Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistrazzjoni ta' mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlasijiet li jridu jsiru għall-finijiet tar-reġistrazzjoni f'Malta tal-mutur li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess tar-reġistrazzjoni ta’ muturi mill-Ewropa huwa: Fi żmien ġimgħa li jasal il-mutur f’Malta s-sid tal-mutur irid jigi jinforma d-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar fl-ADT. Il-ħlasijiet li jridu jittħalsu f’dan il-każ huma: 1) Administration Fee ta’ €34,90. 2) Taxxa ta’ reġistrazzjoni b’rata ta’ taxxi ta’ 42% jew taxxa minima ta’ €1,467 minbarra l-VAT ta’ 18% skond liema hi l-għola. 3) Ħlas ta’ pjanċa u liċenzja ta’ triq (€29.05) 4) Liċenzja tat-triq ta’ €46.55 fis-sena. Il-ligi tistipula li fi zmien ġimgħa l-persuna trid tinforma lill-ADT bi dħul ta’ vettura li ġejja mill-Ewropa u fi żmien xahar il-vettura trid tiġi registrata.

SME's — Piżijiet amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern sal-lum sabiex inaqqas il-piżijiet amministrattivi ta' l-SME's? Jista' jispeċifika ċirkostanzi partikolari fejn naqqas il-burokrazija u l-pizijiet amministrattivi ta' l-SME's?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern kien u għadu kommess li jnaqqas piżijiet amministrattivi illi jiltaqgħu magħhom l-SMEs. Fil-fatt, kien għalhekk li l-Gvern waqqaf il-Better Regulation Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fir-rigward ta’ l-SMEs illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ittieħdu diversi inizjattivi sabiex jiġu ndirizzati dawn il-piżijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista b’uħud minn dawn l-inizjattivi.
Leg 11 PQ #3776 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk issuktawx l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fil-każ li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm indizji oħra li jistgħu jixħtu xi dawl ġdid sabiex tissokta l-investigazzjoni fuq il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Bank Ċentrali ta' Malta — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li ġew mogħtija lill-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, meta dawn il-karigi ġew imġedda f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta l-karigi tagħhom ġew imġedda riċentement, ir-remunerazzjoni tal-Gvernatur u tad-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ma nbidlux. Il-pakkett tal-Gvernatur baqa’ kif kien ġie iffissat f’ Ottubru 2003, jiġifieri €46,600 fis-sena minbarra l-COLA u allowances ta’ 71,000 franċ żvizzeru u 40,000 dollaru amerikan bla taxxa. Il-pakkett tad-Deputat Gvernatur baqa’ kif kien ġie iffissat f’ Jannar 2007, jiġifieri €49,700 fis-sena minbarra l-COLA u allowance ta’ €15,700. Kemm il-Gvernatur kif ukoll id-Deputat Gvernatur għandhom is-servizz tat-telefon kif ukoll l-użu ta’ mobile phone / PDA mħallas mill-Bank u l-użu ta’ karozza tal-Bank.

Bank Ċentrali ta' Malta — Executive Management Committee

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee ta' l-istess Bank?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-diretturi li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom remunerazzjoni ta’ €44,738 fis-sena u, skond il-ftehim kollettiv tal-Bank, qualification allowance ta’ €2003 fis-sena kif ukoll performance bonus ta’ 4.5% fis-sena, inkluża l-COLA. Id-diretturi għandhom ukoll l-użu ta’ mobile phone / PDA li s-sejħiet minn fuqu jitħallsu mill-Bank, kif ukoll l-użu ta’ karozza tal-Bank.

Cash Grants lil SMEs

Question

B'referenza għat-€ 38 miljun cash grants lil SMEs f'dawn l-aħħar tliet snin, jista' l-Ministru jagħti rendikont detteljat ta' dawk li kollha bbenefikaw (inkluż persuni, ditti u kumpanniji) minn dawn il-grants, x'kien l-iskop tal-grants u d-data ta' l-għotja tal-grant?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont li ngħata bħala assistenza lill-intrapriżi żgħar u medji fl-industrija f’dawn l-aħħar tliet snin ma kienx ta’ €38 miljun iżda ta’ €68.1 miljun. Din l-għajnuna ngħatat kif ġej: € Lm Għajnuna finanzjarja: 8.1 miljun 3.5 miljun Għajnuna fiskali: 60 miljun 25.8 miljun Ir-rendikont ta’ kif ingħatat din l-assistenza qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Xi intrapriżi żgħar u medji fl-industrija ħadu wkoll għajnuna finanzjarja fi training grants mill-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ. Din tammonta għal €461,952. L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistgħux jingħataw minħabba l-fatt li din l-informazzjoni hija ta’ natura kunfidenzjali u koperta bis-segretezza taħt l-Artikolu 33 ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Kap. 325 tal-Liġijiet ta’ Malta) kif ukoll taħt l-Artikolu 21 tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Kap. 463 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Leg 11 PQ #3299 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja? Jekk iva, minn min hi komposta, x'mandat għandha u x'fondi għandha?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kummisjoni spiċċat it-terminu tagħha fl-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena. Bħalissa l-Kummissjoni mhix imwaqqfa.
Leg 11 PQ #3300 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rata ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi tassew ir-rata ta' separazzjoni? Jista' jgħid jekk hux qed issir riċerka fuq x'inhi l-kawża tat-tifrik taż-żwieġ, kif ukoll jekk hux qed issir riċerka fuq x'kien l-effett tad-divorzju fil-pajjiżi fejn ġie introdott?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kummissjoni spiċċat t-terminu tagħha fl-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena. Bħalissa l-Kummissjoni mhix imwaqqfa. Għalhekk il-Kummissjoni m'hiex f’qagħda li twieġeb b’mod sħiħ. Għalkemm il-Kummissjoni l-antika kienet qed taħdem fuq riċerka li kellha relevanza għat-tifrik taż-żwieġ, bħar-riċerka fuq il-faqar u s-saħħa mentali u l-familji, id-divorzju ma kienx fuq l-aġenda tal-Kummissjoni l-antika daqskemm it-tisħiħ tal-familji Maltin. L-abbozz tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Familji li ppreżentat il-Kummissjoni f’Marzu tal-2008 fil-fatt kellu din id-direzzjoni.

Bank Ċentrali ta' Malta — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li ġew mogħtija lill-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, meta dawn il-karigi ġew imġedda f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bank Ċentrali ta' Malta — Executive Management Committee

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee ta' l-istess Bank?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2349 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Appell Miċħud

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom, l-appell tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu sepratament, ġie miċħud?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, skond il-poteri mogħtija b’ sub-artikolu 3(11) tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ (Kap.343), l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol tisma l-appelli in camera. Ninsab infurmat ukoll li hi prattika kostanti tal-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li ma tagħtix ir-raġunijiet li jwasslu għad-deċiżżjonijiet tagħha.

Cash Grants lil SMEs

Question

B'referenza għat-€ 38 miljun cash grants lil SMEs f'dawn l-aħħar tliet snin, jista' l-Ministru jagħti rendikont detteljat ta' dawk li kollha bbenefikaw (inkluż persuni, ditti u kumpanniji) minn dawn il-grants, x'kien l-iskop tal-grants u d-data ta' l-għotja tal-grant?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Database ta' l-SMEs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx database mill-Gvern dwar kemm hawn SMEs f'Malta u f'Għawdex? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ s-SME’s f’Malta u f’Għawdex huwa kif jidher f’din it-tabella: 2007 Micro (1-9) Żgħar (10-49) Medji (50-249) Total Total Malta 33,112 1,207 280 34,599 Total Għawdex 1,986 87 6 2,079 Total Gross 35,098 1,294 286 36,678

Kummissjoni Ewropea — Small Business Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Small Business Act, u b'mod speċifiku jekk il-gvern għandux pożizzjoni fuq ir-rakkmandazzjonijiet kollha msemmija fl-10 prinċipji elenkati fil-COM (2008) 394 tad-19 ta' Ġunju, 2008? Jista' jagħti tweġiba fuq kull rakkmandazzjoni waħda, waħda jekk għandu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ta’ min jinnota li d-dokument ‘Small Business Act’ huwa biss komunikazzjoni b’lista ta‘ ‘best practice recommendations’ biex jassistu lil SMEs. Il-Kelma ‘Act’ fl-isem hija simbolika u ma timponi ebda obbligazzjoni legali lil membri tal-UE biex jimplimentaw dawn ir-rakomandazzjonijiet. Madanakollu Malta Enterprise tifhem is-sens u l-valur ta’ dawn ir-rakomandazzjonijiet u fil-fatt numru tajjeb minnhom (ara lista) diga’ qegħdin jiġu prattikati. Oħrajn ġodda qed jiġu diskussi u ppjanati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ rakomandazzjonijiet applikabbli għal ME u deskrizzjoni qasira ta’ azzjonijiet relatati li qiegħda tagħmel l-ME.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni,Kultura,Żgħażagħ u Sport — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Tista' tgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Tista' tagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2246 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministru għall-Politika Soċjali — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2247 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #2255 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Paceville — Pulizija pajzana

Question

Jista' l-Ministru jara li fi stabbilimenti ta' divertiment ġo Paceville l-Pulizija jilbsu bħala pajzana biex iżommu l-bon ordni għaliex bl-uniformi jista' jagħtu dehra negattiva għal industrija tat-turiżmu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti mill-ħidma tal-Korp tal-Pulizija hija l-preżenza tagħha f’Paceville. Ovvjament il-membri jkunu lebsin l-uniformi kif tirrikjedi l-Liġi. Ma hemm xejn x’juri li dan il-fatt inaqqas b’xi mod mill-kwantità ta’ turisti li jiġu f’pajjiżna jew f’Paceville, anzi l-preżenza tal-Pulizija hija ta’ deterrent u xhieda tas-serjetà u buon ordni.
Leg 11 PQ #2343 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Allowance Supplementari u Ceiling

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma baqax jibbenifika mill-allowance supplementari? Jista' jgħid kemm huwa s-ceiling bħalissa u meta żdied l-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa. Is- ceiling preżenti tal-għajnuna supplimentari hu € 9,966 għal persuna miżżewġa li tmanti lil konjugi u € 7,799 għal persuna li tgħix waħedha. L-aħħar li żdied dan is- ceiling kien b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.