Ministeru għal Għawdex — direttorat għat-turiżmu u żvilupp ekonomiku - kariga u grad tal-personnel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm personnel addett għad-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid x'inhu l-grad jew kariga ta' kull persuna impjegata u s-salarju ta' kull impjegat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' mpjegati li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ta' surfacing fi Triq Ġuże Abela f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq taqa’ taħt ir-responsabilità tal Gvern Ċentrali, din mhix inkluża fil-Programm ta’ 202-il triq li se jinbnew fix-xhur li ġejjin għax il-persentaġġ ta’ binjiet eżistenti ma jaqbiżx is-70% li hu l-benchmark minimu biex triq tkun tista’ tinbena.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li hemm numru limitat ta' persuni li jistgħu jidħlu kuljum għat-Tempju Neolitiku tal-Ipoġeum ġewwa Ħal Tarxien? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa l-massimu ta' persuni li jistgħu jidħlu kuljum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi iva, hemm numru limitat ta’ persuni li jistgħu jidħlu kuljum, jiġifieri għaxar persuni(10) persuni kull siegħa. Infurmat ukoll illi b’ kollox ikun hemm tmien (8) tours li jammontaw għal massimu ta’ 80 persuna. Dan ma jinkludix il-gallery site officer li jinżel magħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi talbiet mill-Malta International Airport taħt l-artiklu 3(6) tal-Avviż Legali 299 tal-2001? Jekk iva, x'kienet it-talba, jekk inltaqgħatx u kemm kien il-kumpens imħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qatt ma saru xi talbiet mill-Malta International Airport taħt l-artiklu 3(6) tal-Avviż Legali 299 tal-2001.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Airport Charges Advisory Board (ACAB)? Jista' jgħid kemm-il darba iltaqa' dan il-bord mill-2001 sal-lum? Jista' jgħid jekk dan il-bord approvax iċ-charges li l-Malta International Airport qiegħda timponi fuq il-passiġġieri li jaslu f'pajjiżna? Jekk iva, jista' jagħti d-data meta l-Malta International Airport għamlet it-talba biex iċ-charges attwali jiġu approvati mill-Airport Charges Advisory Board u d-data meta l-Airport Charges Advisory Board approvathom?
Response (GATT, AUSTIN)
Naħseb li l-Onor. Interpellant irid jirreferi għall-Airport Charges Regulatory Board li huwa kompost mis-Sur Winston Zahra bħala Chairman u s-Sinjuri Austin Calleja, Julien Jaeger, Tina Lombardi, Tonio Farrugia, Joanne Piccinino u Joseph Vassallo bħala membri. Mill-2001 sal-lum dan il-Board ltaqa' tlettax -il darba. Ic-charges applikabbli bħal issa ġew approvati fis-16 ta' Diċembru 2005 jiġifieri aktar minn 5 snin ilu u minn dakinhar l-MIA ma' talbet ebda reviżjoni.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — promozzjoni għal Malta
Question
Billi skont newsletter tat-30 ta' Marzu 2011 tat-Travel Daily News (TDN) international edition Malta ma tiffigurax mal-ewwel għaxar destinazzjonijiet l-aktar popolari għall-MICE (Meetings, Incentives, Conferences and Events), jista' l-Prim Ministru jgħid x' inhi tagħmel l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sabiex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni ideali għal din in-niċċa partikolari meta wieħed iqis li Malta għandha ħafna x' toffri biex dawn l-eventi jiġu f'pajjiżna? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li dan huwa mod kif l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tista' tgħin lil-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta biex iżżid il-passenger capacity tagħha ġaladarba min jorganizza dawn l-eventi juża fil-biċċa l-kbira legacy airlines u mhux low cost carriers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ konferenzi li ġew mgħejjuna mill-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu.
L-MTA tagħraf l-importanza tas-settur tal-konferenzi u inċentivi (CIT) u għaldaqstant għandha
Segment Team
speċjalizzat li jiffoka fuq din in-niċċa. Ix-xogħol tal-
MICE Segment Team
jinkludi:
(a) Ippjanar u twettiq tal-kampanji ta’ reklamar għal dan is-settur. Dan ix-xogħol jinkludi wkoll kampanja separata mal-lukandi ta’ ħames stilel, li hija ffinanzjata bi sħab bejn l-MTA u l-lukandiera;
(b) Ħidma u koordinazzjoni man-
network
ta’ uffiċċji barranin u rappreżentattivi tal-MTA;
(c) Organizzar u kkordinazzjoni ta’ inizjattivi ta’
marketing
u promozzjoni bi sħab mal-industrija lokali (inkluż l-Air Malta, li hija meqjusa bħala msieħba strateġika għal dan is-settur);
(d) Immaniġjar tar-relazzjonijiet ma’
stakeholders
barranin, kif ukoll dawk lokali;
(e) Hosting
ta’ organizzaturi barranin ta’ gruppi tas-
CIT
li jiġu Malta, sabiex jevalwaw dak li jistgħu joffru l-gżejjer tagħna lil dawn il-gruppi
(site inspections u familiarisation trips).
Fl-2011, s’issa nġiebu Malta:
a. CTAM
Site Inspection
; 9 – 13 Jannar
b. AIACE
Site Inspection
; 28 Frar – 4 Marzu
c. Viaje Asefa
Incentive
(Spain); 2 - 5 April
d.
“Unwind” Fam trip
(Germany); 8 – 11 April
(f) Hosting
ta’ ġurnalisti speċjalizzati f’dan is-settur, sabiex dawn ikunu jistgħu jiktbu artikli u
features
dwar il-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni għal dawn il-gruppi. Fl-2011, s’issa ġew :
a. Meet and Travel Magazine
(Franza); 13 – 17 Jannar
b. C&IT (Renju Unit); 22 - 24 Marzu
c. MeetIn
(Spanja); 28 – 31 Marzu
(g) Għinuna u assistenza lill-assoċjazzjonijiet lokali, li qegħdin jikkompetu ma’ pajjiżi oħra, sabiex iġibu l-konferenza internazzjonali tagħhom lejn il-gżejjer tagħna.
a. Numru żgħir ta’ delegati li jiġu Malta għall-konferenzi tal-assoċjazjonijiet internazzjonali tagħhom jużaw linji tal-ajru
low cost
. Għalhekk l-Air Malta tibqa’ msieħba ta’ importanza kbira għal dan is-settur
b. Riċentement, l-MTA ippublikat
supplement
speċjali li jiffoka fuq Malta u Għawdex bħala destinazzjonijiet għall-konferenzi ta’ assoċjazzjonijiet internazzjonali. Dan il-
Malta Bid Supplement
nħareġ fi sħab mal-pubblikatur prestiġiuz C&IT fir-Renju Unit;
(h) Żviluppar tas-settur lokali tal-MICE u titjib tal-offerta tal-gżejjer, permezz ta’ ħidma intensiva mal-partijiet interessati lokalment;
(i) Koordinazzjoni tal-preżenza ta’ Malta u Għawdex f’fieri internazzjonali li jimmiraw lejn dan is-suq, bħal m’huma
Confex
(Renju Unit),
Meedex
(Franza),
IMEX
(Germania), u
EIBTM
(Spanja);
(j) Organizzar ta’
workshops
,
sales calls
u avvenimenti oħra bl-għan illi jinbnew relazzjonijiet bejn is-sieħba lokali u organizzaturi internazzjonali / barranin ta’ dan is-settur;
(k) Support lis-settur lokali, permezz ta’ għajnuna sabiex jinġiebu oranizzaturi barranini permezz ta’
Trade Support Scheme
għal
fam trips
u
site inspections
;
(l) Skema għal dawk l-aġenti
(Destination Management Companies – DMCs)
li huma
Quality Assured,
li toffri support fil-promozzjoni u
marketing
. Skema speċjali (ta’ għajnuna addizzjonali) ġiet stabbilita din is-sena wara l-iżviluppi li seħħew fil-Mediterran;
(m) Ħidma mal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-investiment dwar il-fond li tnieda sabiex jinkoraggixxi aktar konferenzi ta’ assocjazzjonijiet u NGOs f’ Malta u Ghawdex.
Il-fond li tnieda mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-investiment fit-2009, reġa’ ġġedded fit-2010 b’
budget
ta’ € 250,000. Dan ġie maħsub sabiex igħin lis-settur pubbliku u parastatali sabiex jinġiebu konferenzi lejn Malta. Sa Marzu 2010 kien hemm total ta’ 19-il konferenza li ngħatat l-għajnuna minn dan il-fond. Sa tmiem is-sena 2010 it-total ta’ konferenzi li bbenefikaw minn dan il-fond tela’ għall aktar minn 30. Huwa stmat ukoll li dawn il-konferenzi kienu speċifikament responsabbli għal 35,000 iljieli.
I-iskema ġġedded fil-2011, bl-istess fond tas-sena ta’ qabel, jiġifieri
€250,000. Sa Marzu 2011, il-fond allokat għal din is sena ġie meħud kważi kollu. Madwar ħmistax il-konferenza ngħataw sussidju minn dan il-fond sa issa.
L-MTA tikkontribwixxi lejn din l-iskema billi toffri għajnuna u parir dwar l organizzar tal-konferenzi, tgħin meta d-de
cision-makers
jiġu Malta biex jevalwaw il-potenzjal tal-Gżejjer tagħna għal konferenza tagħhom
(site inspection),
toffri materjal promozzjonali u tassisti billi tagħti support finanzjarju għal
tour
ta’ nofs ġurnata, sabiex id-delegati jesperjenzaw l-offerta turisitka ta Malta.
Is-settur tal-MICE
Segment
huwa wieħed li jrendi ħafna, speċjalment meta jitqies l-
income
li dan jiġġenera lill-gżejjer Maltin. Huwa stmat illi vjaġġaturi li jiġu Malta għall-inċentivi jew konferenzi jonfqu madwar tlett darbiet aktar mit-turisti regolari.
Għalhekk, l-MTA kienet sodisfatta bil-fatt illi 2010 kienet sena pożittiva ħafna għal dan is-settur, fejn delegati tal-konferenzi u vjaġġi inċentivi ammontaw għal madwar 73,000. Din il-figura tittraduċi għal 5.5% tat-turisti li waslu Malta fit-2010, illi kienu 1,332,086.
Istitut għall-Istudji Turistiċi — studenti msiefra fuq internship
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi siefru fuq internship barra minn Malta tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti mill-Istitut ta’ l-Istudji Turistici li siefru fuq internship barra minn Malta tul l-aħħar ħames snin kien kif ġej:-
· Sajf 2006 – 86 studenti
· Octobru 2006 – 10 studenti
· Sajf 2007 – 115 studenti
· Sajf 2008 – 102 studenti
· Sajf 2009 – 86 studenti
· Sajf 2010 – 86 studenti
Istitut għall-Istudji Turistiċi — studenti li komplew l-istudji fl-università
Question
Tista’ l-Ministru tgħid tul l-aħħar għaxar snin kemm kien n-numru ta’ studenti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi li wara li gradwaw fil-management mill-ITS komplew l-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta fil-B.A. Tourism Studies?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Istitut għall-Istudji Turistiċi - impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati mhux akkademiċi li jaħdmu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala – Għawdex? Fiex tikkonsisti l-istruttura tat-tmexxija tal-ITS Għawdex, jekk hemmx xi vacant positions fl-ITS f'Għawdex, jekk hemmx xi sejħiet pendenti biex jimtlew xi vakanzi u f’liema grad?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm 3 uffiċjali pubbliċi fl-amministrazzjoni u 6 general hands. Bħalissa hemm pożizzjoni vakanti għal Senior Manager.
Għawdex — Istitut tal-Istudji Turistici - informazzjoni dwar il-hostel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’użu qed isir mill-hostel li hemm fl-Istitut għall-Istudji Turistici fil-Qala? Kemm kien in-numru ta’ persuni li ġew akkomodati f’dan il-hostel matul is-sena l-ohra? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx ħaddiema impjegati fuq bażi full-time jew part-time u f’liema grad fil-hostel tal-Qala? B’liema mod huma involuti l-istudenti li jattendu l-ITS tal-Qala f’din il-hostel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Hostel fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi qed jintuża biex jakkomoda nies mibgħuta fil-maġġor parti tagħhom minn Dipartimenti tal-Gvern, kunsilli lokali u NGOs. In-numru ta' persuni li ġew akkomodati fil-hostel matul is-sena 2010 kien ta' 105 persuni. Sal-lum il-ġurnata l-hostel ħadu ħsiebu l-istess impjegati tal-I.T.S.
B' referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23370, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk it-turisti li żaru Għawdex kienu ġurnalisti?
Istitut tal-Istudji Turistiċi — studenti fuq bażi full-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li kienu jattendu fuq bażi full-time fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (Malta u Għawdex separatament) fl-1 ta’ Ottubru 2010 u fis-7 ta’ Frar 2011 – maqsumin kors kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Istitut tal-Istudji Turistiċi — numru ta’ għalliema/lecturers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ għalliema/lecturers - full-time, part-time jew service providers fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (Malta u Għawdex separatament) bħalissa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema/lecturers
full-time
fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistici – Malta bħalissa huwa ta’ 37 (sebgħa u tletin), filwaqt li 11 (ħdax) il-persuna qed jagħtu s-servizz bħala ‘
service providers’
.
In-numru ta’ għalliema/lecturers full-time fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistici fil-Qala – Għawdex bħalissa huwa 1 (persuna waħda) filwaqt li 7 (sebgħa) persuni qed jagħtu s-servizz bħala ‘
service providers’
.
M’hemm l-ebda għalliema li jaħdmu
part-time
la f’Malta u lanqas Għawdex.
Tista’ l-Ministru tagħti ħjiel ta’ meta se tittieħed deċiżjoni sabiex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jingħata status legali kif ilu jigi mwiegħed għal diversi snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar l-Edukazzjoni, f’Artiklu 132, jagħti s-saħħa legali sabiex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jingħata status legali. Bħalissa qed jiġi imħejji dan l-abbozz biex jiġi ppublikat fix-xhur li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti barranin ( EU nationals u Third Country Nationals) li attendew fuq bażi full-time xi kors fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi għal dawn l-aħħar 5 snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti barranin (EU nationals u Third Country Nationals) li attendew fuq bażi full-time xi kors fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għal dawn l-aħħar 5 snin kien kif ġej:-
Sena Akkademika 2006/7 31
Third Country Nationals
u 18
EU Nationals
Sena Akkademika 2007/8 40
Third Country Nationals
u 24
EU Nationals
Sena Akkademika 2008/9 37
Third Country Nationals
u 38
EU Nationals
Sena Akkademika 2009/10 30
Third Country Nationals
u 37
EU Nationals
Sena Akkademika 2010/11 44
Third Country Nationals
u 22
EU Nationals
Istitut tal-Istudji Turistiċi — studenti li gradwaw
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi gradwaw fil-livell 4 u 5 tal-Malta Qualifications Framework, kors kors, għal dawn l-aħħar 5 snin maqsumin irġiel u nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għan-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt tal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala direttur Gvern Lokali, jista' l-Prim Ministru jikkonferma:
a) jekk qattx kellu xi
charge
jew twissija fil-konfront tiegħu kemm dam direttur; u
b) jekk il-performance rating tiegħu kenitx waħda għolja jew baxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li d-Diretturi jiġu rakkomandati mis-Senior Appointments Advisory Comittee jekk juru li jkollhom viżjoni u ideat ċari dwar dak li beħsiebhom iwettqu fil-futur, ossia fit- tlett snin ta’ wara l-ħatra jew konferma fil-ħatra. Il-performance passata hija kunsiderazzjoni importanti imma mhux l-uniku waħda li tittieħed in konsiderazzjoni.
Dwar il-kumplament tad-domanda li titratta informazzjoni personali dwar l-individwu nitlob lill–Onorevoli Interpellant biex iġib il–kunsens tal–individwu kkonċernat biex din l–informazzjoni tkun tista tiġi pubblikata.
Billi għad hemm disgwid bejn operaturi kummerċjali li għandhom l-uffiċini tagħhom ġo The Strand, Sliema (faċċata tal-vapuri tal-Harbour Cruises) rigward l-allokazzjoni ta’ ticketing booths fuq il-bankina faċċata tal-uffiċini tagħhom f’The Strand, Sliema, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta hix se tfassal xi policy jew linji gwida, jew jekk hix se tagħmel xi allokazzjonijiet għas-sajf li ġej sabiex jiġu evitati disgwidi ulterjuri u aktar proċeduri legali fil-Qorti bejn l-operaturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet avvanzati bejn id-diversi awtoritajiet u dipartimenti biex tiġi fformulata policy rigward it-ticketing booths li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant. Dawn id-diskussjonijiet jinvolvu lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, id-Diviżjoni tal-Proprjetà tal-Gvern, Transport Malta u l-Pulizija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qattgħu bednights turisti ġewwa Għawdex fis-snin 2009 u 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jippubblika ċ-ċifri ta’ l-iljieli li qattgħu turisti ġewwa Collective Accommodation u għalhekk ma tinkludix iljieli ġewwa farmhouses, djar u appartamenti li jintużaw għall-kiri.
Il-
collective accommodation
f’Għawdex ikopri 50% tas-sodod li jintużaw għall-kiri li hemm f’Għawdex. Fl-2009, turisti qattgħu 163,673 ljieli ġewwa
collective accommodation
. L-istatistika għal-2010 tkopri biss il-perjodu Jannar sa Novembru. F’dan il-perjodu turisti qattgħu 162,828 lejl f’Għawdex. Fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel it-turisti qattgħu 160,154 lejl. Dan ifisser li għas-sena 2010 kien hemm żieda ta’ l’fuq minn 2000 lejl f’
collective accommodation
.