Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23105 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

investigazzjonijiet ulterjuri mill-Pulizija dwar każ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in konnessjoni mal-każ li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatment, sarux investigazzjonijiet ulterjuri mill-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm indizji oħra li jistgħu jixħtu xi dawl ġdid sabiex tissokta l-investigazzjoni fuq il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Però inħeġġeġ lill-Onorevoli Interpellant sabiex jekk għandu aktar tagħrif li jista’ jgħin fl-istħarriġ, jgħaddih lill-Pulizija.
Leg 11 PQ #22970 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema: The Strand — Operaturi kummerċjali

Question

Billi għad hemm disgwid bejn operaturi kummerċjali li għandhom l-uffiċini tagħhom ġo The Strand, Sliema (faċċata tal-vapuri tal-Harbour Cruises) rigward l-allokazzjoni ta’ ticketing booths fuq il-bankina faċċata tal-uffiċini tagħhom f’The Strand, Sliema, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta hix se tfassal xi policy jew linji gwida, jew jekk hix se tagħmel xi allokazzjonijiet għas-sajf li ġej sabiex jiġu evitati disgwidi ulterjuri u aktar proċeduri legali fil-Qorti bejn l-operaturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Twegiba tingħata f’ xi seduta oħra.

kwestjoni dwar is-sitt siġġu ta' Malta fil-Parlament Ewropew

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-pajjiżi li sal-lum irratifikaw il-protokol 36 li bih jippermetti li Malta jkollha is-sitt siġġu fil-Parlament Ewropew billi ippreżentaw l-istrumenti neċessarji tar-ratifika mal-Gvern Taljan? Jista' jgħid liema huma l-pajjiżi li għadhom ma irratifikawx l-imsemmi protokol u jgħid x'inhu jwassal biex jittardjaw ir-ratifika tagħhom? F’dan il-kuntest, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti intervjeniex diplomatikament ma' dawn il-pajjiżi li għadhom ma irratifikawx biex jagħmel pressjoni fuqhom biex dan il-proċess jiġi finalizzat u b'hekk Malta jkollha s-sitt siġġu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt fil-kuntest ta' Mistoqsija Parlamentari (PQ) Numru 22074 dwar is-sitwazzjoni tas-Sitt Siġġu ta' Malta fil-Parlament Ewropew, inżid ngħid li sat-tnax (12) ta' Jannar 2011 l-Istati Membri li rratifikaw il-Protokoll Numru 36 u ppreżentaw l-istrumenti neċessarji tar-ratifika lill-Gvern Taljan kienu dawn: Malta, il-Bulgarija, l-Irlanda, l-Isvezja, id-Danimarka, il-Latvja, ir-Repubblika Ċeka, Slovakkja, il-Finlandja, l-Estonja, l-Ungerija u s-Slovenja.

Servizz ġdid ta' dawl u ilma fil-Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li riċentement ġie stallat servizz ġdid ta' dawl u ilma fil-Magħtab fuq applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, liema servizz ta' dawl u l-ilma, għalkemm mitlub għal post ieħor fil-viċinanzi (li jappartjeni lill-Kummissarju tal-Artijiet u huwa mikri lil terza persuna u mhux lill-imsemmi) effettivament ġie stallat fil-viċinanzi u qed iservi lir-razzett li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll, liema razzett huwa kolpit b'enforcement order mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u għalhekk qatt ma seta' jiġi provdut b'dan is-servizz tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-provvista tal-elettriku ġiet provduta f’kamra li għandha compliance certificate kif meħtieġ. Ta’ min iżid jgħid ukoll li s-servizz ta’ l-ilma ġie nstallat kif mitlub fl-applikazzjoni. Ma l-applikazzjoni kien hemm ukoll l-compliance certificate maħruġ mill-MEPA u dokument legali li juri li hu s-sid.

skema dwar xiri ta' karozzi ġodda — kumpaniji intitolati għaliha

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema mħabbra fil-budget għax-xiri ta' karozzi ġodda tgħoddx ukoll għall-kumpaniji li jixtru l-karozzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iskema hija biss għall-użu privat u ma tapplikax għal kumpaniji.

Imrieħel — art tal-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li art fl-Imrieħel, fejn diġà hemm il-fabbriki, hux se tittieħed minn żviluppatur? Jekk huwa minnu jista' jgħid ukoll jekk il-fabbriki involuti hux se jingħataw fabbriki alternattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Minix ċert fuq xiex qed jirreferi l-Onorovoli Interpellant, madankollu l-unika pjanijiet li għandha l-Malta Industrial Parks għall-art li tamministra hi, huma l-pjanijiet li diġa ġew magħmula pubbliċi dwar il-proġett tal-corporate village malta. Il-metodu li bih il-Gvern tramite il-Malta Industrial Parks se jiddisponi minn din l-art sabiex joħloq proġett għall-industrija tas-Shared Services diġa ġie magħmul pubbliku fid-dokument tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess. Bħalma dejjem sar, jekk ikun hemm il-bżonn ta’ rilokazzjoni minħabba proġetti ta’ natura nazzjonali, dawn ir-rilokazzjonijiet isiru skont il-proċeduri stabbiliti.
Leg 11 PQ #17509 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stat ta' illegalitá f'sit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15089 u għar-risposta relattiva, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li fir-risposta tiegħu jgħid li se tittieħed azzjoni diretta fuq is-sit in kwestjoni, l-persuna responsabbli mill-istat ta' illegalità qiegħda titħalla tkompli l-iżvilupp illegali bi sfida ta' kull azzjoni ta' nfurzar ikkontemplata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-każ ECF 730/07 għadu jinsab riferut biex tittieħed azzjoni fuqu. L-awtorità tintervjeni fi żmien opportun f’kunsiderazzjoni ukoll ta’ illegalitajiet oħrajn milquta b’azzjoni ta’ infurzar. Intant is-sit qieghed jiġi mmonitorjat biex jiġi żgurat illi ma jitiligħux strutturi fiħ.

Kwestjoni dwar flat

Question

B’referenza għall-file number li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid jekk il-flat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament huwiex available?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għaddejja bl-istħarriġ tagħha.
Leg 11 PQ #17509 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stat ta' illegalitá f'sit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15089 u għar-risposta relattiva, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li fir-risposta tiegħu jgħid li se tittieħed azzjoni diretta fuq is-sit in kwestjoni, l-persuna responsabbli mill-istat ta' illegalità qiegħda titħalla tkompli l-iżvilupp illegali bi sfida ta' kull azzjoni ta' nfurzar ikkontemplata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Razzett f'Haż-Żebbuġ — Annimali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15090 u għar-risposta relattiva, jaf il-Ministru li ftit żmien wara li tneħħew l-annimali li kienu qegħdin jitrabbew illegalment fis-sit in kwestjoni reġgħu bdew jitrabbew l-annimali illegalment? Jista' l-Ministru jara li ma tibqax tiġi sfidata l-liġi u li ttieħed kull azzjoni opportuna biex min hu responsabbli għal dan l-abbuż jiġi mrazzan definitivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi d-dipartiment kkonċernat baqa jsegwi l-attività fis-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Id-dipartiment qiegħed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa ma’ awtoritajiet Governattivi oħra biex jiżgura li l-liġi tibqa' tiġi mħarsa.
Leg 11 PQ #17296 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dirretur Gvern lokali

Question

B'referenza għan-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt tal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala direttur Gvern Lokali, jista' l-Prim Ministru jikkonferma: a) jekk qattx kellu xi charge jew twissija fil-konfront tiegħu kemm dam direttur; u b) jekk il-performance rating tiegħu kenitx waħda għolja jew baxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bank Ċentrali ta' Malta — kwestjoni dwar self lill-impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Bank Ċentrali se jniedi investigazzjonijiet interni, kif jitolbu l-proċeduri u r-regoli tal-istess Bank biex jiġu stabbiliti l-fatti li ġew rappurtati fil-ġurnal "KullĦadd" tas-17 ta' Jannar 2010, fejn ġie kkonfermat minn ittra li kien bagħat il-Bank Ċentrali nnifsu fl-20 ta' Diċembru 2009 lil dan il-ġurnal, li impjegat partikolari tal-Bank Ċentrali kien ingħata “Secured Loan” biex jiffinanzja dejn personali li kellu dan l-impjegat, li jfisser li tali self ma jaqax taħt il-parametri tal-ebda waħda miż-żewġ skemi eżistenti ta’ self għall-impjegati ta’ dan il-Bank, jiġifieri dik tal-Unsecured Loan Facility u l-House Loan Scheme, kif stipulati fil-Ftehim Kollettiv, u li dan is-self kien marbut ma’ attività ta’ spekulazzjoni ta’ proprjetà mhux residenzjali, fejn tali attività hi projbita skond Klawsola 11 tal-Kodiċi ta’ Kondotta ta' l-istess Bank, u allura tmur kontra r-regoli ta’ skemi ta’ self fil-Bank Ċentrali? Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-pariri u l-opinjonijiet li ta d-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-Bank Ċentrali, responsabbli mill-uffiċċju li approva dan is-self, dwar dan il-każ partikolari msemmi wara li saret din it-talba ta’ self minn dan l-impjegat partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fatti korretti dwar dan il-każ huma dawn: · F’April 2008 impjegat tal-Bank Ċentrali ngħata self għal perjodu ta’ ħames snin taħt skema ta’ Unsecured Loan approvata mill-Bank b’rata ta’ mgħax ta’ 4% fis-sena. Ir-raġunijiet mogħtija mill-impjegat għal dan is-self kienu “to repay current loan and settle debt.” Fl-ebda stadju fl-ipproċessar ta’ dan is-self ma kien hemm xi dubju li l-impjegat kien qiegħed jagħmel xi attività li tmur kontra r-regoli tal-Bank. · F’Diċembru 2008 dan l-istess impjegat ammetta li kien miżapproprija flus tal-Bank u wara proċeduri interni dan l-impjegat gie sospiż u b'effett mis-26 ta' Jannar 2009 ġie imkeċċi. · Sabiex jiżgura illi s-self mogħti f’April 2008 jiġi mħallas lura, il-Bank daħal f’kuntratt ta’ self secured ma’ din l-istess persuna. Dan il-kuntratt notarili ġie magħmul fis-16 ta’ Jannar 2009. Dan il-kuntratt stipula li s-self jiġi ripagat lura kollu fi żmien sena b’rata ta’ mgħax kummerċjali ta’ 7% fis-sena, b’pagamenti ta’ Eur 1557.20 fix-xahar. Proprjetà ta’ dan l-impjegat ġiet ipotekata favur il-Bank Ċentrali biex tiġi żgurata l-osservanza tal-klawsoli kollha tal-kuntratt. Dan is-self ġie mħallas kollu kif kien miftiehem sa l-aħħar tal-2009. · Il-Bank mexa korrettament u mingħajr ma ġew miksura l-ebda proċeduri nterni u għaldaqstant ma hemmx lok li tiġi mnedija investigazzjoni.

serqa mill-Bank HSBC — investigazzjoni mill-Bank Ċentrali

Question

Wara li ġiet ikkonfermata fil-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li l-Bank Ċentrali ta’ Malta tilef il-kawża kontra l-Bank HSBC u ġie ordnat li jħallas l-ispejjeż li sofra l-HSBC wara serqa ta’ flus mill-fergħa tiegħu ta' Ħal-Balzan fit-30 ta Novembru 2007, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra eżatta ta’ kemm kienet l-ispiża totali li weħel il-Bank Ċentrali b’riżultat ta’ dan il-każ? Jista' jgħid jekk il-Bank Ċentrali huwiex se jagħmel investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit ta’ min kienet ir-responsabilità aħħarija fil-Bank Ċentrali li fil-ftehim li kien għamel mal-Bank HSBC naqas milli jiżgura li jinkludi klawsola fil-kuntratt li tgħid min kellu jġorr ir-riskju ta' distruzzjoni, telf, jew serq tal-karti tal-flus tal-ewro li kien għadda l-Bank Ċentrali lill-HSBC qabel ma din il-munita saret il-munita uffiċjali ta' Malta, u li b’riżultat ta’ dan in-nuqqas il-Bank Ċentrali kellu joħroġ l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dan il-każ, b’detriment għall-qliegħ tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar jgħaddu għand il-gvern u allura taffettwa t-taxpayers kollha ta' Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż li l-Bank Ċentrali ta’ Malta ħallas lill-HSBC wara serqa ta’ flus mill-fergħa tiegħu ta' Ħal-Balzan fit-30 ta’ Novembru 2007 sussegwentament għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ammontaw għal €130,497.40. Il-ftehim li l-Bank Ċentrali ta’ Malta kien għamel mal-banek kummerċjali kollha kien fih klawżola li tgħid li “l-Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Lulju, 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għat-tibdil tal-flus kontanti euro u dwar il- frontloading u s- subfrontloading tal-karti tal-flus u muniti euro barra ż-żona tal-euro (BĊE/2006/9)” kienet tapplika għall-ftehim. Din il-linja ta’ gwida tinkludi klawżoli li jkopru r-riskji msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt kienet diverġenza fl-interpretazzjoni ta’ din il-klawżola tal-kuntratt bejn il-partijiet li wasslet biex l-HSBC fetaħ il-proċess ta’ arbitraġġ u sussegwentement biex isir appell quddiem il-qrati. Il-Bank ingħata parir legali li l-ftehim kien ikopri dawn ir-riskji. Il-Qorti tat interpretazzjoni differenti.
Leg 11 PQ #16138 Sitting 206 2010-04-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Appelli Ċivili Superjuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu appelli ċivili superjuri mis-sena 2005 sal-lum? Kemm ġew appuntati? Kemm ġew deċiżi? Minn dawk l-appelli li ġew deċiżi, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkonfermati sentenzi mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' Appelli Ċivili Superjuri li daħlu mis-sena 2005 sal-31 ta' Marzu 2010, kien kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt. Terminati jinkludu kawżi li ġew deċiżi, ċeduti jew marru deżerti. In-numru tal-kawżi appuntati u terminati jindika kemm minn dawk li daħlu matul dik is-sena partikolari ġew fil-fatt appuntati u terminati sal-31 ta’ Marzu 2010. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika fir-rigward ta’ kif jiġu deċiżi l-Appelli.

Bank Ċentrali ta' Malta — kwestjoni dwar self lill-impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Bank Ċentrali se jniedi investigazzjonijiet interni, kif jitolbu l-proċeduri u r-regoli tal-istess Bank biex jiġu stabbiliti l-fatti li ġew rappurtati fil-ġurnal "KullĦadd" tas-17 ta' Jannar 2010, fejn ġie kkonfermat minn ittra li kien bagħat il-Bank Ċentrali nniffsu fl-20 ta' Diċembru 2009 lil dan il-ġurnal, li impjegat partikolari tal-Bank Ċentrali kien ingħata “Secured Loan” biex jiffinanzja dejn personali li kellu dan l-impjegat, li jfisser li tali self ma jaqax taħt il-parametri tal-ebda waħda miż-żewġ skemi eżistenti ta’ self għall-impjegati ta’ dan il-Bank, jiġifieri dik tal-Unsecured Loan Facility u l-House Loan Scheme, kif stipulati fil-Ftehim Kollettiv, u li dan is-self kien marbut ma’ attività ta’ spekulazzjoni ta’ proprjetà mhux residenzjali, fejn tali attività hi projbita skond Klawsola 11 tal-Kodiċi ta’ Kondotta ta' l-istess Bank, u allura tmur kontra r-regoli ta’ skemi ta’ self fil-Bank Ċentrali? Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-pariri u l-opinjonijiet li ta d-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-Bank Ċentrali, responsabbli mill-uffiċċju li approva dan is-self, dwar dan il-każ partikolari msemmi wara li saret din it-talba ta’ self minn dan l-impjegat partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

serqa mill-Bank HSBC — investigazzjoni mill-Bank Ċentrali

Question

Wara li ġiet ikkonfermata fil-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li l-Bank Ċentrali ta’ Malta tilef il-kawża kontra l-Bank HSBC u ġie ordnat li jħallas l-ispejjeż li sofra l-HSBC wara serqa ta’ flus mill-fergħa tiegħu ta' Ħal-Balzan fit-30 ta Novembru 2007, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra eżatta ta’ kemm kienet l-ispiża totali li weħel il-Bank Ċentrali b’riżultat ta’ dan il-każ? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bank Ċentrali huwiex se jagħmel investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit ta’ min kienet ir-responsabilità aħħarija fil-Bank Ċentrali li fil-ftehim li kien għamel mal-Bank HSBC naqas milli jiżgura li jinkludi klawsola fil-kuntratt li tgħid min kellu jġorr ir-riskju ta' distruzzjoni, telf, jew serq tal-karti tal-flus tal-ewro li kien għadda l-Bank Ċentrali lill-HSBC qabel ma din il-munita saret il-munita uffiċjali ta' Malta, u li b’riżultat ta’ dan in-nuqqas il-Bank Ċentrali kellu joħroġ l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dan il-każ, b’detriment għall-qliegħ tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar jgħaddu għand il-gvern u allura taffettwa t-taxpayers kollha ta' Malta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15089 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

stat ta' illegalità f'sit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-avviż tal-infurzar tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ECF/730/2007 għadu ma wasalx biex ineħħi l-istat ta' illegalità li jeżisti fis-sit in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l- ECF 730/07, li kien inħareġ fl-inħawi Tal-Ħlas fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ għax instab li kien hemm żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti minn bini ta' parti mill-ħajt tal-madwar bil-kantun, żewġ strutturi mibnija għaż-żamma ta' l-annimali, xatba tal-metall, kif ukoll struttura oħra tal-bricks li mhux skont il-permess approvat ta' l-2006 (DN662/06), jinsab riferut biex tittieħed Azzjoni Diretta fuqu. L-Awtorità tintervjeni fi żmien opportun f'kunsiderazzjoni ukoll ta' illegalitajiet oħrajn milquta b'azzjoni ta' infurzar.

Razzett f'Ħaż-Żebbuġ — Annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex fir-razzett li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma jibqgħux jiġu mrobbija annimali mhux skond il-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ufficjali mit-taqsima tar-regolament Veterinarju u tas-Sezzjoni tat-Trattament Xieraq ta' l-annimali kienu għamlu spezzjoni flimkien mal-Pulizija (ALE) fuq is-sit in kwistjoni. Minn fuq dan il-post ittieħdu l-majjali li kienu qed jitrabbew illegalment. Dan is-sid ittella l-Qorti fejn kien akkużat biż-żamma u trobbija ta' annimali bla permess u kien qed izomm annimali reġistrati fuq sid ieħor go dan il-post. Il-Maġistrat ta s-sentenza fejn waħħal lis-sid multa ta’ Euro 4,000 u taħ żmien ġimgħa biex ineħħi l-kumplament ta' l-annimali minn hemmhekk. Din is-sentenza ingħatat fit- 3 ta’ Frar 2010. Minn spezzjoni oħra li saret mis-Sezzjoni tat-Trattament Xieraq ta' l-annimali ftit jiem wara li ngħatat is-sentenza kien ikkonfermat li tneħħew l-annimali li kienu qed jitrabbew illegalment.

Konsulenza mill-Bank Ċentrali ta' Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11694, jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija u ċioe jagħti breakdown, każ b'każ, dwar a) lil min ingħataw? b) b'liema ħlas? Qed nitlob ukoll, każ b'każ, meta u fejn ġiet ippubbliċizzata s-sejħa għall-offerti għal dawn il-konsulenzi kif indikat it-twegiba ta' qabel. Meta u fejn ma saritx, x'kienet ir-raġuni għal dan? Jista' jgħid kif isir il-proċess ta' skrutinju msemmi fil-ħatra tal-konsulenzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-konsulenzi li ngħataw mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-snin 2006, 2007, 2008 huma dettaljati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-każijiet fejn ma sarux sejħiet għall-offerti, r-raġuni hija ibbażata fuq l-element ta’ kompetenzi rikjesti mill-Bank li ħafna drabi jkunu ta’ natura speċjalizzata u li allura l-għażla tkun ferm limitata. L-għażla ssir wara proċess ta’ skrutinju u awtorizazzjoni kif jitolbu r-regoli tal-Bank u fuq il-bażi ta’ l-esperjenza li joffri l-konsulent. Għaldaqstant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll id-dokument Policies and Procedures tal-Bank Ċentrali ta’ Malta illi jirregola dan il-proċess.

Pixxina Nazzjonali — xogħol ta' manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li l-Pixxina Nazzjonali se tkun magħluqa għall-għawm fil-ġejjieni qarib għal xogħol ta’ manutenzjoni? Jekk iva, tista' l-Ministru tgħid meta se tingħalaq u jekk hemmx alternattivi maħsuba sabiex dawn il-kategoriji ta’ għawwiema jkunu jistgħu jkomplu bit-taħriġ tagħhom – ċioe l-Malta National Swimming Team, il-Clubs’ Swimmers u Triathletes u membri individwali tal-pixxina mill-pubbliku in ġenerali, li jinkludu nies li jeħtieg li jgħumu għal raġunijiet ta’ saħħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Pixxina Nazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ser tingħalaq b'mod temporanju għal raġunijiet ta' manutenzjoni . Ix-xogħol mistenni jibda fl-aħħar ġimgħa ta' Novembru 2009. Minbarra xogħlijiet infrastrutturali li jindirizzaw il-bżonnijiet ta' min jagħmel użu minn dan il-kumpless, ser ikun qed isir ukoll bdil tas- sand filters li qed joqorbu lejn tmiem il-perjodu rakkomandat tal-użu tagħhom. Din il-manutenzjoni allura hija neċessarja sabiex il- management mhux biss ikompli jindirizza l-bżonnijiet ta' dawk li jagħmlu użu mill-pixxina iżda wkoll biex ikun jista jibqa jiggarantixxi l-ogħla livelli ta' kwalita' ta' ilma, ħieles minn materjal li jista' jikkawza infezzjonijiet jew mard tal-ġilda. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mall-Aquatic Sports Association biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi għat-tim nazzjonali tal-għawm. Il-membri individwali li jħallsu miżata għall-użu tal-pixxina ser jingħataw għażla jekk jieħdux il-flus lura li ħallsu għaż-żmien li l-Pixxina tkun damet magħluqa jew li s-sħubija tagħhom tiġi estiża bl-istess perjodu li tkun damet magħluqa l-pixxina.