Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet saru fuq id-Deep Water Quay matul din is-sena u x'kienet l-ispiża? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul din is-sena Transport Malta m’għamlet l-ebda xogħlijiet fuq Deep Water Quay.
Public Private Partnership — skemi lill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid :
a) kemm hemm kunsilli lokali li applikaw għall-iskema tal-Public Private Partnership;
b) kemm u liema huma dawk il-kunsilli lokali li rrifjutaw din l-iskema;
ċ) kemm huma l-kunsilli lokali li għadhom m'għamlux użu komplet mill-fondi tal-Public Private Partnership u f'kull każ (kunsill b’kunsill) jista' jindika kemm f’persentaġġ intuża u kemm għad fadal x’jiġu użati; u
d) kemm huma l-kunsilli lokali li l-Gvern arbitrarjament iddeċieda li jwaqqafilhom l-iskema tal-Public Private Partnership?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fis-sentejn li għaddew il-gvern għen lill-Kunsilli Lokali billi allokalhom madwar €15-il miljun biex jinvestuhom fit-toroq residenzjali u b’hekk itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom.
Il-flus qed jiġu allokati lill-kunsilli bi tliet modi prinċipali.
o parti mill-allokazzjoni finanzjarja annwali qed tiġi ring-fenced u għaldaqstant ma tista’ tintuża għal xejn aktar ħlief għal xogħlijiet fuq toroq
o ħarġet l-iskema tal-Public Private Partnership (PPP) għat-toroq residenzjali li permezz tagħha l-Gvern qed jgħaddi l-flus lill-Kunsilli Lokali sabiex jagħmlu toroq li jidentifikaw huma stess. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jgħaddi tletin (30) fil-mija tal-ispiża lill-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli Lokali jkunu responsabbli mhux biss li jagħżlu liema toroq iridu jagħmlu iżda wkoll li jagħmlu l-istimi, joħorġu s-sejħiet għall-offerti, jagħżlu l-kuntrattur, jikkordinaw miegħu, jakkwistaw il-permessi meħtieġa u jassiguraw li jsiru s-servizzi.
o kien implimentat proġett pilota fi tliet lokalitajiet – fis-Swieqi (Madliena), f’Ħal Kirkop u fl-Imqabba.
Barra minn hekk, numru ta’ Kumitati Amministrattivi għażlu u qed jagħżlu li jużaw l-Iskema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti għall-Kumitati Amministrattivi, imħaddma mis-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali, biex ukoll jagħmlu xogħlijiet fit-toroq.
B’dawn l-iskemi differenti, bejn Awwissu 2010 u Ottubru 2011, tlestew aktar minn 230 triq f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Aktar xogħolijiet fuq toroq qed isiru bhalissa. Oħrajn mistennija jibdew fix-xhur li ġejjin.
Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29605 fejn fiha tajt dettalji dwar il-Kunsilli Lokali li applikaw u t-toroq tagħhom, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Kunsilli Lokali li ma applikawx għall-iskema tal-PPP sal-lum, immarkata bħala Tabella A.
Intant ninfurmah li l-pagament lill-kunsilli lokali isir nofs malli jingħata l-committment u n-nofs l-ieħor malli jitlesta x-xogħol u jkun iċċertifikat. Infurmat li fejn tlesta x-xogħol u kien iċċertifikat twettaq il-pagament. F’dan id-dawl qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella oħra mmarkata Tabella B li telenka l-commitment tal-flus lil kull Kunsill Lokali li applika għal din l-iskema.
Intant ninfurmah ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Kalkara irtira mill-iskema peress li t-toroq li kien applika għalihom taħt l-iskema tal-PPP se jsiru minn Transport Malta waqt li l-Kunsill Lokali ta’ Paola kelli l-commitment mogħti lilu rtirat mill-iskema peress li ma għamel xejn għal xhur sħaħ. Il-Kunsill Lokali ta’ Paola talab rikonsiderazzjoni fuq numru żgħir ta’ toroq, liema talba qed tiġi kunsidrata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Oriġinalment il-Kunsill Lokali Paola kien applika għal 25 triq u issa qed jagħmel talba għal sitt toroq. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ Pembroke kien irtira mill-iskema pero informa lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li qed jikkunsidra mill-ġdid din id-deċiżjoni u jista’ jerġa’ japplika.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-artijiet li għaddew mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet għal għand individwi fl-aħħar erba’ snin fl-inħawi tal-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Tarxien, Santa Luċija, u Raħal Ġdid? F’każ li dawn ingħataw wara sejħa pubblika, jista' jagħti dettalji ta' meta saret is-sejħa? Kemm kien hemm offerti u meta ttieħdu d-deċiżjonijiet finali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28122 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24771, jista' l-Ministru jagħti dettaji ta' kemm hemm persuni fuq kull awtorità jew bord li huma taħt id-dekasteru tiegħu u kemm jitħallsu kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30145, tista' l-Ministru tgħid x'sar minnu l-Outside Broadcasting Unit li kellha l-Public Broadcasting Services? Dan għadu jiġi użat? Jekk m'għadux, tista' tgħid x'sar minnu? Jekk għadu jintuża, għal liema tip ta' trasmissjonijiet jista' jintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS għandha żewġ OB vans. Wieħed antik u mhux vijabbli li jintuża u għalhekk il-PBS se tinvesti f’OB van diġitali. L-OB van l-ieħor bħalissa qed jiġi upgraded u dan jintuża regolarment. Minn Jannar s’issa kien hemm ‘il fuq minn 60 avveniment fejn intużaw faċilitajiet tal-PBS. Il-PBS tikri biss meta jkollha bżonn faċilitajiet partikolari.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 29504 u jgħid fiex waslu l-proġetti biex il-miżbliet tal-Magħtab, Wied Fulija u l-Qortin f'Għawdex jinbidlu f'parks għar-rikreazzjoni tal-familja? X'kien l-investiment li sar s'issa b'mod separat fuq kull proġett? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta kull wieħed minn dawn il-proġetti? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa kull proġett b'mod separat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tigħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 29368, tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li wasslu lill-Public Broadcasting Services biex jikru s-servizzi tal-Outside Broadcasting Unit ta’ din il-kumpanija minflok għamlu użu mill-Outside Broadcasting Unit tal-Public Broadcasting Services stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kumpanija qiegħda fil-proċess li tinvesti f’OB van diġitali. Dan mistenni li jkun l-aktar wieħed avvanzat teknikament f’Malta. Sakemm isir dan l-investiment, il-PBS tikri faċilitajiet għal numru żgħir ta’ avvenimenti matul is-sena meta jkollha bżonn apparat partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29501 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tlesta mix-xogħol tal-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali għax-Xjenza Interattiva ġewwa Villa Bighi, l-Kalkara? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
-Il-“Unit” biex jizviluppa u jimplimenta dan il-progett gie mwaqqaf f’nofs is-sena 2010 u s’issa dawn huma x-xogholijiet li saru:-
· Applikazzjoni ghall-“Outline Development Plan” (ODP).
· Evalwazzjoni ta’ l-ahjar Centri ghax-xjenza nterattiva fl-Ewropa biex issir il-preparazzjoni tal-qafas ghall-izvilupp tac-Centru Nazzjonali ghax-Xjenza Nterattiva.
· Tlesta il-“Business Plan” u it-“Traffic Impact Assessment” ghac-Centru.
· Qed jigi zviluppat il-kontenut tac-centru li ser jinkludi esebizzjonijiet interattivi u esebizzjonijiet ohra kif ukoll attivitajiet ohra li jiehdu sehem fihom l-istudenti bhall-“workshops”, dimonstrazzjonijiet, xows ta’ xjenza ecc…
· Bhalissa qed issir il-“Cost-Benefit Analysis”.
· F’Ottubru ta’ din is-sena gie moghti it-tender ghas-servizzi tax-xogholijiet ta’ l-arkittettura, inkluz id-disinn u s-supervizzjoni tax-xogholijiet tac-Centru Nazzjonali ghax-Xjenza Nterattiva.
· Qed isiru is-site surveys.
· Qed isiru il- pjanti godda arkittettonici ghall-applikazzjoni ta’ “Full Development Plan” (FDP).
S’issa l-ispiza hi ta’ 509,110 ewro li tinkludi l-ispejjez kollha relatati ma’ dan il-progett minn nofs is-sena 2010 (salarji ta’ l-impjegati, kunsulenzi, ricerka, studji kkummisjonati, vjaggar, mizati tal-perit ecc…)
Peress li l-progett jinsab fi stadju ta’ ppjanar l-uniku kuntrattur li gie mqabbad sal-lum huwa dak li ser jiehu hsieb is-servizzi tax-xogholijiet ta’ l-arkittettura, inkluz id-disinn u l-pjani ghar-restawr tal-bini, l-interiors u s-supervizzjoni tax-xogholijiet.Il-kuntrattur huwa maghmul minn konsorzzju maghmul minn Design and Technical Resources Limited (DTR), Martello Media Ltd, Marielouise Musumeci u Cyan Engineering Ltd. Il-konsorzzju huwa immexxi minn DTR Ltd. Dan il-konsorzzju rebah it-tender ghal dawn ix-xogholijiet f’Ottubru 2011 ghal valur ta’ miljun ewro.
Ghall-ahhar kwart tas-sena 2014.
L-istima tal-progett huwa ta’ 22 miljun ewro.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu matul din is-sena mit-€2.3 miljun li kienu ddedikati għat-tnaqqis tal-waiting lists? Jista' jagħti breakdown ta’ kif saru dawn in-nefqiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29462.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienu s-servizzi kliniċi elettroniċi għat-tobba li kienu introdotti matul din is-sena biex ikollhom aċċess aħjar għall-istejjer mediċi biex il-pazjent jingħata kura aħjar? X’kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li kont tgħid għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29463.
Tribunal għat-Talbiet Żgħar — chairmen li spiċċatilhom il-ħatra
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kif hemm numru ta' chairmen tat-Tribunal għat-Talbiet Żgħar li spiċċa t-terminu tal-ħatra tagħhom u s'issa għadhom ma ġewx appuntati chairmen ġodda bil-konsegwenza li hemm numru ta' kawżi li mhux qed jinstemgħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull darba li wara li jiskadi l-perjodu ta’ ħatra ta’ Ġudikatur tat-Tribunal għat-Talbiet Żgħar jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jinħatru l-ġodda . Għalhekk fil-jiem li ġejjin għandhom jibdew il-ħidma tagħhom il-ġudikaturi appuntati.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-kuntratti kollha li l-Public Broadcasting Services għandha ma' djar tal-produzzjoni privati għal kull programm li qed jifforma parti mill-iskeda li qed tixxandar bħalissa u dawk li l-kuntratt in kwistjoni jestendi għall-iskedi li jwasslu sa Ġunju 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni li qed tintalab hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant hija ta’ natura kunfidenzjali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena l-PBS tippubblika l-awditjar bl-informazzjoni kollha ta’ kif jintefaq kull sold mill-EPSO jiġifieri l-fondi pubbliċi.
informazzjoni dwar annimali li nġabru mill-Animal Welfare
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista li tibda minn meta twaqqaf id-Dipartiment tal-Animal Welfare s’issa, ta’ :
a) kemm inġabru annimali minn kull tip u
breakdown
ta' minn fejn inġabru;
b) kemm minn dawn l-annimali ġew
homed
;
ċ) kemm mietu annimali u ta' liema tip waqt li kienu qed jinżammu l-Għammieri; u
d) kull meta jmur veterinarju jżur u jeżamina l-annimali miżmuma fl-Għammieri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm pens għall-klieb u kemm hemm pens għall-qtates fl-Għammieri? X’inhu d-daqs medju ta' kull waħda u kemm qed jinżammu annimali f’kull pen?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li Għammieri mhuwiex santwarju imma sistemazzjoni temporanja. Ninsab infurmat li l-qtates qiegħdin gewwa 41 holding pens differenti, u l-qisien huma varji iżda li għandom qies medju ta’ 0.67 metri kwadri. Fin-normalità, l-qtates jinżammu separati ħlief ġol-pens il-kbar fejn jinżammu f’pari
Bħalissa hemm 31 holding pens bi spazju medju ta’ 10.36 metri kwadri. In-numru ta’ klieb f’kull pen jiddependi mid-daqs tal-kelb li medjament ikun allokat 2.64 metri kwadru kull kelb ta’daqs medju jew 1.60 metri kwadru kull kelb ta’daqs żgħir.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permess li parts ta’ karozzi li ġew skrapjati kemm bħala parti minn skemi tal-gvern biex jinċentiva t-tneħħija ta’ vetturi li jniġġżu mit-toroq, kif ukoll oħrajn li jiġu scrapped mis-sid, jinbiegħu bħala parts għal vetturi oħra li jkunu għadhom fit-toroq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità responsabbli mill-ħrug ta’ permessi għal faċilitajiet simili hija l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant li jressaq din il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.
Kunsill Malti għall-Isport — għotja għall-organizzazzjonijiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29502 li oriġinarjament saret lill-Minsitru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-organizzazzjonijiet sportivi, rikonoxxuti mill-Kunsill Malti għall-Isport, li bbenefikaw minn għotja ekwivalenti għal 15.25% tal-prezz tal-apparat sportiv li xtraw sabiex jgħinu fl-iżvilupp tal-atleti tagħhom? Kemm kienu jammontaw b'kollox dawn l-għotjiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT sal-lum approva applikazzjoni waħda li tammonta għal €1970.91 u li għandha titħallas f’Diċembru. Hemm applikazzjoni waħda pendenti quddiem id-dipartiment bħalissa.