Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġia — enforcement notice

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-enforcement notice li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara 11-il sena għadha ma ġietx infurzata? Jaf li din l-scrap yard għadha topera b'detriment kbir għall-ambjent u għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit huwa kolpit b'avviż ta' Twettiq u Infurzar ECF 68/00 li jgħid 'Biddilt l-użu tal-art minn għalqa għal scrapyard fejn qiegħed ukoll tipparkja trakkijiet u vetturi oħra u dan kollu minghajr permess' . Fil-preżent dan is-sit qed jiġi mnaddaf mis-sid hekk kif huwa obligat jagħmel skond l-ordni msemmija wara li riċentement reġa' gie ordnat biex jagħmel dan mill-uffiċjali tad-Direttorat tal-Infurzar u wara li kiseb il-permessi meħtieġa biex jiddisponi minn dan l-iskart. L-istess Direttorat qiegħed ukoll iwettaq spezzjonijiet regolari f'din il-fażi ta' tindif biex jiġi assigurat li l-ordni skond ECF 68/00 tiġi sorveljata kollha. Barra minn hekk, dokumenti li jikkonfermaw l-esportazzjoni ta’ materjal riċiklabbli qed ikunu provduti mis-sid bħala prova addizjonali li qed iwettaq it-tindif ordnat.

Birżebbuġia — enforcement notice

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-enforcement notice li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara 11-il sena għadha ma ġietx infurzata? Jaf li din l-scrap yard għadha topera b'detriment kbir għall-ambjent u għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Interconnector bejn Malta u Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex qiegħed jikkontempla li jottjeni xi fondi għall-interconnector bejn Malta u Sqallija mill-fond Connecting Europe Facility; li huwa intiż li jiġbor fondi biex jitwettqu proġetti infrastrutturali kbar? Jista' jagħti ħjiel meta dan il-pjan se jitressaq quddiem il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew biex jingħata l-aħħar approvazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li pajjiżna se jkun qed jibbenefika minn finanzjament Ewropew ta’ madwar €20miljun għall-bini tal-interconnector ma’ Sqallija. Dan l-ammont se jkun qed jiġi finanzjat mill-European Energy Programme for Recovery. Il-Connecting European Facility huwa intenzjonat għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 u għalhekk, l- interconnector preżenti, li se jkun lest fl-2013, ma jistax jiġi kkunsidrat għal finanzjament minn dan il-programm.

Interconnector bejn Malta u Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex qiegħed jikkontempla li jottjeni xi fondi għall-interconnector bejn Malta u Sqallija mill-fond Connecting Europe Facility; li huwa intiż li jiġbor fondi biex jitwettqu proġetti infrastrutturali kbar? Jista' jagħti ħjiel meta dan il-pjan se jitressaq quddiem il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew biex jingħata l-aħħar approvazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea — salarju u pakkett finanzjarju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu s-salarju u l-pakkett finanzjarju marbut miegħu (li jinkludi extras, allowances u perks) li għandu dritt għalihom u li jieħu l-Ambaxxatur Estrawdinarju u Plenipotenzjarju u Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea l-Eċċellenza Tiegħu is-Sur Richard Cachia Caruana? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg tiegħu, li jinkludi t-termini u kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill- Onorevoli Membru jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15976

status lill-barranin li jkunu għexu fl-Unjoni Ewropea

Question

Billi skont Direttiva 2003/109/EC, persuni minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li għexu legalment f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għal ħames snin, jistgħu japplikaw għal status ta' Long Term Resident u dan l-istatus jagħti lil dawn il-persuni drittijiet indaqs ma' dawk ta' ċittadini Ewropej, f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà soċjali, aċċess għas-suq tax-xogħol, mobilità fl-Unjoni Ewropea u protezzjoni kontra tkeċċija, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm barranin f'pajjiżna ngħataw dan l-istatus skont din id-direttiva minn mindu ġiet implimentata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s'issa 420 persuna għandhom status ta' Resident fit-Tul li ngħata taħt il-provvedimenti tal-Avviż Legali Nru 278 ta' 2006, liema Avviż Legali daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2006 u qed jimplimenta dawk il-provvedimenti tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea Nru 2003/109
Leg 11 PQ #30352 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forżi Armati Maltin — azzjonijiet ta' peace keeping barra l-Kosta tas-Somalja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn, madwar id-dinja, membri tal-Forzi Armati Maltin qegħdin jieħdu parti f'xi azzjoni umanitarja, azzjonijiet ta' peace keeping, jew azzjonijiet ta' natura oħra, bħal dik kontra l-piraterija barra l-kosta tas-Somalja? Jista' jgħid kemm persuni huma involuti, kif ġew magħżula, u fuq liema termini huma ngaġġati fil-missjonijiet li qegħdin jieħdu parti fihom bħalissa u x'inhuma eżatt id-doveri tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) preżentament għandha tnax-il membru jservu bhala ‘Vessel Protection Detachment’ fl-operazzjoni navali Ewropeja kontra l-piraterija barra l-kosta tas-Somalja (EUNAVFOR/Operation ATALANTA). Il-kontinġent tal-FAM qegħdin abbord bastiment militari Olandiż, u huma qegħdin jiġu mpjegati b’risponsabilitajiet ta’ proviġjonament ta’ sigurta’ kontra l-piraterija fuq bastimenti tal-‘World Food Programme’ u dawk tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana ġewwa s-Somalja (AMISOM). Fi ħdan l-istess operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropeja (UE) Atalanta, hemm ukoll fizzjal iservi fil-Kwartieri ġenerali tal-Operazzjoni (Operation Headquarters) ġewwa Northwood, fir-Renju Unit. Il-Forza għandha wkoll fizzjal u tlett Ufficjali bla Kummissjoni (hekk imsejħin ‘Non Commissioned Officers’) jservu fil-missjoni militari ta’ taħriġ EUTM Somalia, li l-UE għandha ġewwa l-Uganda. Il-fizzjal huwa nkarigat bħala l-Assistent Personali tal-Kmandant tal-Missjoni, li huwa Kulunell Irlandiż . It-tlett ‘instructors’ jiffurmaw parti minn wieħed mid-diversi timijiet ta’ taħriġ, u huwa kompost minn suldati Maltin u Irlandiżi, li flimkien jagħtu taħriġ lil suldati Somali bħala parti mill-Missjoni tal-UE. Il-Forzi Armati ta’ Malta għandha wkoll żewġ Ufficjali bla Kummissjoni li qegħdin iservu bħala osservaturi fil-Missjoni Ewropeja ġewwa l-ġorġja (EUMM Georgia). Il-proċess li jintuża biex jintgħażlu membri tal-Forza sabiex jservu f’Missjonijiet ta’ Maniġġjar ta’ Kriżi barra minn Malta hu bażat fuq deciżjoni nazzjonali li l-FAM tipparteċipa; it-tieni, l-individwu jrid ikun fuq il-lista ta’ voluntiera tal-FAM sabiex iservi barra minn Malta f’Missjonijiet ta’ Maniġġjar ta’ Kriżi; it-tielet, tittieħed deċiżjoni mill-Forza bbażata fuq il-ħtiġijiet u kwalifiki rikjesti skont in-natura tax-xogħol fuq il-Missjoni partikolari, u skont l-esiġenzi tas-Servizz.

Overseas Development Aid — proġetti finanzjati minn Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jelenka l-proġetti finanzjati minn pajjiżna għal skop ta' għajnuna lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw taħt il-forma ta' Overseas Development Aid? Jista' jghid x'ammont ta' fondi hemm allokati għal kull proġett?

Response (BORG, TONIO)

Il-proġetti ffinanzjati minn Malta għas-sena 2011 biex ikunu megħjuna pajjiżi li qegħdin jiżvilluppaw taħt l-iskema ta' Overseas Development Aid (ODA), flimkien mal-ammont f'fondi allokati għal kull proġett huwa kif jidher f'Anness I. Anness II turi l-għajnuna umanitarja li Malta tat lill-Libja matul din is-sena . Iż-żewġ Annessi huma mehmuża ma' din it-tweġiba.

Brussel — Dar Malta - informazzjoni dwar l-impjieg

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' impjegati Maltin u barranin li huma f'Dar Malta fi Brussel? Jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat u x'inhuma t-termini ta' impjieg ta' kull wieħed/waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

European External Action Service — diplomatiċi Maltin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm diplomatiċi Maltin ġew impjegati fil-European External Action Service? X'inhi l-pożizzjoni li jokkupaw? Hemm xi ftehim jew understanding li aktar diplomatiċi Maltin isibu posthom f'dan is-servizz tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Il-proċess ta’ reklutaġġ mal-European External Action Service beda fil-bidu ta l-2011. S’issa seba’ individwi Maltin ġew reklutati għall-pożizzjonijiet fl-European External Action Service inkluż fil-kariga ta' Viċi Kap tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant ta’ l-Unjoni Ewropea għax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża. Minbarra il-bniedem li qed jimla din il-kariga hemm erba’ ċittadini Maltin oħra fil-livell ta’ ‘uffiċjal’ u żewġ ċittadini Maltin oħra li jaħdmu bħala ‘assistenti’. Għalkemm dan in-numru huwa ferm ogħla min-numru li kien hemm fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Relazzjonijiet Esterni, dan it-total għadu mhuwiex sodisfaċċcenti għall-Gvern Malti. Reklutaġġ mal-European External Action Service hu bbażat fuq proċess kompetittiv għal kandidati li jistgħu jiġu biss mis-servizzi diplomatiċi tas-27 Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. F'dan ir-rigward m'hemm l-ebda karigi allokati għall-Istati Membri speċifiċi. Madankollu l-Gvern ta' Malta b'suċċess insista matul id-diskussjonijiet dwar it-twaqqif tas-European External Action Service fuq il-prinċipju ta' "meaningful presence of nationals from all EU Member States" fis-Servizz; dan minħabba li, għalkemm il-mertu huwa element essenżjali fl-għażla ta’ l-offiċjali tas-European External Action Service, jeħtieġ li jkun hemm il-presenża effettiva ta’ ċittadini mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni. Infakkar l-Onor Interpellant li r-relazzjonijiet esteri tal-Unjoni Ewropea huwa ‘area ta’ joint competence’ ma’ l-Istati Membri. L-inizzjattiva Maltija kienet rċeviet l-appoġġ unanimu ta’ l-Istati Membri fil-Kunsill tal-Ministri.
Leg 11 PQ #29572 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dikjarazzjoni 36 tat-Trattat tas-Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

Question

Ġaladarba li anke l-Prim Ministru qiegħed jammetti li mhux eskluża l-possibbiltá li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2014-2020, Malta taf ma tibqax eligibbli għall-istatus ta' Objective One, kif kienet dejjem s'issa, speċjalment minħabba l-effett negattiv statistiku li ġab miegħu d-dħul tar-Rumanija u l-Bulgarija, u għalhekk Malta tista' tgħaddi għall-istatus il-ġdid maghruf bħala 'membru fi transizzjoni', jista' l-Prim Ministru jgħid kif f'dan ix-xenarju se tġi mwettqa l-wegħda li kienet saret lill-Għawdxin, li skont id-Dikjarazzjoni 36, anessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li tgħid: " in the event that Malta, as a whole, would no longer be eligible to certain measures of the regional policy, the report (by the Commission to the Council on the economic and social situation in Gozo, and in particular , on the disparities in the social and economic development levels between Gozo and Malta ) would assess whether the specific economic situation of Gozo justifies a continued eligibility of Gozo to these measures, and under which conditions, during the reference period", allura Għawdex kien se jiġi trattat differenti minn Malta jekk Malta ma tibqax Objective One? In vista ta' dan, jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) jekk din it-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex saritx diġà lill-Kummissjoni waqt it-taħdidiet li bdew; (2) kemm huwa fiduċjuż li din id-dikjarazzjoni unilaterali magħmula min-naħa Maltija se torbot lill-Kummissjoni; u (3) jekk il-gvern bediex diġà jiġbor l-istatistika relevanti u neċessarja biex iressaq il-każ tiegħu u jikkonvinċi lill-Kummissjoni (dejjem jekk ikun il-każ) bir-rapport li jħejji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-Gvern ser jagħmel talba biex isir studju dwar il-bżonnijiet speċifiċi ta’ Għawdex u li l-gvern diġà beda jiġbor l-istatistika relevanti biex iressaq il-każ. Il-gvern jifhem li ġaladarba ssir it-talba minn Malta, l-kummissjoni għandha l-obbligu li tevalwa din it-talba.
Leg 11 PQ #27838 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Perjodu ta' Budget tal-Unjoni Ewropea 2007-2013 — Fondi allokati lill-pajjiżna

Question

Ġie rrapurtat li għall-perjodu ta' budget tal-UE 2007-2013, mill-fondi allokati lill-pajjiżna, kienu diġà ġew allokati mal-130 progett, għal total ta' madwar €1 biljun, u li jkopru bejn wieħed u ieħor 70% tal-fondi allokati lill-pajjiżna għal dan il-perjodu. Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawn il-proġetti u jgħid: a. kemm minnhom diġà ġew approvati mill-Unjoni Ewropea, u kemm minnhom għadhom jistennew biex jiġu approvati; b. kemm huwa stmat li jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti; ċ. f'kull każ, x'inhu l-perċentwal tal-ispiża li se jagħmel tajjeb għaliha pajjiżna; d. kemm minn dawn il-proġetti huma diġà mibdija; e. kemm minnhom huma lesti; u f. f'liema stadju jinstabu l-proġetti l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-listi tal-proġetti li qed jiġu ko-finanzjati taħt il-programmi tal-Politika at’ Koeżjoni 2007-2013. Il-kontribuzzjoni tal-UE hi fissa fil-livell ta’ 85% tal-ispiża pubblika eliġibbli tal-proġett. Il-kontribuzzjoni tal-gvern Malti hi ekwivalenti għalr-rimanenti 15% tal-valur indikat flimkien ma’ xi nfiq li m’huwiex kunsidrat bħala eliġibbli. It-tabelli jindikaw l-istadju preżenti tal-proġetti. Numru żgħir ta’ proġetti ġew approvati riċentement, imma ħafna mill-proġetti jinsabu fi stadju avvanzat tal-implementazzjoni b’26 proġett kompluti. Dan huwa indikat b’mod ċar fit-tabelli mehmuża taħt il-kolonna li tindika l-istatus ta’ kull proġett. Kif jindikaw tajjeb it-tabelli, il-parti l-kbira tal-proġetti jiġu approvati mill-Awtorità ta’ Ġestjoni f’Malta. Huma biss il-proġetti l-kbar (kif definiti skont l-Artiklu 39 tar-Regolament tal-KE 1083/2006) li jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn il-proġetti huma diġà maqbula bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea fil-Programm Operattiv I fejn hemm ukoll deskrizzjoni tagħhom. Xi whud minnhom diġá ġew approvati formalment mill-Kummissjoni Ewropea u oħrajn mistennija li jiġu approvati aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla. Ta’ min jgħid, però, li l-ispiża li qed jagħmel il-Gvern fuq dawn il-proġetti l-kbar hi eliġibbli għall-ħlas mill-Unjoni Ewropea minn issa.
Leg 11 PQ #26299 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EUFOR Libya — rwol ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra xi rwol qed tilgħab Malta f'dak li hu msejjaħ EUFOR Libya? Malta hija parti mill-istaff militari li hemm ibbażat f'Ruma in konnessjini ma' dan il-proġett? Jaħseb il-Prim Ministru li l-għajnuna umanitarja aħjar titwassal minn organizzazzjonijiet umanitarji għar-Red Cross jew Red Crescent, milli minn forzi militari? Jaħseb il-Prim Ministru li fl-isfond tal-ħafna diskors dwar skrutinju parlamentari speċjalment fl-oqsma tal-Common Foreign and Security Policy (CFSP) u l-Common Security and Defence Policy (CSDP) li għaddej bħalissa fl-Unjoni Ewropea, ikun tajjeb kieku l-gvern, minn rajh, jinforma lill-Kamra tad-Deputati jew lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u jagħmel dibattitu ta' skrutinju, qabel ma jkun ħa deċiżjonijiet dwar materji bħal dawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

EUFOR LIBYA hi operazzjoni li l-Unjoni Ewropea qeda tħejji bil-għan li tassisti l-Ufficju ta’ Ko-ordinament għall-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (UN OCHA) billi toffri protezzjoni militari lill-persuni u mezzi ċivili li jkunu qegħdin jwasslu u/jew jagħtu għajnuna umanitarja lill-popolazzjonijiet ċivili ġewwa l-Libya kif ukoll fil-pajjiżi ġirien li ntlaqtu mill-kriżi fir-reġjun. Kif deċiż mill-Kunsill Ewropew fl-1 ta’ April 2011, EUFOR LIBYA tista’ biss topera fl-eventwalita’ li l-UN OCHA tagħmel talba uffiċjali għall-assistenza militari lill-Unjoni Ewropea. L’operazzjoni għadha fi stadju ta’ pjanar u s’issa m’hemmx indikazzjonijiet meta fil-fatt ser isiru l-ewwel operazzjonijiet. Mill-10 April 2011 il-Forzi Armati ta’ Malta kellha u għad ghandha uffiċjal fil-grad ta’ Maġġur li qiegħed jifforma parti mill-i staff militari tal-ippjanar ġewwa Ruma. F’dan l-istadju ta’ pjanar Malta offriet l’uzu ta’ faċilitajiet mediċi għall-membri ta’ EUFOR LIBYA f'każ li jkun hemm bżonn.

Average weekly income — figuri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25794, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-figura li ta, bħala average weekly income ta' persuni li għandhom aktar minn 60 sena u jgħid kemm hemm minn dawn il-persuni li f'figuri perċentwali daħħlu minn €0 'l fuq, f'kategoriji: €0 - €50, €51 - €100, €101 - 150, €151 - €200 eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba peress li d-dipartiment tat-taxxi interni għandu figuri relatati ma’ dawk li jiddikjaraw u jħallsu t-taxxa. Għaldaqstant, din ma tinkludix dħul ieħor mhux taxxabbli, fosthom benefiċċji soċjali.

Average weekly income — figuri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25794, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-figura li ta, bħala average weekly income ta' persuni li għandhom aktar minn 60 sena u jgħid kemm hemm minn dawn il-persuni li f'figuri perċentwali daħħlu minn €0 'l fuq, f'kategoriji: €0 - €50, €51 - €100, €101 - 150, €151 - €200 eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #26299 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EUFOR Libya — rwol ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra xi rwol qed tilgħab Malta f'dak li hu msejjaħ EUFOR Libya? Malta hija parti mill-istaff militari li hemm ibbażat f'Ruma in konnessjini ma' dan il-proġett? Jaħseb il-Prim Ministru li l-għajnuna umanitarja aħjar titwassal minn organizzazzjonijiet umanitarji għar-Red Cross jew Red Crescent, milli minn forzi militari? Jaħseb il-Prim Ministru li fl-isfond tal-ħafna diskors dwar skrutinju parlamentari speċjalment fl-oqsma tal-Common Foreign and Security Policy (CFSP) u l-Common Security and Defence Policy (CSDP) li għaddej bħalissa fl-Unjoni Ewropea, ikun tajjeb kieku l-gvern, minn rajh, jinforma lill-Kamra tad-Deputati jew lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u jagħmel dibattitu ta' skrutinju, qabel ma jkun ħa deċiżjonijiet dwar materji bħal dawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Maltco Lotteries Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-permess tal-immaniġġjar u t-tmexxija tal-Lotterija Nazzjonali lil Maltco Lotteries Ltd, u meta jiskadi dan il-permess? Liema proċedura se tiġi segwita biex jingħata mill-ġdid dan il-permess? Se jkun hemm tender pubblika? Jekk iva, meta huwa previst li toħroġ din it-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25252.

Permessi għal Casinos

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess ta' Casino hawn f'Malta? Jista' jagħti d-dati ta' meta nħareġ kull permess u kemm hu twil kull permess? Jista' jgħid x'inhi l-proċedura biex jiġu mġedda, jew rinovati dawn il-permessi? Dawn se jiġġeddu b'sejħa għal tenders? Jista' jgħid kif tiġi stabbilita s-somma mħallsa għal peremss u biex jiġġedded? Jista' jgħid jekk in-numru ta' permessi huwiex limitat, jew jekk nistgħux noħorġu permessi kemm irridu? Hemm xi kunsiderazzjoni għal-lokalità fejn jinħareġ permess? Jekk hu hekk, xi kriterji jintużaw u min jiddeċiedi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi preżentament hemm erba’ casinos liċenzjati Malta. Liċenzji għall-Casinos jinħarġu mill-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob għal terminu ta' għaxar snin skond il-liġi. L-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob toħroġ liċenzji jekk l-operatur (jew l-applikant) jissodisfa l-kriteri kollha skont l-Att dwar il-Logħob, inkluż li l-operatur huwa fil-possess ta' Konċessjoni maħruġ mill-Gvern. L-erbà liċenzji attivi bħalissa huma ta' Oracle Casino li ħareġ f’Settembru 1998, ta’ Casino di Venezia li ħareġ f’Awissu, 2001, ta’ Portomaso Casino li ħareġ f’Ġunju 2006 waqt li ta’ Dragonara Casino ħareġ fl-2010. Il-liċenzji ta' Casinos maħruġa mill-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob jinħarġu skond l-Att Dwar il-Logħob u mhux skont tender . Kull operatur iħallas somma kull sena bħala 'Liċenzja' lil-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob, skond il-poteri li tati l-liġi.

Animal Welfare Department fl-Għammieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kif inhu s-setup tal-Animal Welfare Department fl-Għammieri? b) xi staff għandu u min huma d-diriġenti? ċ) x'inhuma r-responsabbiltajiet ta' dawn id-diriġenti? d) kif intgħażlu u jekk kienx hemm sejħa pubblika biex issir l-għażla? e) x'inhuma l-kwalifiki u l-esperjenzi fil-qasam tal-animal welfare ta' dawn id-diriġenti magħżula jew appuntati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istruttura organizzjonali fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, il-Promozzjoni u s-Servizzi hija magħmula kif ġej: 1. Direttur 2. Manager, AWP 3. Uffiċjali għall-Ħarsien Xieraq tal-Annimali 4. Staff Amministrattiv, Sapport u Klerikali Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjonijiet ta’ Direttur u ta’ Manager għadhom vakanti u għaldaqstant id-Direttur Ġenerali qiegħed jassumi direttament din ir-responsabbiltà. Għal dawn il-pożizzjonijiet inħarġet sejħa pubblika.

Impjant ta' Sant' Antnin — terms of reference, responsabilitajiet u l-poteri tal-monitoring board

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22001 u jgħid minn min se jkun kompost il-monitoring board dwar il-kwalità tal-arja ta' madwar l-impjant ta' Sant' Antnin? Jista' jgħid x'se jkunu t-terms of reference , ir-responsabbilitajiet, u l-poteri li se jkollu dan il-board? Jista' jgħid għal liema parameters, jiġifieri liema gassijiet, liema elementi kimiċi, liema daqs ta' particulate matter, u liema karatteristici oħra tal-kwalità tal-arja se jkunu mistennija li jsir monitoring dwarhom? Min huwa l-kuntrattur li ġie mqabbad biex jissupplixxi l-apparat xjentifiku neċessarju biex isir dan it-tip ta' monitoring? Kif saret l-għażla ta' dan il-kuntrattur, b'sejħa għall-offerti, jew b'direct order? Kemm huwa stmat li se jqum dan l-apparat? Min se jħallas għalih, il-gvern, jew il-Wasteserv? Il-poplu se jkollu aċċess għar-riżultati in real time, jew hemm xi sistema oħra kif ir-riżultati tal-kwalità tal-arja jiġu mgħoddija lill-pubbliku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-WasteServ qabdet konsulenti indipendenti biex iħejju programm ta’ monitoraġġ li jinkludi ukoll studju dwar baseline readings fuq il-kwalità tal-arja ta’ l-impjant. Ir-rapport dwar ir-riżultati tal-baseline readings ġie mgħoddi lill-MEPA u fih saret proposta sabiex jitwaqqaf bord għall-moniterġġ. Fih saru suġġerimenti dwar liema huma dawk l-entitajiet li għandhom ikunu rappreżentati fuq dan il-bord. Hemm ukoll inkluż it-terms of reference, ir-responsabbilitajiet, u l-poteri li se jkollu il-bord hekk kif se jkun stabbilit mill-MEPA. Il-kuntrattur li huwa responsabbli mit-tħejjija tal-programm ta’ monitoraġġ li jinkludi anke il-baseline readings qed isir mill-kumpanija PT Matic. L-għazla tal-kuntrattur saret permezz ta sejħa għall-offerti li nħarget mill-WasteServ. Il-parametri kollha li se jkunu eaminati ser jiġu deċiżi tul mill-MEPA a bażi tal-Environmental Monitoring Programme għall-impjant ta’ Sant’Antnin li se jkun abbozzat mill-konsulent li tqabbad. Il-programm għall-monitoraġġ se jiġi mgħoddi lil-MEPA għall-approvazzjoni. Il-monitoring tal- baseline readings iqum €3,396, VAT mhux inkluż, għal kull punt ta’ moniteraġġ. B’kollox hemm 6 punti u għalhekk ġie jiswa b’kollox €20,376, VAT mhux inkluz, għal sessjoni waħda. Din l-ispiża ser titħallas mill-WasteServ. Il-kuntrattur li se jkun responsabbli mill-moniteraġġ se jkollu l-obbligu jiprovdi l-apparat meħtieġ għall-moniteraġġ. Ir-riżultati kollha ser jiġu irrapurtati lill-MEPA bħala parti mill-obbligi tal-permess ta’ l-operat tal-impjant.