Legislature:
Category:
Reset
Active:

Materjal perikoluż flyash

Question

Wara rapporti fil-media lokali li materjal perikoluż (hazardous) li jikkonsisti fil-flyash li huwa dak il-materjal li jibqa' wara li jinħareġ żejt fil-power stations, li jammonta għal madwar 4,000 metru kubu, intuża minn kuntrattur lokali biex jitħallat mal-konkos liema konkos ġie wżat biex jinbnew retaining walls f'binjiet: Jista' l-Ministru jgħid fejn u f'liema kwantitajiet intuża dan il-materjal f'bini? Jekk sarux xi testijiet għal radjuattiviata' li tista' tinsab ħierġa minn konkos magħmul minn dan il-materjal? Jekk dawn il-binijiet humiex binijiet abitati? Jekk qed isiru testijiet, meta sar l-aħħar test, kemm isiru spissi u x'kienu r-readings ta' radjuattivita' li nstabu? X'miżuri korrettivi beħsiebu jieħu l-gvern biex jissalvagwardja s-saħħa taċ-ċittadini?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-flyash intuża bħala materjal biex jitħallat mal-konkos u jimtlew culverts tal-Enemalta u mhux bħala materjal fil-bini. Peress li l- flyash huwa by product mill- combustion taż-żejt li mhux radjattiv, il- flyash ma jistax ikun radjattiv u allura m’hemm bżonn l-ebda testing . Enemalta bħalissa qed tesporta dan il- flyash biex jiġi pproċessat ġo faċilitajiet liċenzjati fl-Ewropa. Enemalta speċifikat l-użu ta’ tagħmir għat-tnaqqis tal-emissjonijiet biex dawn jiġu konformi mal-livelli tal-UE. Din l-attrezzatura tinkludi Selective Catalytic Reactors (SCR’s) għal riduzzjoni ta’ NOx, reatturi tas-sodju bikarbonat għar-riduzzjoni tal- SO2, u filters tat-trab għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab.

Impjant tal-Magħtab — ammont ta' gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ammonti ta' gass li ġew maqbuda s'issa (xahar, xahar jew sena, sena) mill-impjant tal-Magħtab/Għallis? X'sar minnu dan il-gass? Jista' jgħid ġiex iġġenerat xi elettriku minn dan is-sors ta' enerġija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-ewwel fażi ta’ l-operat ta l-impjant (2007) s’issa, ġew migbura 'l fuq minn 100 miljun metru kubu ta’ ‘Landfill gas’. Attwalment jinġabar medja ta’ 6000 metru cubu fis-siegħa. Dan il-gas jiġi trattat gewwa l-RTO (Regenerative Thermal Oxidiser) li jkisser l-elementi tossiċi fil-gassijiet f’ temperaturi għolja ta’ madwar elf grad Centigradu (1000oC). Il-Methane li jinsab fil-gas tal-Magħtab qed jintuża biex iżomm għolja t-temperatura ta’ l-RTO u b’hekk jigi evitat milli tintuża l-enerġija elettrika biex tipprovdi din is-sħana. Għaldaqstant l-energija elettrika qed tigi frankata flok iġġenerata.

Ftehim bilaterali bejn Malta u New Zealand

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati bejn Malta u New Zealand biex jintlaħaq ftehim bilaterali dwar is-sigurta' soċjali? Tista' tagħti ħjiel għaliex minkejja li dan il-ftehim ilu snin jiġi mħabbar li se jsir, għaddew dawn is-snin kollha u għadu mhux itterminat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-negozjati bejn Malta u New Zealand biex jintlaħaq ftehim bilaterali dwar is-sigurtà soċjali jinsabu fi stat avvanzat ħafna. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li dan il-ftehim kien wasal biex jiġi ffirmat fi Frar 2009. Iżda dan il-proċess kellu jitwaqqaf wara li nbidel il-Gvern fi New Zealand u l-awtoritajiet Maltin kienu nfurmati li l-awtoritajiet ta’ New Zealand xtaqu li jerġgħu jiskrutinizzaw it-test tal-Ftehim. In-negozjati bejn iż-żewġ pajjiżi għaddejjin kontinwament iżda sal-lum m’inix f’pożizzjoni li nagħti data meta jista’ jiġi ffirmat dan il-Ftehim.

Materjal perikoluż flyash

Question

Wara rapporti fil-media lokali li materjal perikoluż (hazardous) li jikkonsisti fil-flyash li huwa dak il-materjal li jibqa' wara li jinħareġ żejt fil-power stations, li jammonta għal madwar 4,000 metru kubu, intuża minn kuntrattur lokali biex jitħallat mal-konkos liema konkos ġie wżat biex jinbnew retaining walls f'binjiet: Jista' l-Ministru jgħid fejn u f'liema kwantitajiet intuża dan il-materjal f'bini? Jekk sarux xi testijiet għal radjuattiviata' li tista' tinsab ħierġa minn konkos magħmul minn dan il-materjal? Jekk dawn il-binijiet humiex binijiet abitati? Jekk qed isiru testijiet, meta sar l-aħħar test, kemm isiru spissi u x'kienu r-readings ta' radjuattivita' li nstabu? X'miżuri korrettivi beħsiebu jieħu l-gvern biex jissalvagwardja s-saħħa taċ-ċittadini?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

ftehim bilaterali bejn Malta u New Zealand

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' ftehim bilaterali li jeżisti bejn Malta u New Zealand? Jista' jgħid ukoll liema ftehim huwa pending u x'inhuma l-prospettivi li dawn jiġu finalizzati? Jista' jgħid x'inhuma l-problemi li qegħdin iżommu lura li l-ftehim bilaterali dwar servizzi soċjali ilu dan iż-żmien kollu biex jiġi fis-seħħ, meta dan ilu jiġi mwiegħed mill-2004?

Response (BORG, TONIO)

Malta u New Zealand iffirmaw ftehim wieħed bejniethom, dak tad-19 ta' Mejju 2004 dwar arranġament imsejjaħ "Working Holiday Scheme". Permezz ta' dan il-ftehim, kull sena sa ħamsin żagħżugħ u żagħżugħa Maltin jistgħu jżuru New Zealand taħt din l-iskema għal perjodu ta' 12-il xahar. Bħalissa hemm żewġ ftehim bilaterali li qed jiġu negozjati bejn Malta u New Zealand, wieħed dwar is-Sigurtà Soċjali u ieħor dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija tiegħu dwar il-ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #11883 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħolqien ta' Commissioner for Standards

Question

Fl-isfond tal-każ tal-Ministru Tonio Fenech u l-mistoqsijiet kollha li qamu dwaru; fl-isfond tal-fatt li l-kodiċi ta' etikà ta' Ministru tipprojbixxi l-aċċettazzjoni ta' rigali jew servizzi; fl-isfond ukoll tal-fatt li għandu jiġi kkontestat jekk il-Prim Ministru bħalu primum inter pares huwiex il-persuna jew aħjar l-uffiċjal idoneju biex jieħu passi dixxiplinarji fuq sħabu tal-kabinett li jkunu kisru l-kodiċi ta' etika għal raġunijiet ovvji li għandhom x'jaqsmu ma' konsiderazzjonijet ta' natura politika partiġġjana; jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li tali dixxiplina tkun amministrata aħjar jekk jinħoloq uffiċċju ta' Commissioner for Standards kif hemm f''parlamenti oħra, fosthom dak ta' Westminister? Jaħseb il-Prim Ministru li din il-kariga għandha tiġi diskussa mill-aktar fis possibbli biex naslu għall-ħolqien ta' dan l-uffiċċju ta' Commissioner for Standards?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern huwa miftuħ għal kull suġġeriment li jippromwovi l-ogħla livell ta’ mġieba fil-ħajja pubblika. Nixtieq nirrimarka li l- Commissioner for Standards ta’ Westminster, li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, jirregola l-imġieba tal-Membri Parlamentari u mhux tal-membri tal-Kabinett.

Mawra biex jassisti logħba fubol

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11776, li fiha l-Ministru wieġeb li ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti li skond huwa ħallas tal-lukanda, għalih u t-tfal li kienu miegħu fil-vakanzi li fiha mar jara logħba football bħala mistieden ta' industijalisti Maltin, għaliex skond il-Ministru, mhijiex konswetudni tiegħu li jżomm l-irċevuti tal-ispejjeż ta' natura personali. Jista' l-Ministru għall-anqas jipproduċi kopja tal-istatements tal-bank li fiha juri dak li ħallas, aktarx iva milli le, bi credit card?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Invoice mitluba wara li kkomunikajt mal-lukanda biex tibgħatli kopja għas-sodisfazzjon tal-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #11883 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħolqien ta' Commissioner for Standards

Question

Fl-isfond tal-każ tal-Onor. Tonio Fenech u l-mistoqsijiet kollha li qamu dwaru; fl-isfond tal-fatt li l-kodiċi ta' etikà ta' Ministru tipprojbixxi l-aċċettazzjoni ta' rigali jew servizzi; fl-isfond ukoll tal-fatt li għandu jiġi kkontestat jekk il-Prim Ministru bħalu primum inter pares huwiex il-persuna jew aħjar l-uffiċjal idoneju biex jieħu passi dixxiplinarji fuq sħabu tal-kabinett li jkunu kisru l-kodiċi ta' etika għal raġunijiet ovvji li għandhom x'jaqsmu ma' konsiderazzjonijet ta' natura politika partiġġjana; jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li tali dixxiplina tkun amministrata aħjar jekk jinħoloq uffiċċju ta' Commissioner for Standards kif hemm f''parlamenti oħra, fosthom dak ta' Westminister? Jaħseb il-Prim Ministru li din il-kariga għandha tiġi diskussa mill-aktar fis possibbli biex naslu għall-ħolqien ta' dan l-uffiċċju ta' Commissioner for Standards?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mawra biex jassisti logħba fubol

Question

In konnessjoni mal-mawra tal-Ministru biex jassisti għal logħba futbol barra minn Malta u d-dikjarazzjoni li għamel li għalkemm kellu l-vjaġġ fuq ajruplan privat b'xejn u anke l-biljetti tal-logħba kienu b'xejn, imma huwa ħallas minn butu il-lukanda, għalih, għat-tifel u għan-neputi li kien miegħu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-irċevuti li ħallas tal-lukanda, għalih, u t-tfal li kienu miegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil Onor Interpellant li l-aveniment li qed jirreferi għalieh ġara aktar min sitt xhur ilu, u mhix konswetudni tiegħi li spejjes ta' natura personali nżomm l-irċevuti sakemm ma hemmx skop speċifiku bħal meta hemm garanzija marbuta ma prodott li nkun xtrajt.
Leg 11 PQ #11085 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rata ta' inċidenza ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8241 u 9723 u jagħti r-rata ta' inċidenza ta' cancer (malignant disease) u ta' mwiet reġistrati minħabba f'hekk, f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar 20 sena? Peress li issa ilhom li saru diversi xhur, iħoss il-Ministru li wasal iż-żmien li t-tagħrif mitlub f'dawn il-mistoqsijiet parlamentari, jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11086 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistrar ta' imwiet kawża ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8238 u 9724 u jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet kawża ta' cancer (malignant conditions) jew li fihom din il-kundizzjoni ikkontribwiet għall-kawża tal-mewt, f'dawn il-lokalitajiet f'dawn l-aħħar 20 sena: Marsaxlokk Birżebbuġa Żejtun Għaxaq Fgura Żabbar Wied il-Għajn Jista' jagħti l-figuri miġbura sena b'sena, sess u età? Peress li issa ilhom li saru diversi xhur, iħoss il-Ministru li wasal iż-żmien li t-tagħrif mitlub f'dawn il-mistoqsijiet parlamentari, jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9720 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Conciliation Committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi Membru Parlamentari Ewropew Malti fid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ħa sehem fil-Conciliation Committee li nżamm dwar in-nuqqas ta' qbil rigward il-Working Time Directive li nżamm fl-aħħar ta' April li għadda? Jekk kien hemm, min kien u x'pożizzjoni ħa fuq din il-kwestjoni? Nistaqsi wkoll x'pożizzjoni ħadet Malta fil-Kunsill li ħa sehem f'dan il-Conciliation Committee u jekk il-Gvern Malti kienx jifforma parti mill-blockup minority fil-Kunsill li ħasset li kull attentat biex titneħħa l-fakultà ta' opt out mid-Direttiva dwar working time ma kienx aċċettabbli? Fi kwalunkwe każ, x'kienet il-pożizzjoni meħuda minn Malta f'dan il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm membru Parlamentari Ewropew Malti fid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ħadet sehem fil-Conciliation Committee. Il-membri Parlamentari Ewropew Maltin fil-leġislatura preċedenti ma kienux jifformaw parti mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew li jittratta din il-materja. Għaldaqstant ma setgħux ikunu nklużi fid-delegazzjoni tal-Conciliation Committee. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista uffiċjali tal-membri tad-delegazzjoni.

Marsa — Powerstation - emmisjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi u liema metodu nħadmu l-figuri tal-emmisjonijiet ta' CO2 SO2 NOx u particular matter li qed jidhru f'advert li qed juri kemm ħerġin minn dawk il-kimiċi mill-impjant tal-power station tal-Marsa

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-ċifri ppublikati fir-riklam huma bbazati kif imsemmija hawnhekk. Il-kalkoli ta CO2 huma bbażati fuq iċ-ċifri ta' emissjonnijiet tas-sena 2008 divisi bl-ammont ta elettriku li ġie prodott fl-istazzjon tal- Marsa. Il-kalkoli ta SO2 huma bbazati fuq iċ-ċifri ta' żejt li nħarqet fl-istazzjon tal-Marsa, u l-kontenut ta' kubrit li jkun fih iż-żejt. Il-kalkoli tal-particulate matter, ibbazati fuq l-medja tal emissjonijiet tal-particulate matter minn 1/1/2009- 30/4/2009 mill-istrumenti u ttotalizzati Il-kalkoli ta NOx, huma bbazati fuq il-media tal-emissjonijet ta dan il-gass minn 1/1/2009- 30/4/2009 mill-istrumenti u ttotalizzati. It- total ta' kull figura hi bbażata fuq l-ammont ta' enerġija elettrika li kapaċi joħroġ mill -impjant il-ġdid meta jaħdem fuq " Maximum Continuous Rating " ghal 8000 siegħa.

Negozji zgħar — benefiċċji għal-kriżi ekonomika

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk għamilx użu mill-permess li l-Kommunità Ewropea tat lill-Gvern Malti biex jgħin lill-negozji li ntlaqtu ħażin minħabba l-kriżi ekonomika li għaddejin minnha? Jista' jgħid min kienu l-benefiċjarji u kemm ħadet għajnuna kull ażjenda? Jekk s'issa ma ngħatat l-ebda għajnuna finanzjarja, x'qed ikun maħsub li jsir? Fi kwalunkwe każ, jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu jew ser jintgħażlu l-benefiċjarji? Min qed jieħu d-deċiżjoni dwar jekk talba għall-għajnuna tiġix milqugħa jew le? Jekk hemm xi bord tal-għażla, minn min huwa kompost u x'inhuma l-kwalifiki tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa spjegajt numru ta’ drabi, il-Gvern ma jistax jiżvela l-għajnuna finanzjarja li tingħata fuq bażi ta’ kumpanija kemm għal raġunijiet kummerċjali kif ukoll għal raġunijiet legali. Madankollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li tnejn mill-ftehim li saru kienu jinvolvu użu mill-permess li tat l-Unjoni Ewropea lil Malta sabiex tassisti b’intensita’ akbar f’dan il-perjodu. In-negozjati huma mmexxija kollha mill-Malta Enterprise u wara jiġu diskussi fit-Task Force fejn fl-aħħar mill-aħħar, bħala Chairman tat-Task Force u Ministru tal-Finanzi , inkun jien li napprova l-pakkett ta’ għajnuna propost mill-Malta Enterprise.
Leg 11 PQ #9720 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Conciliation Committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi Membru Parlamentari Ewropew Malti fid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ħadet sehem fil-Conciliation Committee li nżamm dwar in-nuqqas ta' qbil rigward il-Working Time Directive li nżamm fl-aħħar ta' April li għadda? Jekk kien hemm, min kien, u x'pożizzjoni ħa fuq din il-kwestjoni? Nistaqsi wkoll x'pożizzjoni ħadet Malta fil-Kunsill li ħa sehem f'dan il-Conciliation Committee u jekk il-Gvern Malti kienx jifforma parti mill-blockup minority fil-Kunsill li ħasset li kull attentat biex titneħħa l-fakultà ta' opt out mid-Direttiva dwar working time ma kienx aċċettabbli? Fi kwalunkwe każ, x'kienet il-pożizzjoni meħuda minn Malta f'dan il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Unjoni Ewropea u Israel — relazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti rigward il-lobbying li għaddej bħalissa fl-Unjoni Ewropea biex jiġu upgraded ir-relazzjonijiet li jeżistu bejn l-istess Unjoni Ewropea u Iżrael? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iħossx għandux ikun hemm rabta bejn il-progress fil-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani u l-iżviluppi fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-istat ta' Iżrael?

Response (BORG, TONIO)

Il-proċess ta' 'upgrade' fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Iżrael ġie imniehed fl-2008 fuq talba ta' Iżrael. Malta kienet fost il-grupp ta' pajjizi membri li mill-bidu ħa pożizzjoni li dan il-proċess għandu javvanza b'rabta mal-progress fir-riżoluzzjoni tal-konflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani. Din il-pożizzjoni ġiet ukoll konfermata fid-Dikjarazzjoni tal-UE fil-kuntest tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael li sar fil-Lussemburgu fil-15 ta' Ġunju 2009.
Leg 11 PQ #9723 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rata ta' inċidenza ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8241 u jagħti r-rata ta' inċidenza ta' cancer (malignant disease) u ta' mwiet reġistrati minħabba f'hekk, f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar 20 sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9724 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistrar ta' mwiet kawża ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijan parlamentari 8238 u jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet kawża ta' cancer (malignant conditions) jew li fihom din il-kundizzjoni ikkontribwiet għall-kawża tal-mewt, f'dawn il-lokalitajiet f'dawn l-aħħar 20 sena: Marsaxlokk Birżebbuġa Żejtun Għaxaq Fgura Żabbar Wied il-Għajn Jista' jagħti l-figuri miġbura sena b'sena, sess u età?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Marsa — Powerstation - emmisjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi u liema metodu nħadmu l-figuri tal-emmisjonijiet ta' CO2 SO2 NOx u particular matter li qed jidhru f'advert li qed juri kemm ħerġin minn dawk il-kimiċi mill-impjant tal-power station tal-Marsa

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8238 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistrar ta' mwiet kawża ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet kawża ta' cancer (malignant conditions) jew li fihom din il-kundizzjoni ikkontribwiet għall-kawża tal-mewt, f'dawn il-lokalitajiet f'dawn l-aħħar 20 sena: Marsaxlokk Birżebbuġa Żejtun Għaxaq Fgura Żabbar Wied il-Għajn Jista' jagħti l-figuri miġbura sena b'sena, sess u età?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.