Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise fl-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar sitt xhur il-Malta Enterprise impjegat 4 persuni kif muri hawn taħt:
Malta Enterprise
Awwissu
NIL
Settembru
1
Ottubru
1
Novembru
1
Dicembru
1
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħlijiet li l-Korp tal-Pulizija ta lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament? F'kull każ, jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew direct order?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li mill-Korp tal-Pulizija ngħata xi xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30865 u jgħid kemm swiet lill-Malta Enterprise, il-ħidma biex l-uffiċċini tal-Malta Enterprise jiġu trasferiti minn San Ġwann għal fejn kien l-Isptar San Luqa fi Gwardamanġa? Jista' jagħti breakdown tas-somma totali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30865.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30867 u jagħti d-dettalji dwar kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise fl-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30867.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28122 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24771, jista' l-Ministru jagħti dettaji ta' kemm hemm persuni fuq kull awtorità jew bord li huma taħt id-dekasteru tiegħu u kemm jitħallsu kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28175 u jgħid kemm huma r-riservi tal-pajjiż f’dak li huwa deheb? Jista’ jgħid kemm kienu dawn ir-riservi fl-1987 u kemm kienu sena b’sena mill-2003 sal-lum il-ġurnata?
F’każ li r-riserva tad-deheb tul is-snin naqset, jista’ l-Ministru jispjega x’ġara minn dan id-deheb?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28175.
MSA — Chairman, CEO u membri tal-Bord - pakkett finanzjarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-Chairman, iċ-Chief Executive Officer u l-membri tal-bord kollha tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards u x'pakkett finanzjarju qed jirċievu għall-ħidma tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-l-Awtorità Maltija għall-Istandards m’għadhiex tiffunzjona u għalhekk m'hemmx Chairman, CEO u membri tal Bord.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel għandhiex proċeduri ta' sigurtà u salvataġġ stabbiliti għal każ ta' inċidenti fuq jew ħdejn il-mollijiet użati mill-kumpanija? Jista' jippubblika l-manwal ta' dawn il-proċeduri u rapporti li jiċċertifikawh? Jista' jgħid jekk dawn humiex rikjesti minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
moll taċ-Ċirkewwa — sigurtà u standards internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moll taċ-Ċirkewwa huwiex mgħammar bis-sinjali u strutturi kollha ta' sigurtà rikjesti mil-liġi u minn standards internazzjonali? Jista' jippubblika rapporti li jiċċertifikaw dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
moll tal-Imġarr — sigurtà u standards internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moll tal-Imġarr huwiex mgħammar bis-sinjali u strutturi kollha ta' sigurtà rikjesti mil-liġi u minn standards internazzjonali? Jista' jippubblika rapporti li jiċċertifikaw dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30748, jista' l-Ministru jiċċara l-pożizzjoni dwar il-miżura fuq il-liċenzja tat-TV? Din il-miżura se tidħol fis-seħħ għall-2012? Min laħaq ħallas għal xi xhur tal-2012 se jkun qed jieħu xi forma ta' rifużjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30936.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Malta Enterprise, il-ħidma biex l-uffiċċini tal-Malta Enterprise jiġu trasferiti minn San Ġwann għal fejn kien l-Isptar San Luqa fi Gwardamanġa? Jista' jagħti breakdown tas-somma totali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-quaters il-ġodda għall-użu taċ-Chairman tal-Malta Enterprise fil-bini fejn ġiet riallokata l-Malta Enterprise? Jista' jagħti d-dettalji ta' x'inhuma l-faċilitajiet għall-użu tal-istess chairman f'dan il-bini? Jista' jagħti breakdown f'termini ta' flus minfuqa għal kull parti ta' dawn l-istess quaters?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uffiċċju taċ-Chairman ġewwa il-bini il-ġdid tal-Malta Enterprise qiegħed fit-tielet sular flimkien ma’ numru ta’ dipartimenti oħra. Il-faċilitajiet f’dan is-sular huma komuni għal kulħadd u l-istess bħal dawk li kien hemm fl-uffiċċju l-antik. Saħansitra intużat l-istess għamara mill-uffiċċini l-antiki. Għaldaqastant l-ispejjeż ma jistax jingħata breakdown tagħhom għax saru flimkien ma’ spejjeż oħra.
Skola Primarja ta' Raħal Ġdid — ħlas għat-trasport għall-ħruġ
Question
Tista' l-Ministru tara kif il-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Raħal Ġdid intalbu jħallsu €2 għat-trasport għall-ħarġa sal-kumpless Gallarija fil-Fgura, li jinsab f'distanza ta' ftit minuti mixi mill-istess skola, meta ftit ġimgħat ilu, għall-ħarġa sal-Mellieħa għat-trasport kienu mitluba jħallsu €1.60? Tista' tassigura li m'hemmx min qed jipprova jagħmel profitt minn fuq dawn il-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-prezz ogħla għaliex ogħlew il-quotations għat-trasport. Għalkemm id-distanza hija qasira, it-tfal iridu jaqsmu toroq arterjali u traffikużi u għalhekk għas-saħħa u sigurta tat-tfal, il-Kap hija tal-opinjoni li aħjar jintuża t-trasport. Madanakollu, id-Direttorat ta’ struzzjonijiet lill-Kap biex tara jekk jistax ikun hemm alternattiva oħra, jew xi attività oħra li t-tfal jistgħu jattendu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu jew le li xi skejjel mhux qed iqassmu aktar ħalib lit-tfal għaliex iddeċidew li l-fondi li normalment jintużaw għax-xiri tal-ħalib, intużaw għax-xiri ta' interactive whiteboards?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-interactive whiteboards li qed jitqassmu fl-iskejjel tal-istat ma nxtarawx minn fondi lokali iżda permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-proġett ERDF eXS4ALL. B’hekk ma jistax ikun li l-iskejjel mhux qed iqassmu ħalib lit-tfal għax il-fondi ntużaw għal xiri ta’ interactive whiteboards.
Awtorità ta' Djar — approvazzjoni ta' kuntratt għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Tista' l-Ministru tispjega għalfejn kuntratt li ġie ffirmat bejn koppja miżżewġa bit-tfal u l-Awtorità tad-Djar, dwar akkomodazzjoni soċjali alternattiva, ma ġiex implimentat minkejja li l-istess kuntratt ilu ffirmat madwar erba' xhur? X'iżomm lill-Awtorità tad-Djar milli tagħti ċ-ċwievet lill-inkwilini l-ġodda għal dan iż-żmien kollu? Jekk dawn huma riżultati ta' proċeduri burokratiċi, tista' tara li dawn il-proċeduri jinbidlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy attwali dwar postijiet alternattivi hija li inkwilini ġodda jingħataw il-pussess vakant u ċ-ċwievet tal-post allokat lilhom mal-iffirmar tal-kuntratt ta’ kirja.
Nitlob lill-Interpellant jagħti aktar informazzjoni lill-Awtorità tad-Djar sabiex din tkun tista’ tinvestiga il-każ.
L-Università u l-MATSEC — problema dwar past papers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-preżent hemmx xi problema bejn l-Università, l-MATSEC u s-supplier tal-past papers tal-O u l-A Level u li minħabba f’din il-problema l-istudenti qed jiffaċċjaw xi problemi biex iħejju ruħhom għall-eżamijiet ta' ftit xhur oħra?
Jekk teżisti din il-problema, tista’ tindika x’qed isir biex tkun solvuta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratt bejn l-Università ta’ Malta u s-supplier preċedenti skada fl-aħħar ta’ Settembru 2011.
Minn Ottubru 2011 il-kuntratt ma’ supplier ieħor ġie fis-seħħ. Is-supplier il-ġdid għandu kopji ta’ karti tal-eżami li saru fi snin oħra, kemm tas-SEC, kif ukoll taċ-Ċertifikat tal-Matrikola fil-Livelli Avvanzat u Intermedju.
L-Universita’ ma għandha l-ebda informazzjoni li s-
supplier
għandu xi problema ta’ nuqqas ta’ karti u dan jiġu pprovdut bil-karti regolarment. Meta s-
supplier
jitlob xi karti lill-Universita’ dawn jiġu mogħtija lilu mingħajr dewmien.
Wara proċess ta’
tenders
, is-
supplier
magħżul huwa Agius & Agius tal-Blata l-Bajda. Din il-kumpanija tagħti karti tal-eżami lill-ħwienet, iżda studenti individwali jistgħu wkoll jirrikorru direttament għandha.
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha 12-il sena tistenna li tingħata akkomodazzjoni soċjali, minkejja li ħaddieħor li beda l-kas tiegħu mal-Awtorita’ tad-Djar warajha kien akkomodat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-applikanta ma toqgħodx fil-post minn fejn qoegħda tapplika. Infatti l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex ħjiel fejn qegħda tgħix l-applikanta. Għaldaqstant l-applikazzjoni tagħha kienet ikkanċellata.
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha 16-il sena tistenna li tingħata akkomodazzjoni socjali, minkejja li ħaddiehor li beda l-kas tiegħu mal-Awtorita’ tad-Djar warajha kien akkomodat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. L-applikazzjoni ta’ din il-persuna tmur lura għall-2010. Kien hemm applikazzjoni fis-snin ta’ qabel imma din ingħalqet fis-sena 2001.