taw struzzjonijiet li flus dovuti mill-kontravenzjonijiet jiġu written off, waqt li l-Kumitati Konġunti tal-Fgura, Valletta, Żurrieq u Ċentrali ma jħaddmux is-sistema ta’ pooling.
L-istess ukoll dwar flus dovuti lilhom mil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Infurmat li la d-Dipartiment għall-Gvern Lokali u lanqas l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma taw tali struzzjonijiet.
Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba.
Kuntratt għall-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx użu mill-klawsola fil-kuntratt għall-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, liema klawsola kienet tgħid li dawk li jagħmlu dikjarazzjoni falza għandhom ikunu mmultati 10% tal-valur tal-kuntratt? Dan fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija BWSC naqset milli tiddikjara, kif kienet obbligata li tagħmel, li mill-inqas tliet sub-contractors tagħha kienu nvoluti f’każi ta’ korruzzjoni u frodi.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari numru 21656
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rapportati lill-pulizija bejn Jannar u Awwissu tas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011? Jista jagħti l-istatistika xahar b’xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Gunju
Lulju
Awwissu
2008
25
18
34
19
34
33
61
36
2009
50
40
43
36
37
46
62
51
2010
40
46
48
35
39
57
67
62
2011
57
60
91
79
65
81
79
74
Jista' l-Ministru jivvaluta l-valur f'euros misruq fir-reati kriminali ta' serq li seħħew bejn Jannar u Awwissu ta’ dis-sena ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-valur ta’ oġġetti misruqa dejjem kif irrapurtat mill-vittmi bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena kien jammonta għal € 2,591,935.
Introduzzjoni ta' tags elettroniċi fuq persuni bi pleġġ
Question
Jista l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-introduzzjoni ta’ tags elettronici fuq persuni li jkunu akkuzati b’reati serji u jinħelsu bi plegg, sakemm dawn jgħaddu ġuri jew jintemmu l-proċeduri kriminali kontrihom ? Hemm xi data meta huwa mahsub li jkunu introdotti dawn it-tags ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess biex jiġi identifikat l-aħjar mod kif dawn it-tags elettroniċi jistgħu jiġu wżati fil-kuntest lokali bl-eventwali dħul fis-seħħ tal-liġi tal-Ġustizzja Riparattriċi.
Reġistru ta' persuni ħatja ta' reati sesswali serji
Question
Jista l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq reġistru wieħed ta’ ismijiet ta’ persuni li jkun instabu ħatja ta’ reati sesswali serji - l-aktar dawk kommessi fuq it-tfal ? Hemm xi data meta huwa mahsub li jkun introdott dan ir-reġistru ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-interpellanza tal-Onorevoli Membru, din il-liġi għadha fi stadju ta' kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Bieb il-Belt inkluż il-Parlament il-ġdid? Jista jghid kemm tlesta xoghol f’termini ta’ persentagg ? Jista jghid jekk ix-xogħlijiet humiex miexja on schedule? Jista jgħid kemm intnefqu flus fuq dan il-proġett s'issa u min kienu l-kuntratturi/konsulenti li tħallsu u kemm tħallsu ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjpni mitluba dwar l-istadju tal-proġett kif maqsum fid-diversi tenders meħtieġa kif ukoll l-ispejjeż li tħallsu, maqsuma skont il-kuntratturi u konsulenti. F’termini ta’ persentaġġ sal-aħħar t’Awwissu tlesta 20 fil-mija tax-xogħol. Jien infurmat li x-xogħlijiet mexjin skont kif kien ippjanat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħala parti mill-Istudji Socjali kienx ġie introdott sillabu ta’ l-isports ? Jekk fin-negattiv, huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsir dan ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sillabu tal-isports ma ġiex introdott bħala parti mill-Istudji Soċjali u lanqas hemm il-ħsieb li dan isir.