Legislature:
Category:
Reset
Active:

Konsulenza mill-Bank Ċentrali ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw konsulenzi mill-Bank Ċentrali ta' Malta fis-snin 2006, 2007 u 2008? Lil min ingħataw u b'liema ħlas? Xi kriteriji jintużaw biex tingħata konsulenza u kif issir l-għażla tal-persuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar il-konsulenzi li ngħataw mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-snin 2006, 2007 u 2008 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kriterji biex intgħażlu huma bbażati fuq il-kompetenzi li l-konsulent ikollu dwar is-suġġett, li ħafna drabi jkun ta’ natura speċjalizzata. L-għażla ssir wara proċess ta’ skrutinju u awtorizzazzjoni kif jitolbu r-regoli tal-Bank u fuq il-bażi kemm ta’ l-esperjenza li joffri l-konsulent u f’ċerti każi wara sejħa għall-offerti.

Bank Ċentrali ta' Malta — restawr tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa r-restawr tal-bini magħruf bħala 'il-polverista' li tagħmel parti mill-Bank Ċentrali ta' Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bank Ċentrali ta' Malta — użu tal-coin depot

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa il-coin depot li nbena mill-Bank Ċentrali ta' Malta f'Ħal Luqa? Fuq liema bażi l-Bank daħal għall-bini ta' dan il-kumpless minflok sar il-kiri ta' xi post ieħor? X'se jiġri minnu meta ma jibqax il-bżonn tiegħu? Se jirkupra n-nefqa li għamel fuq dan il-bini?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-coin depot (maħżen għall-flus) li l-Bank Ċentrali ta’ Malta bena ġol-kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Luqa sewa €1,802,122 (Lm773,651). Il-bini tlesta qabel id-data stabbilita u n-nefqa ma qabżitx l-istima totali li kienet saret mill-periti. Biex il-bidla għall-euro sseħħ b’suċċess u biex jiġu sodisfatti l-istandards tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-post fejn jinħażnu l-muniti ta’ l-euro u dawk tal-lira Maltija li kellhom jitneħħew miċ-ċirkolazzjoni ried ikollu dawn il-karatteristiċi: - livell għoli ta’ sigurtà u sorvelljanza kontinwa; - spazju kbir li l-Bank ma kellux; - strutturi li jifilħu toqol ta’ tunellati kbar; - viċinanza u triq diretta mill-Freeport. Wara tfittxija bla suċċess għal bini eżistenti li jissoddisfa dawn il-kriterji, il-Bank ddeċieda li jibni bini apposta. Matul id-diskussjonijiet dwar aspetti tas-sigurta’, irriżulta li l-Forzi Armati ta’ Malta kellhom biċċa art fil-kwartieri tagħhom u li huma kellhom bżonn ta’ maħżen ċentrali, iżda li ma setgħux jifinanzjaw dak iż-żmien. Sar għalhekk ftehim mal-Forzi Armati ta’ Malta biex jinbena maħżen għandhom u li seta jinżamm taħt sorvelljanza stretta. B’hekk minflok ma ntefqu ħafna flus fuq kera ta’ post għand il-privat, sar investment siewi li ser jibqgħu igawdu minnu l-Forzi Armati. Il-Bank iħossu sodisfatt li seta jagħmel dan l-investment fl-interess nazzjonali.

Bank Ċentrali ta' Malta — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet fi vjaġġar u spejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tal-Bank Ċentrali ta' Malta fil-ESCB/Ewrosistema fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-snien 2006 u 2007 il-Bank Ċentrali ta’ Malta kien membru tal-ESCB fil-kompożizzjoni miftuħa għal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropeja. Meta Malta addotat l-ewro fis-sena 2008, il-Bank żdidulu kumitati oħra li huma ristretti għall-membri tal-Eurosistema u li jintagħqu regolarment. Ma l-ispejjes ta’ vjaġġar u spejjes oħra relatati, qed jintwerew ukoll in-numru ta’ impjegati li ħadu sehem fil-kumitati, gruppi ta’ ħidma u task forces għal kull sena rispettiva: 2006 2007 2008 Spejjeż €250,809 €306,420 €503,005 Numru ta’ kumitati, gruppi ta’ ħidma u task forces 46 58 73 Impjegati nvoluti f’dan ix-xogħol 63 86 91 Bis-saħħa ta’ din il-parteċipazzjoni qegħdin jiġu akkwistati ħiliet u konoxxenzi ġodda ta’ siwi kemm għall-impjegati nfushom u għall-Bank kif ukoll għall-pajjiż.

Santa Venera — Consumer and Competition Division - każi ta' sexual haressment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' sexual haressment kien hemm mill-2007 sal-lum fil-Consumer and Competition Division f'Santa Venera u jekk kien hemm, x'passi ttieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ħamis, 18 ta’ Ġunju 2009, terza persuna allegat każ ta’ sexual harassment li beda jiġi nvestigat minnufih. Iżda, s’issa m’hemm l-ebda rapport mill-allegat vittma. Qabel dan ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ sexual harassment . Izda, irrid ngħid ukoll li wara li fil-ġimgħat li għaddew terzi persuni allegaw li seta’ kien hemm każ ieħor bħal dan, ittieħdet azzjoni mmedjata sabiex jiġu stabbiliti l-fatti. Il-persuna ndikata bħala l-allegata vittma la rrappurtat xi ħaġa bħal din u l-anqas ma’ xtaqet tibdel ix-xogħol tagħha għaliex sostniet li hija ma kienet suġġetta għall-ebda sexual harassment u li kienet kuntenta f’xogħolha.

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Kont

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-klijenta tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, intbagħtilha kont ta' €542.20c permezz ta' ittra ta' 28 ta' Novembru, 2008 u jgħid għalxiex qed jintalbu dawn l-€542.20c?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Self employed — Familiy friendly policies

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema miżuri qed jittieħdu mill-Gvern vis-a-vis self employed biex jiġu implimentati family friendly policies?

Response (FENECH, TONIO)

Mhux magħruf għal xhiex qed jirreferi l-Onor. Interpellant meta jistaqsi fuq family friendly policies vis-à-vis is-self employed, meta min jaħdem għal rasu intrinsikament jirregola lilu n-nifsu x’sistemi juza fil-prattika tax-xogħol tiegħu.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Billi l-proġett tal-Crafts Village ta' Ta' Qali mhux ser jitwettaq, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jimxi 'l quddiem bil-konvenji li ffirma mal-operaturi tal-Ħadd fl-istess Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega ruħu xi jrid jgħid b’ “Operaturi tal-Ħadd”.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Billi l-proġett tal-Crafts Village ta' Ta' Qali mhux ser jitwettaq, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jimxi 'l quddiem bil-konvenji li ffirma mal-operaturi tal-Ħadd fl-istess Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bank Ċentrali ta' Malta — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti b'kemm inbidel il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Exectuive Management Committee tal-istess Bank bejn l-2008 u l-2009? Jista' jgħid ukoll x'kien il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni ta' konsulent impjegat għal dawn l-aħħar erba' snin mad-Dipartiment tal-Ekonomija fil-Bank Ċentrali, u kemm tkun din r-remunerazzjoni wara li jiġġeded il-kuntratt tiegħu fl-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-riposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3218, u nikkonferma li l-pożizzjoni ma nbidlitx mit-tweġiba mogħtija għal dik il-Mistoqsija. Ir-remunerazzjoni mħallsa lill-konsulent li hu impjegat fid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta b’kuntratt ta’ erba’ snin b’seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2005 hi stabbilita fil-livell ta’ €76,869 + VAT kull sena. Hu ntitolat ukoll għall-użu ta’ karozza tal-Bank u għal biljett tal-ajru economy bir-ritorn għalih u l-mara lejn il-pajjiż tar-residenza tiegħu.

Bank Ċentrali ta' Malta — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti b'kemm inbidel il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Exectuive Management Committee tal-istess Bank bejn l-2008 u l-2009? Jista' jgħid ukoll x'kien il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni ta' konsulent impjegat għal dawn l-aħħar erba' snin mad-Dipartiment tal-Ekonomija fil-Bank Ċentrali, u kemm tkun din r-remunerazzjoni wara li jiġġeded il-kuntratt tiegħu fl-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Talba għal facilitator

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ngħatatx il-faċilità li jkollha facilitator waqt il-ħinijiet tal-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifla tidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet fl-Lulju 2008. F’każijiet ta’ problemi fit-tagħlim bħal ta’ din it-tifla, l-iskola tagħmel użu mir-riżorsi li diġa’ jeżistu. Il-bord jara lil din it-tifla meta jkun imissha skond il-lista tar-reġistrazzjoni.

Trading licence ta' garage

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix trading licence in konnessjoni mal-persuni jew garage li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn tfiċċija li saret fid-database tal-liċenzi jirriżulta li ma hemm l-ebda liċenza maħruġa lil tali persuni biex jiġġestixxu attivita kummerċjali minn garaxx. Minn l-istess tfittixija jirri¿ulta li waħda mit-tali persuni għandha liċenza biex topera bħala bejjiegħ fit-toroq, filwaqt li l-persuna l-oħra m'għandiex ebda liċenza.
Leg 11 PQ #5397 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Foundation for Social Welfare Services — Vacancies

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-vacancies għall-post ta' social workers mal-Foundation for Social Welfare Services?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Socjali ipproċessat l-applikazzjonijiet tal-vacancies għall-post ta’ social workers u l-proċess tal-għażla huwa lest. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali bdiet il-proċess fejn qiegħdha timpjega l-ħaddiema soċjali biex jimtlew il-postijiet vakanti.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Borg Brothers

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — azjendi jispeċjalizzaw fil-fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’opportunitajiet ta’ assistenza tagħti l-Malta Enterprise għall-azjendi li jispeċjalizzaw fil-fotografija li jikkuntrattaw xogħol ta’ fotografija f’pajjizi oħrajn fl-Unjoni Ewropea biex ix-xogħol imbagħad jinħadem f’Malta? Jista jgħid jekk tali skemi jeżistux u f’każ li le, jekk l-Malta Enterprise tikkunsidrax li tagħti inċentivi u/jew assistenza lil din il-kwalità ta’ industrija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impriżi Maltin li jagħmlu xogħol ta’ fotografija għall-klienti fi swieq barranin jistgħu jibbenifikaw mill-iskema ta’ l-International Competitiveness. L-impriżi jistgħu jibbenifikaw minn fondi biex jiġu koperti parti mill-ispejjeż involuti biex jitkabbru s-swieq tagħhom. Dettalji dwar din l-iskema ġew ippubblikati fis-sit elettroniku www.20millionforindustry.com.

Malta Enterprise — azjedni jispeċjalizzaw fil-fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’opportunitajiet ta’ assistenza tagħti l-Malta Enterprise għall-azjendi li jispeċjalizzaw fil-fotografija li jikkuntrattaw xogħol ta’ fotografija f’pajjizi oħrajn fl-Unjoni Ewropea biex ix-xogħol imbagħad jinħadem f’Malta? Jista jgħid jekk tali skemi jeżistux u f’każ li le jekk l-Malta Enterprise tikkunsidrax li tagħti inċentivi u/jew assistenza lil din il-kwalità ta’ industrija?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Infrastuttura,Trasport u Komunikazzjoni — Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħolijiet li tqabbdet id-Ditta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant jinsabu mniżżla fil-lista li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda każ ma kien hemm il-bżonn li ssir tender pubblika.