Jista' l-Ministru jgħid kif biċċa art li ma tinħadimx li qiegħda biswit il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi Triq Ħal Luqa f'Ħal Tarxien u li tifforma parti mill-ġnien tal-istess blokka, ġiet mogħddija bi qbila lil terzi persuna li l-anqas biss toqgħod f'Ħal Tarxien? Meta ġiet mgħoddija din il-biċċa art? Kemm qed isir ħlas għaliha?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament ġiet mikrija permezz ta’ sejħa għall-offerti li ħarġet fit-18 ta’ Jannar 2008 biex tintuża bħala ġnien. Il-kera ta’ dan is-sit, li bdiet tgħodd mis-6 ta’ Marzu 2008, hija ta’ €266 fis-sena. Ninforma lill-Onorevoli Membru li meta toħroġ sejħa għall-offerti għat-trasferiment ta’ proprjetà tal-Gvern, din tkun miftuħa għall-kulħadd u kull individwu jista’ japplika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-promozzjonijiet ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż dawk is-sejħiet li qed isiru interviews bħalissa u għad ma hemmx deċiżjoni tal-Bord tal-Ħatra fuqhom? Jista’ jgħid kif l-awtorità taħtar il-membri tal-bord għall-ħatra tal-promozzjonijiet? Min jagħżel lill-membri tal-Bord u xi kriterji jintużaw biex dawn il-membri jservu fuq il-bord? Jista’ jagħti lista tal-membri li qagħdu, jew qegħdin bħalissa, fuq il-bordijiet ta’ ħatra tal-promozzjonijiet f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż il-professjoni tagħhom?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ftehim Kolletttivi jistabilixxu li l-persuni membri fil-Bordijiet ta' l-Għażla, għandhom bażikament ikunu ta' gradi ogħla minn dik tal-pozizzjoni li għalija qed jiġu evalwati l-kandidati. Fil-każi ta' vakanzi ta' gradi professjonali, l-ftehim kollettiv jistabilixxi li wieħed mill-membri tal-Bord ta' l-Għazla għandu jkun membru tal-Bord ta' l-Awtorita'. Il-membri tal-Bord jiġu nnominati mid-Diretturi li jkollhom ir-responsabilta' diretta jew indiretta' tal-pozizzjoni li tkun vakanti. Fil-maġġoranza tal-każi wieħed mill-membri tal-Bord ta' l-għażla li jkun nominat mid-Diretturi, jkun is-superjur dirett jew indirett ta' dik il-pożizzjoni li hija vakanti. F'kull bord ta' l-għażla jkun hemm membru mill-Unita' tar-Riżorsi Umani, kemm f'rwol ta' membru jew inkella f'rwol ta' facilitator fil-każi ta' gradi professjonali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lista tas-sejħiet għall-promozzjonijiet f'dawn l-aħħar erba' snin, kif ukoll l-membri li qagħdu jew qegħdin fuq il-bordijiet:
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ARMS Ltd, qed iżommu rata ta’ 35% bħala administrative charges meta jiġu biex jaħdmu kontijiet fuq bażi ta’ bulking, meta l-kontijiet ikunu weħlu minħabba s-sistema tal-ARMS Ltd u mhux minħabba l-individwu kkonċernat? Jista’ jgħid għalfejn dawn l-administrative charges, meta dan l-eżercizzju ma jiswa xejn żejjed? Jista’ jgħid ukoll għalfejn ARMS Ltd qed jimponi 5% rata fuq l-arretrati ta’ kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar kemm kien hemm li applikaw għal grad ta' Coordinator TV fil-Public Broadcasting Services? Kemm kellhom esperjenza fil-PBS kull wieħed mill-applikanti? Kemm kellu esperjenza fil-PBS il-kandidat li ntgħażel għal dan il-grad? Min kienu l-persuni li ffurmaw il-bord tal-Għażla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ħadd ma applika għal post ta’ Coordinator TV fil-Public Broadcasting Services għax ma kien hemm l-ebda sejħa għal dan il-grad.
Tista’ l-ministru tagħti rendikont ta’ kemm ġie jiswa s’issa x-xogħol li sar fuq il-bini tal-ex-broadcasting house, u tista’ tagħti din l-informazzjoni f’forma ta’ breakdown tax-xogħlijiet, kemm swew individwalment u minn kienu l-kuntratturi li ħadmu? Tista’ tindika wkoll jekk dawn ġewx assenjati b’direct order jew b’tender? U f’każ li ngħataw b’direct order, minn awtorizza dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’Seduta oħra.
Marsa — Triq Diċembru 13 - Monument tar-Repubblika
Question
Jista' l-Ministru jindika fejn qed jinżamm il-monument tar-Repubblika li nqala' ma' Triq Diċembru 13 fil-Marsa? Jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dan il-monument?
Peress li għall-mistoqsija parlamentari 37815, l-Prim Ministru għamel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37789 li fiha hemm referenza għal stqarrija 2456 tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni u din l-istqarrija titkellem dwar Faċilitajiet Sportivi fil-Junior College, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37815 peress li l-istqarrija ma għandha xejn x'taqsam mas-suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bi żvista ġie kkwotat numru ta’ mistoqsija parlamentari oħra, għalhekk nitolbu jirreferi għall-istqarrija numru 2465 u mhux 2456.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36452 u jagħti lista tal-konsulenti kollha li kellu mis-sena 2008 sal-lum? Għal kull każ jista' jindika:
a. l-isem/kumpanija tal-konsulent;
b. l-iskop tax-xogħol;
ċ. direttorat/dipartiment għal min huwa jew sar ix-xogħol;
d. kemm ġiet tiswa/swiet il-konsulenza (ex VAT);
e. jekk ix-xogħol hux komplut;
f. min iċċertifika x-xogħol;
g. kienx hemm
open call for application
;
h. id-durata tal-kuntratt; u
i. jekk hemmx ippjanat aktar xogħol fil-futur? Jekk fl-affirmattiv kemm qed jistma li din ġejja tiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tindika min hija l-persuna responsabbli mill-kontenut tal-aħbarijiet li jintbagħtu mill-PBS lejn l-Awstralja sabiex jixxandru fuq l-istazzjon SBS u b’hekk iżomm aġġornat lill-komunità Maltija fl-Awstralja b’dak li suppost qed jiġri f’pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bullettin tal-Aħbarijiet li jintbagħat biex jixxandar għall-emigranti Maltin li jgħixu barra minn Malta jitfassal mill-co-ordinator li jkun xogħol dakinhar li jsir.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35594 u jgħid fiex waslu l-pjani imħabbra minnu stess f’laqgha pubblika fit-8 ta’ Frar ta’ din is-sena, biex kumpanija Brażiljana tirriloka l-ħidma tagħha f’Malta? Jista' jagħti żmien meta se ssir din ir-rilokazzjoni? Jista' jgħid kemm tħaddem nies bħalissa din il-kumpanija? Jista' jgħid kemm se tkun qed tħaddem nies din il-kumpanija ġaladraba tirriloka f’pajjiżna? Jista' jgħid f’liema qasam topera din il-kumpanija? Ma' dan jista' jindika kemm kien l-investiment li sar f'pajjiżna minn din il-kumpanija Brażiljana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari 37789.
Jista' l-Ministru jgħid x’tip t’għajnuna ngħata matul din is-sena fit-tmexxija ta’ djar residenzjali, bħal Dar Pirotta, Dar il-Wens u Dar l-Arka?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi allokati matul l-2012 huma dawn:
· Dar Arka, €328,000
· Dar Pirotta, €225,000
· Dar il-Wens, €160,000
Il-fondi jiġu mgħoddija lill-entitajiet skont l-għotja tas-servizz kif stipulat fil-kuntratti rispettivi. L-entitajiet jirċievu wkoll għajnuna mill-Aġenzija SAPPORT skont il-bżonn, b’mod partikulari għajnuna professjonali u servizz ta’ Ħaddiema Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret matul din is-sena biex persuni b’diżabilità severa jkollhom s-sapport bżonnjuż biex ma jiġux istituzzjonalizzati? Jista' jagħti breakdown ta’ din in-nefqa ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija SAPPORT għal matul l-2012 ingħatat budget vote ta’ €380,000 għall-Independent Community Living. L-iskop ta’ dan il-vot huwa li persuni b’diżabiltà severa jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom fil-komunità filwaqt li oħrajn jiġu integrati lura fil-komunità minn istituzzjonijiet. Għal dan il-għan twaqqaf bord – is-Service Allocation Committee – u li huwa indipendenti mill-istess Aġenzija. Dan il-bord huwa appunttat mill-Ministeru biex jistabilixxi kriterji u japprova servizzi għall-persuni li jiġu ppreżentati lil dan il-bord. Bħalissa hemm żewġ persuni li qed jibbenefikaw minn dan is-Servizz u safrattant qed jiġu kkunsidrati ħames talbiet oħra li mistennija li jiġu approvati fil-ġranet li ġejjin. Barra minhekk, il-Ħaddiema Soċjali tal-Aġenzija SAPPORT qed jevalwaw talbiet oħra għall-approvazzjoni ta’ dan is-servizz.
Flimkien ma’ dawn, saret allokazzjoni minn dan il-fond biex jinfetaħ programm ġdid fejn ħames persuni b’diżabiltà severa, li waslu biex itemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, jiġu mgħejjuna fi programmi ibbażati fil-komunità. L-iskop ewlieni ta’ dan il-programm huwa li dawn il-persuni jibqgħu jgħixu fil-komunità bis-sapport meħtieġ li jingħata kemm lilhom kif ukoll lill-ġenituri/carers tagħhom u b’hekk jitbiegħed ir-riskju ta’ istituzzjonalizzazzjoni.
Tajjeb li wieħed iżid li l-ħidma tal-Aġenzija, permezz tas-Servizzi tagħha ta’ Ħidma Soċjali, fil-Komunità, ta’ Matul il-Jum u dawk Residenzjali, tiffoka fuq l-iżvilupp tal-potenzjal tal-persuni b’diżabilità biex b’hekk tiggarantixxi kemm hu possibli li jibqgħu jgħixu fil-komunità. Għalkemm mhux il-klijenti kollha tal-Aġenzija ikunu f’riskju imminenti li jiġu istituzzjonalizzati, mingħajr dawn is-Servizzi tali riskju jkun ferm akbar.
Jista l-Ministru jghid x’sar matul l-2012 uq ix-xogħol ta’ tiswija fuq il-breakwater ta’ Marsaxlokk u fuq id-Deep Water Quay tal-Port il-Kbir ? X’kienet l-ispiza minfuqa dawn il-progetti b’mod separat ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi x-xogħol matul is-sena 2012 fuq il-breakwater ta’ Marsaxlokk sar primarjament fuq il-ħajt ta’ barra (wave wall) tal-breakwater. Il-pagamenti fuq dan il-proġett li saru matul l-2012 sal-lum ammontaw għal €2,092,904.74 (VAT eskluża).
Il-ħidma fuq il-proġett tad-
Deep Water Quay
kienet prinċipalment konnessa mad-disinn tal-proġett, proċess ta’ tender għax-xogħlijiet u fuq studju ta’
Cost Benefit Analysis
. Mill-bidu tas-sena 2012 sal-lum tħallsu €29,965 (VAT eskluża).
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa mill-gvern fuq il-ftuħ ta’ child care centres ġodda fl-2012? Fejn jinsabu dawn iċ-child care centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema li kellha tiddaħħal din is-sena għal min irid jinvesti fl-insulazzjoni tas-soqfa u l-aperturi tad-djar u kemm kienet l-ispiża fuq din l-iskema?
kunsilli lokali u għaqdiet — proġetti marbuta mad-dehra u l-istorja tal-lokalità
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-kunsilli lokali u għaqdiet oħra li ibbenifikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti biex iwettqu numru ta’ proġetti marbuta mad-dehra u l-istorja tal-lokalità tagħhom? Jista' jgħid kemm ingħata fondi kull kunsill lokali u kull għaqda? Jista' jgħid xi proġetti saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi vasta u possibilment voluminuża mhux ħażin. Għaldaqstant ikun tajjeb jekk jispeċifika aktar l-informazzjoni li qed jitlob, per eżempju xi perjodu speċifiku f’dawn it-tmien snin kemm Malta ilha msieħba fl-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-promozzjonijiet ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż dawk is-sejħiet li qed isiru interviews bħalissa u għad ma hemmx deċiżjoni tal-Bord tal-Ħatra fuqhom? Jista’ jgħid kif l-awtorità taħtar il-membri tal-bord għall-ħatra tal-promozzjonijiet? Min jagħżel lill-membri tal-Bord u xi kriterji jintużaw biex dawn il-membri jservu fuq il-bord? Jista’ jagħti lista tal-membri li qagħdu, jew qegħdin bħalissa, fuq il-bordijiet ta’ ħatra tal-promozzjonijiet f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż il-professjoni tagħhom?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hemmx il-prassi li f’karigi maniġerjali ta’ ċertu setturi tekniċi, ma jinħatrux persuni espert jew imħarġin teknikament għal dak is-settur iżda jkun biżżejjed li min jiġi magħżul jidher li jkollu skills maniġerjali biss? Jekk din hija l-prassi, ma jidhirlux li dan qed iħalli effetti negattivi fuq l-operat ta’ dawn is-setturi teknici fl-awtorità?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ftehim Kolletttiv jistabilixxi li l-kriterji li fuqhom ser jiġu evalwati dawk il-kandidati li ssottomew applikazzjoni, ikunu pubblikati qabel l-intervista' u din il-prassi tiġi adotta. B'hekk l-kandidati jkunu nfurmati minn qabel fuq liema kriterji ser jiġu evalwati. Barra minn hekk is-sejħa ta' l-applikazzjoni telenka d-dmirjiet u responsabiltajiet prinċipali ta' dik il-pożizzjoni. Fis-sejħa ta' l-applikazzjoni jiġu wkoll elenkati l-ħiliet rikjesti f'dak ir-rwol partikolari.
Huwa mportanti li wieħed jifhem li meta l-pożizzjoni li tkun vaganti tkun ogħla fil-ġerarkija ta' l-Awtorita', din tkun tirrikjedi iktar kompetenzi maniġerjali milli dawk tekniċi.
Ta' min jinnota li fil-maġġoranza tal-każi ta' pożizzjoni ogħla fil-ġerarkija ta' l-Awtorita' jintlew mill-impjegati li jkunu bdew jaħdmu ma' l-Awtorita' fi gradi tekniċi u dawn matul iż-żmien bdew jifirxu iktar l-esperjenza tagħhom f' rwoli maniġerjali.
Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37204, tista’ l-Ministru tindika min kien responsabbli biex jiġbor u jgħaddilha l-informazzjoni u l-figuri li poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tħossix komda li ssemmi l-persuni responsabbli, tista’ tindika jekk dawn il-figuri kenux mgħoddija lilha b’mod uffiċjali mill-Public Broadcasting Services?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din l-informazzjoni ġiet miġbura mill-iskrivana li taħdem fl-iNewsroom tal-Public Broadcsting Services u tieħu ħsieb dan ix-xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-ispiża minfuqa fl-2012 fuq il-bini tal-Akkademja tal-Pulizija ġdida? Jista' jgħid kemm tlestit minnha s'issa? Jista' jgħid meta din l-akkademja se tibda tiffunzjona ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s’issa tħallsu €231, 687 għall-bini ta’ l-Akkademja tal-Pulizija ġdida ġewwa Ta’ Kandja. Infurmat ukoll illi x-xogħol tal-kostruzzjoni miexi kif ippjanat. Infurmat ukoll illi x-xogħol tal-kostruzzjoni tal-ġibjun tlesta, filwaqt li bħalissa qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni tal-blokk li jkopri l-uffiċji ta’ l-amministrazzjoni u l-lecture rooms. Huwa maħsub illi din l-akkademja tkun tista’ tibda tiffunzjona matul is-sena d-dieħla.