Legislature:
Category:
Reset
Active:

Atleti promettenti — benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-atleti promettenti u ta' klassi li jaħdmu fis-settur privat u li b'arranaġament ma' min iħaddimhom ibbenefikaw mill-fond maħsub biex jagħti għajnuna lil atleti bħal dawn li naqqsu l-ġimgħa tax-xogħol tagħhom biex jagħmlu taħriġ aħjar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari numru 28196.

Proġetti fuq il-miżbliet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti biex il-miżbliet tal-Magħtab, Wied Fulija u l-Qortin f'Għawdex jinbidlu f'parks għar-rikreazzjoni tal-familja? X'kien l-investiment li sar s'issa b'mod separat fuq kull proġett? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta kull wieħed minn dawn il-proġetti? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa kull proġett b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċju fuq skema tar-roti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema ta' rifużjoni ta' 15.25% sa massimu ta' €150 fuq il-prezz tar-roti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-iskema ta’ grant għar-roti mill-2008 sa Ottubru 2011 kien ta’ 2695 b’ammont ta rifużjoni totali ta €117,007.
Leg 11 PQ #29506 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Creative Clusters

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm f'dak li huwa ħolqien ta' creative clusters?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Malta Enterprise tmexxi l-iskema Create li permezz tagħha kumpaniji jistgħu jibbenifikaw minn 60% tal-ispejjeż eligibbli fi kreditu ta’ taxxa sa €25,000. Żvilupp f’żoni speċifiċi bħal Strada Stretta, l-Biċċerija u s-Suq fil-Belt Valletta, il-Collachio tal-Birgu, Triq Santa Marija u Pjazza Savina fir-Rabat Għawdex jibbenifkaw ukoll minn spejjeż marbuta ma' kiri ta’ apparat. B’mod sħiħ u strategiku l-iżvilupp ta’ creative clusters huwa integrat fl-istrateġija nazzjonali għall-industriji kulturali u kreattivi. Din l-istrategija għadha kif giet iffinalizzata u se tkun ippreżentata fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #29507 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Creativity Trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi żvilupp kien hemm f'dak li huwa ħolqien ta' creativity trust?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ewwel allokazzjoni finanzjarja għall-Creativity Trust saret fil-budget tal-2011.Il-qafas leġislattiv li se jirregola l-Creativity Trust se jitressaq quddiem il-Parlament f'qasir żmien.

Skema tas-solar water heaters — benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-familji li sal-lum ibbenefikaw mill-iskema ta' għajnuna għal xiri ta' solar water heaters imħabbra fl-aħħar budget?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din is-sena (sas-26 ta’ Ottubru 2011) kien hemm 506 familja li bbenefikaw mill-iskema ta’ għajnuna finanzjata mill-gvern għal xiri ta’ solar water heater imħabbra fl-aħħar budget. Fl-istess perjodu kien hemm seba’ (7) familji li bbenefikaw mill-iskema finanzjata minn fondi tal-ERDF.

Għaqdiet li bbenefikaw mill-assistenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-għaqdiet li bbenefikaw mill-assistenza li ngħatat lill-għaqdiet biex jattiraw lejn pajjiżna għaqdiet u assoċjazzjonijiet barranin sabiex jitħarrġu u biex jorganizzaw kompetizzjoni internazzjonali? Kemm kienet in-nefqa minfuqa fuq din l-assistenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-fond allokat għal Skema ta’ Turiżmu Sportiv amministrata mill-Kunsill Malti għall-Isport jammonta għal 250,000 ewro. Ninforma lill-Onorevoli Inetrpellant li bħalissa hemm numru ta’ talbiet li għadhom qed ikunu verifikati. S'issa ġiet approvata t-talba ta’ 18-il għaqda sportiva li kolletivament se rċevew €89,429 f’assistenza bħala parti mill-iskema.

Skejjel sekondarji — kreditu għall-attivitajiet artistiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu matul din is-sena l-istudenti fl-ewwel tliet snin tal-iskola sekondarja, li ngħataw kreditu ta' €15 biex jintnefqu għall-attivitajiet artistiċi, kulturali u siti storiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Culture Card, kif inhi magħrufa l-inizjattiva li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant daħlet fis-seħħ din is-sena skolastika. Permezz tagħha l-istudenti fil-Forms I, II u III tal-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti se jingħataw card b’valur ta’ €15 biex jattendu attivitajiet kulturali partikolari. Bħalissa dawn il-cards għadhom qed jinħarġu billi mhux l-iskejjel kollha għadhom bagħtu l-informazzjoni meħtieġa. Meta jkunu ħarġu l-cards lil dawk kollha intitolati għalihom hu kalkulat li jkun hemm madwar 15,000 student igawdu minn din l-inizjattiva.

Furjana u Santa Venera — Ċentri tat-tfal - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-Ċentri tat-Tfal f'Santa Venera u fil-Furjana?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-ċentru tat-Tfal f’Santa Venera ingħata l-isem ta’ “il-Bebbuxu” Smartkids Childcare and Family Support Centre u ilu jagħti servizz lit-tfal u l-familji tagħhom sa minn Mejju li għadda. Fit-12 ta’ Lulju 2011, sar il-ftuħ uffiċjali ta’ dan iċ-ċentru. 82 tifel u tifla diġa’ bbenefikkaw mis-servizzi ta’ dan iċ-Ċentru. Iċ-ċentru tat-Tfal fil-Furjana ingħata l-isem ta’ “It-Tgħanniqa” Smartkids Childcare and Family Support Centre. Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti fix-xogħlijiet ta’ tisbiħ għal dan iċ-ċentru. Dan ix-xogħol qed isir sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-Istandards Nazzjonali għas-Servizzi ta’ Matul il-Jum għat-Tfal. Tlesta r-reklutaġġ tal-Koordinatur li ser jmexxi dan iċ-ċentru kif ukoll tac-ChildCare Assistants. Iċ-ċentru qiegħed fil-proċess li jilqa’ l-applikazzjonijiet għas-servizz. Huwa mistenni li f’Novembru 2011, dan iċ-Ċentru jibda l-operat tiegħu b’mod komplet.

skejjel indipendenti — rifużjoni tal-ispejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-iskejjel indipendenti li bbenefikaw mir-rifużjoni ta' 15.2% tal-ispejjeż marbuta mal-bini ġdid li jkunu għamlu dawn l-iskejjel?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn meta ġew ippubblikati l-linji gwida għal din l-iskema fil-Gazzetta tal-Gvern nru 453 tas-17 ta’Mejju 2011 , għadha ma daħlet l-ebda applikazzjoni ma’ din l-iskema.

Ċentru Nazzjonali għax-Xjenza Interattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta mix-xogħol tal-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali għax-Xjenza Interattiva ġewwa Villa Bighi, l-Kalkara? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Malti għall-Isport — għotja għall-organizzazzjonijiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-organizzazzjonijiet sportivi, rikonoxxuti mill-Kunsill Malti għall-Isport, li bbenefikaw minn għotja ekwivalenti għal 15.25% tal-prezz tal-apparat sportiv li xtraw sabiex jgħinu fl-iżvilupp tal-atleti tagħhom? Kemm kienu jammontaw b'kollox dawn l-għotjiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport jieħu ħsieb biss li jirrakmanda jew le applikazzjonjiet għal din l-assistenza. L-applikazzjonijiet jiġu proċessati mid-Dipartiment tal-VAT. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #27536 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda għal xogħol fuq bażi ta' full-time, b'kuntratt definit u indefinit mal-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-aħħar sentejn xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

Proġetti t'afforestazzjoni f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn matul din is-sena kienu żviluppati proġetti t'afforestazzjoni f'Għawdex? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari identika, numru 29480, imressqa minnu stess u mwieġba fis-Seduta 400 sitt ijiem ilu.
Leg 11 PQ #29492 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Ġnien pubbliku ġewwa Marsalforn

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena x'xogħol sar fuq il-ġnien pubbliku ġdid ġewwa Marsalforn? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul din is-sena saru diversi xogħlijiet fuq il-passaġġi, ħitan, madum, railings u watercourse. L-ispiża minfuqa s'issa hija madwar €337,700. Il-kuntratturi li ħadmu fuq dan il-proġett huma: Gatt Tarmac Ltd., Joseph Portelli Projects, George Grech, Road Construction Company Limited, Peter Paul Said, Richard Cauchi, Extreme Lighting, Teddy Grima Construction u Exalta Ltd. Ix-xogħlijiet għandhom jitlestew sal-aħħar tas-sena u huwa stmat li se jiswa €961,937.
Leg 11 PQ #29493 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Enerġija alternattiva f'Għawdex — riċerka fuq potenzjal tar-riħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'irriżulta mir-riċerka li saret dwar il-potenzjal tar-riħ bħala sors ta' enerġija alternattiva f'Għawdex? Min wettaq din ir-riċerka? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa fuq din ir-riċerka? Tista' tpoġġi r-riċerka li saret fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li appena joħroġ il-permess tal-MEPA biex jiġi stallat il-wind mast tkun tista tibda r-riċerka. Ninsab infurmata wkoll li diġà hemm abbozz ta' ftehim mal-Università ta' Malta biex din ir-riċerka tibda sseħħ malli jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Leg 11 PQ #29494 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Xogħol tal-proġett tal-Pixxina fil-magħluq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta mix-xogħol tal-proġett tal-pixxina fil-magħluq? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s'issa saret sejħa għall-offerti għas-servizz ta' konsulenza teknika u assistenza fid-disinn tas-sistema mekkanika, elettrika u ambjentali tal-pixxina fil-magħluq li ġiet aġġudikata. L-aħjar offerta kienet dik ta' Natare Corporation. Il-proġett huwa ppjanat li għandu jitlesta fi żmien 22 xahar mill-iffirmar tal-kuntratt tax-xogħlijiet wara li jkunu ħarġu s-sejħiet għall-offerti. Il-proġett huwa stmat li se jiswa 6.2 miljun ewro.
Leg 11 PQ #29495 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tar-refurbishment fid-Dipartiment tad-Dentistrija f'Isptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta mix-xogħol tal-proġett tar-refurbishment fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li nħarġet sejħa għal tenders għall-konsenja u stallazzjoni tas-servizzi relatati mar-rinovazzjoni tad-Dental Department. Fil-ftuħ ta' din is-sejħa ma kien hemm l-ebda sottomissjoni. Hu maħsub li terġa' tinħareġ sejħa oħra għall-offerti.

Birżebbuġa — Ground tal-Futbol u Pitch tal-Waterpolo

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-investiment li sar matul din is-sena biex isiru ground tal-futbol u pitch tal-waterpolo ġewwa Birżebbuġa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-disinjar, talba għall-permessi u l-ħruġ tat-tenders għal dawn iż-żewġ proġetti sportivi saru u qed isiru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Arms Ltd — Sospenzjoni tas-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-kontijiet kummerċjali li s-servizz tal-provista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-Arms Limited minħabba kontijiet pendenti bejn il-bidu ta’ Mejju 2011 u l-aħħar ta’ Awwissu 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontijiet kummerċjali li s-servizz tal-provvista tad-dawl tagħhom ġiet sospiża minħabba kontijiet pendenti bejn il-bidu ta’ Mejju, 2011 u l-aħħar ta’ Awwissu, 2011 kien ta’ 155. Minn dawn, 76 ġew mogħtija lura s-servizz.