Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm mill-istudenti l-ġodda li bdew jattendu kors għall-ewwel darba fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fis-sena akkademika 2011/2012 għandhom ċertifikat tal-ECDL (ECDL Core – 7 modules)? Kif inhuma mqassma dawn kors b’kors? X’inhi l-policy tal-ITS dwar studenti prospettivi li japplikaw għal kors l-ITS mingħajr ma jkollhom l-ECDL Core Certificate?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-rapporti fil-mezzi tal-istampa li kkwotaw lill-Ministru tgħid li qed issir tfittxija għal post alternattiv fejn jista’ jmur l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kriterji u parametri li qed jintużaw fit-tfittxija għal post alternattiv, speċjalment dawk relatati ma’ lokazzjoni, kobor tal-bini, popolazzjoni studenteska u aspetti finanzjarji? Hemm xi time frames partikolari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar il-kampus ġdid għall-ITS li semmejt numru ta’ drabi qed isiru bħalissa studji mill-ITS flimkien mal-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada (FTS) sabiex nidentifkaw eżatt x’hemm bżonn f’terminu ta’ faċilitajiet għall-edukazzjoni kif ukoll għal residenza li tista’ tkun parti mill-esperjenza ta’ tagħlim tal-istudenti tal-ITS. Qed issir tfittxija ukoll għat sit adegwat li jkun jista’ jakkomoda dawn il-faċilitajiet skont il-viżjoni l-ġdida li għandha għall-ITS. Wara li jiġi identifikat sit adegwat, imbgħad inkunu nistgħu nħarsu lejn timeframes.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Air Malta li għandhom impjieg ieħor part-time u/jew qegħdin iservu fuq bordijiet governattivi jew awtoritajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija entità kummerċjali , u ma tippubblikax tali informazzjoni separatament minn dik li normalment tiġi ippubblikata minn entitajiet kummerċjali oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta qiegħda tqabbad konsulenti barranin fuq bażi temporanja jew taħt kuntratt definit biex jagħmlu rapporti ad hoc fuq diversi taqsimiet tal-kumpanija? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iskop ta' dawn l-ingaġġi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-konsulenti barranin b' tagħrif tar-renumerazzjoni tagħhom konsulent, konsulent?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva speċjalment f’dan iż-żmien ta’ ristrutturar tal-kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ fuq Triq il-Burdnara Ħal-Qormi peress li din it-triq ilha snin sħaħ imħarbta a skapitu tas-sidien tad-djar u l-ħwienet li hemm fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq ma' tagħmilx parti mill-programm ta' toroq li jridu jinbnew mill-ġdid sas-sena 2012 għax meta sar is-survey, il-bini ma kienx ikopri mill-inqas 75 % tat-triq.
Ta' min iżid li din it-triq tagħmel parti mil-lista ta' toroq li Transport Malta qed tevalwa għal programm li jmiss ta' bini ta' toroq.
Tista’ l-Ministru tagħti l-ammont ta’ studenti, kors b’kors, li applikaw sad-data tal-għeluq tad-29 ta' Lulju 2011 biex jattendu kors full-time għas-sena akkademika 2011-2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (inkluż Għawdex)? Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet? Liema korsijiet infetħu u liema ma nfetħux minn dawk imsemmija fil-prospett għas-sena akkademika 2011-2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti l-ammont ta’ studenti, kors b’kors, li se jkunu qed jattendu kors full-time matul is-sena akkademika ġdida 2011-2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fil-programm tal-ESTS tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fl-aħħar ħames snin, inkluż is-sena akkademika 2011-2012 li qed tibda issa? Tista' l-Ministru tagħti l-programm ta' studju tal-ESTS fl-ITS għas-sena akkademika 2010-2011 u 2011-2012, bl-isem tal-units ta' studju u l-ħin dedikat għal kull wieħed maqsumin kull semestru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ student fil-programm ESTS tal-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi fl-aħħar ħames snin kien kif ġej:-
2007/8 145
2008/9 125
2009/10 126
2010/11 136
2011/12 72
Il-programm ta’ studju tal-ESTS fl-ITS għas-sena akkademika 2010-11 u 2011-12, bl-isem tal-units u l-ħin dedikat,qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
recruitment and deployment advisory group — vacancy form
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rikjesti kienu jintalbu jimlew l-entitajiet pubbliċi fil-vacancy form qabel is-7 ta' Marzu 2011 (mitluba skont paragrafu 1.5.6.3 tal-għaxar edizzjoni tal-Public Service Management Code) għall-approvazzjoni tar-recruitment and redeployment advisory group? Jista' jikkonferma jekk ir-rikjesti setgħux wara li jiġu approvati jiġu emendati mill-entitajiet pubbliċi mingħajr ebda approvazzjoni oħra tal-istess grupp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-dettallji li l-entitajiet pubbliċi kienu jintalbu jimlew fil-vacancy form għall-approvazzjoni tar-Recruitment and Redeployment Advisory Group permezz ta’ dan l-Uffiċċju u l-Ministeru tal-Finanzi, kienu dawk inklużi fl-imsemmija vacancy form i.e. dettalji bħal, per eżempju, in-numru ta’ vakanzi u r-raġunijiet għalfejn tali vakanzi ma setgħux jimtlew permezz ta’ reorganisation, ir-rekwiżiti tal-post/pożizzjoni, ir-rimunerazzjoni marbuta mal-post/pożizzjoni, jekk hux se jkun hemm spiża addizzjonali annwali rikurrenti jew inkella cost savings, u jekk hemmx fondi allokati permezz tas-subvention kurrenti. Kwalunkwe tibdil fir-rikjesti jeħtieġ l-approvazzjoni tal-istess grupp”.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta qiegħda tqabbad konsulenti barranin fuq bażi temporanja jew taħt kuntratt definit biex jagħmlu rapporti ad hoc fuq diversi taqsimiet tal-kumpanija? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iskop ta' dawn l-ingaġġi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-konsulenti barranin b' tagħrif tar-renumerazzjoni tagħhom konsulent, konsulent?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'oħra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex reġgħet ħarġet sejħa oħra għall-applikanti li jixtiequ jissieħbu fil-programm tal-ESTS tal-ITS għas-sena akkademika li jmiss, meta sejħa normalment tagħlaq fil-bidu ta’ Ġunju? Tista l-Ministru tgħid jekk saritx xi estensjoni oħra in konnessjoni ma’ sejħiet għall-programmi u/jew korsijiet oħrajn tal-ITS?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tieni sejħa għall-applikanti li jixtiequ jissieħbu fil-programm tal-apprentistat fl-ospitalita’ fl-iskema ESTS saret peress li kien għad hemm xi postijiet disponibbli għal dawk interessati. Ma saret l-ebda estensjoni oħra għall-programmi oħrajn tal-ITS pubblikati fil-prospett għas-sena akkademika 2011/12.
Billi t-Tourism Policy For The Maltese Islands 2007-2011 wasal biex jiskadi, jista' l-Prim’ Ministru jgħid meta ser ikun imniedi t-tourism policy document il-ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni issa qed tirrikonoxxi li hemm Pjan Nazzjonali għat-Turiżmu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument dwar il-Politika Nazzjonali għat-Turiżmu huwa maħsub li jinħareġ lejn l-aħħar tas-sena wara li jintemm il-proċess ta’ konsultazzjoni u abbozzar tal-Politika Nazzjonali għat-Turiżmu rivedut li jinstab għaddej bħalissa.
Att dwar il-Gwardjani Privati u Gwardjani Lokali — vetturi li jġorru l-flus
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-emendi fl-Att dwar il-Gwardjani Privati u Gwardjani Lokali li saħħet is-sigurtà tal-impjegati billi għamlet mandatorju li kull vetturi li ġġor il-flus ikollha 2 impjegati fiha u tkun vettura bullet proof allegatament mhux tiġi applikata mill-operaturi lokali u ma sar l-ebda enforcement mill-awtoritajiet kompetenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-issa l-Pulizija ma kellha ebda rapport jew kien innotat li qed ikun hemm dawn in-nuqqasijiet minn aġenziji li jipprovdu tali servizz. Pero’ l-ilment ta’ l-Onorevoli Interpellant ġie nnotat u l-Pulizija ser tagħmel l-indaġini meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu l-ewwel ordnat verifika tas-sħubija ta' żewġ unions lir-Reġistraturi ta' Trade Unions sabiex tiddetermina min għandu l-maġġoranza, imbagħad sussegwentement iddeċidiet li tagħmel eżerċizzju mhux uffiċjali hija u rikonoxxiet waħda miż-żewġ unions?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fid-19 ta’ Mejju, il-GWU, għamlet talba għar-recognition lil MTA li ġiet irreferuta lid-Direttur tax-Xogħol għall-verifika. Il-verifika ntalbet li ssir fuq iż- żewġ unions. Sa dakinhar ħadd ma kien ikkontesta r-rikonoxximent tal-UHM bħala l-union li tirrapreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema fi ħdan l-MTA.
Fl-4 ta’ Lulju l MTA u l-Unjons ġew infurmati mid-Direttur tax- Xogħol li ebda union ma tat evidenza li għandha l-maġġoranza tal-impjegati ta’ l-MTA u għaldaqstant kien qiegħed iqis l-eżerċizzju bħala konkluż.
Fis-6 ta’ Lulju, l UHM iddikjarat li għandha l-maġġoranza assoluta tal-impjegati tal- MTA u tablet ir-
recognition
. L-MTA għamlet
check off exercise
li ta ndikazzjoni tajba li l-UHM għandha l-maġġoranza tal-impjegati mseħbin magħha u l-UHM ingħatat ir-
recognition
fit 8 ta’ Lulju.
Il-GWU ma qablitx ma’ din id-deċiżjoni u fit-8 ta’ Lulju stess irreġistrat tilwima industrijali mal-MTA, liema tilwima ġiet riferuta lit-Tribunal Industrijali.
Fil-15 ta’ Lulju saret laqgħa ta’ konċilljazzjoni bejn iż-żewġ partijiet li ċċaraw il- pożizzjoni tagħhom.
B' referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23370, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk it-turisti li żaru Għawdex kienu ġurnalisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma tinżamm ebda statistka ta’ l-okkupazzjoni tat-turisti li jżuru Għawdex.Matul l-2009 u l-2010, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ġabet 764 ġurnalist, li 378 kienu nġabu fl-2009 u 386 fl-2010 li minnhom kien hemm 46 ġurnalist speċifikat għall-Għawdex u 340 ġurnalist li marru ġurnata Għawdex.
Dawn il-ġurnalisti ppublikaw artikli f’diversi ġurnali u media kif turi t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet telf l-Airmalta fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 sena, b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-audited accounts ta’ l-Airmalta għas-snin 2003 sa 2010 ġew depożitati fl-MFSA u wieħed jista’ jaċċessahom fuq is-sit elettroniku www.mfsa.com.mt
B’referenza għaż-żieda ta’ ftit aktar minn €0.5 miljun fl-expenditure item taħt il-line item Wages and Salaries tal-estimi finanzjarji tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu u billi is-Segretarju Parlamentari Dr. Mario De Marco fil-winding up speech tiegħu ta’ nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2011 dwar l-estimi tal-istess awtorità qal lill-Kamra li parti minn din iż-żieda fin-nefqa se tintnefaq fuq vacanies already existing, jista’ l-Prim Ministru jagħti fid-dettal spjegazzjoni ta’ x’inhuma dawn il-vacancies? X’tip ta’ xogħol full-time jew part-time se jiġi allokat? Min huma l-persuni, ditti u/jew service providers li ħadu jew se jieħdu dawn l-impjiegi jew xogħlijiet? Jista’ jgħid jekk dawn il-ħlasijiet humiex se jkopru impjiegi biss jew ħlasijiet għal servizzi provduti minn service providers? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji ta’ min huma s-service providers u jgħid kemm huwa maħsub li jintnefqu fondi tal-awtorità bħala tour operators support schemes fis-sena 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li ż-żieda li tidher fl-estimi taħt il-line item Wages and Salaries, hi biss dik li fl-accounts tissejjah provision, u mhux spiża attwali. Iż-żieda ta’ flus ivvutati tirrifletti l-Capacity Building Exercise sottomezz lill-Uffiċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi, intiż biex il-gvern ikun jista' jifforma stampa ċara tal-bżonnijiet ta’ riżorsi umani tal-entitajiet għas-snin li ġejjin. Dan bl-ebda mod ma jfisser li dawn it-talbiet ser jiġu approvati kollha, pero l-prattika tal-accountancy u l-għaqal jitolbu li jkun hemm l-flus ivvutati fil każ dawn it-talbiet, jew xi uħud minnhom, jiġu approvati u mimlija. Fis-somma hemm inkluża wkoll provision ta’ 5% maħsuba biex tkopri xi żidiet li jista jkun hemm bħala riżultat tan-negozjati tal-ftehim kollettiv li għadu qed jiġi negozjat u għaldaqstant ma tistax tiġi determinata l-figura attwali ta’ żidiet, dejjem jekk ikun hemm.
It-talba tal-awtorità tinkludi kemm xogħol
part-time
u kemm f
ull-time
. Jekk u meta l-vacancies mitluba jiġu approvati mill-Gvern Centrali imbagħad tiskatta l-proċedura normali ta’ sejħiet
tramite
l-ETC.
Fir-rigward tal-fondi
tour operators support schemes
din hi informazzjoni kummerċjalment sensittiva ħafna. L-Awtorità tat-Turiżmu lesta taqsam din l-informazzjoni ma’ Onor Interpellant fuq bażi kunfidenzjali iżda mhux galbu li dawn iċ-ċifri jsiru pubbliċi.
MTA — Għadira Bay - konċessjoni għall-umbrelel tal-Kiosks
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-kiosks li hemm f'Għadira Bay, Mellieħa se jingħataw concession/allocation mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sabiex jarmaw l-umbrelel fuq ir-ramel tal-Għadira? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid jekk il-kiosks hux se jingħataw l-istess daqs ta’ land area li se jingħataw lidos fl-istess inħawi? Jekk il-kiosks se jingħataw l-istess daqs ta’ land area bħal tal-lidos, x’inhuma l-kriterji li bihom l-Awtorità qiegħda tikkompara l-kiosks mal-lidos meta l-kiosks jarmaw f’Mejju u jżarmaw f’Ottubru, filwaqt li l-lidos jarmaw matul is-sena kollha? Jista’ jgħid kemm qegħdin iħallsu kirjiet il-lidos individwalment lido, lido, u kemm se jħallsu kera l-kiosks individwalment kiosk, kiosk jekk jingħataw din il-konċessjoni? Il-konċessjonijiet lill-kiosks se joħorġu b’sejwħa għall-offerti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bħalissa qed isiru taħdidiet sabiex jiġi implimentat Proġett Pilota fl-Għadira fejn jiġi assigurat illi l-pubbliku jkollu aċċess għal parti tal-bajja mingħajr il-preżenza ta’ operaturi. Sabiex jiġi assigurat dan qed ikun propost li jinħolqu designated areas fejn jistgħu jiġu mqiegħdin umbrellel u sunbeds għall-operaturi kollha fl-Għadira. Dan ser jassigura li partijiet mill-bajja tal-Għadira tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku li ma jixtieqx jikri beach furniture.
Ta’ min igħid li dawn m’humiex
concessions
imma żoni fejn jistgħu jitqiegħdu umbrelel u
sunbeds
. Rigward l-area, huwa maħsub li kull operatur li jista jikri umbrelel ikollu l-istess spazju sabiex jopera fih. Ta’ dawn iż-żoni l-operaturi jiġu mitluba kontribuzzjoni għall-immaniġġjar tal-bajja u mhux kirja. Dan għaliex, kif intqal aktar ‘l fuq, dawn mhumiex
concessions
imma sempliċiment
designated areas.