proċess tal-applikazzjoni għall-assenjazzjoni ta’ biċċa art
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tal-applikazzjoni għall-assenjazzjoni ta’ biċċa art li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li wara lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kien irċieva talba għal biċċa art mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, l-applikant ġie infurmat permezz ta’ ittra datata 19 t’Ottubru 2005, sabiex l-ewwel jikseb il-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp propost, u meta tali permess joħroġ, jibgħat kopja tal-permess flimkien mall-pjanti approvati lid-Dipartiment sabiex it-talba tiegħu tkompli tiġi proċessata. Madanakollu, minn dak iż-żmien ’l hawn id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma rċieva l-ebda korrispondenza li tinkludi l-permess tal-MEPA, min-naħa tal-applikant u għaldaqstant, it-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament ma tistax tkompli tiġi proċessata.
Public Administration Collective Bargaining Unit — entitajet - taħdidiet ta' negozjati kollettivi
Question
Jista' l-Ministru jindika liema entitajiet pubbliċi, kumpaniji u aġenzija oħra huma obbligati li fit-taħdidiet tagħhom ta' negozjati kollettivi jinvolvu lill-Public Administration Collective Bargaining Unit u b'liema kriterji huwa deċiż liema entitajiet jinvolvu lill-Public Administration Collective Bargaining Unit u liema le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-management tal-Entitajiet Pubbliċi u kull fejn il-Gvern għandu majority shareholding, għandhom jinvolvu l-Public Administration Collective Bargaining Unit (PABCU).
Public Administration Collective Bargaining Unit — ftehim kollettiv - kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jispjega xi jkun l-involviment tal-Public Administration Collective Bargaining Unit f'entitajiet pubbliċi fejn ma jsirx ftehim kollettiv u b'liema mod il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema f'dawn l-entitajiet ikun regolat u x'involviment ikollu fihom il-Public Administration Collective Bargaining Unit?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Public Administration Collective Bargaining Unit (PABCU) ikun involut primarjament kull fejn ikun hemm diskussjonijiet dwar ftehim kollettiv. Kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ ħaddiema f’entitajiet mhux regolati bi ftehim kollettiv ikunu regolati abbażi tal-kuntratt tal-impjieg tagħhom. Ikun hemm ukoll ċirkostanzi fejn il-Public Administration Collective Bargaining Unit (PABCU) jiġi mitlub jagħti l-assistenza tiegħu fejn m’hemmx ftehim kollettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet li l-Air Malta kienet skedat għal-Libja għal Novembru 2011? Jista’ jgħid jekk id-delegazzjoni teknika inkarigata biex tħejji safety assessment in konnessjoni mat-titijiriet għal-Libja, liema delegazzjoni teknika kienet imħabbra aktar kmieni dan ix-xahar, għamlitx ix-xogħol tagħha? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet għal-Libja li kienu ġew skedati għal Novembru 2011 u jekk le, jista’ jagħti r-raġunijiet għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30235.
tiswija ta' ħsarat fil-parti komuni ta' appartamenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex għadhom ma ttieħdux passi min-naħa tal-Awtorità tad-Djar biex jiġu msewwija l-ħsarat li rriżultaw fil-partijiet komuni taż-żewġ blokki ta’ appartamenti li d-dettalji tagħhom qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għal din is-sena ma ġewx magħżula mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ il-Blokki fi Triq Sciortino. In-nies ta’ din il-blokka, jekk huma interessati li jidħlu f’din l-iskema, irridu jinfurmaw il-Kunsill sabiex jidħlu f’2012 jew 2013.
kontribuzzjonijiet totali li ngħataw lil-low cost carriers
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-kontribuzzjonijiet totali li ngħataw lil-low cost carriers sena, b'sena mill-2007 sa Ottubru 2011? Jista' jagħti breakdown tal-kontribuzzjonijiet li ngħataw per capita u kontribuzzjonijiet għall-marketing?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19372.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-persentaġġ ta' passiġġieri Maltin li taru fuq kull rotta tal-low cost carriers kif ukoll il-persentaġġ ta' passiġġieri barranin fuq l-istess rotot sena b'sena mill-2007 sa Ottubru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni rikjesta ma tistax tingħata għaliex l-istatistika fuq passiġġieri li jivvjaġġaw permezz tal-linji tal-ajru ma tiddistingwix bejn residenti f’Malta u turisti.
turisti li pew Malta bil-low cost carriers u bil-legacy airlines
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa tat-turisti li ġew Malta bil-low cost carriers u dawk li ġew bil-legacy airlines sena b'sena mill-2007 sa Ottubru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Statistika uffiċjali ma tiddistingwix bejn l-ispiża ta’ turist li jtir ma low cost airline u dik ta’ turist li jtir ma legacy airline. L-istatistika uffiċjali tindika li fis-sena 2010, it- turisti li ġew Malta nefqu madwar €101.41 kull lejl (din tinkludi spejjeż tal-vjaġġ li tħallsu qabel il-wasla u spejjeż li tħallsu matul iż-żjara f’Malta).
Dipartiment tal-Edukazzjoni — ilmenti ta' għalliem
Question
Tista' l-Ministru tħeġġeġ lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jitratta l-ilment li l-għalliem li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, kien għamel rigward rapport li l-headmaster tal-istess Kulleġġ kien għamel fil-konfront tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliem li qiegħed jirreferi għalih l-Onor Interpellant huwa l-uniku għalliem tal-Mu¿ika fl-iskola sekondarja tas-subien fejn jgħallem. Minn massimu ta’ 26 lezzjoni, huwa għandu biss 11-il lezzjoni. Matul is-sena skolastika li għaddiet il-Kap tal-Iskola ġibidlu l-attenzjoni għal ¿ewġ affarijiet:
1. li ta’ spiss kien qed ikun assenti
2. li l-iktar li kien qed ikun assenti kien kull nhar ta’ Ħamis.
L-għalliem kien għadda ċertifikati mediċi li kienu jindikaw kundizzjonijiet serji ta’ saħħa. Barra dan, kien ammetta li kien qed ifalli mix-xogħol nhar ta’ Ħamis minħabba li dak in-nhar kellu ¿ewġ lezzjonijiet mal-klassijiet il-kbar u li dawn kienu qed joħolqulu stress. Is-surmast infurmah li kien ser jibgħat rapport fuq din is-sitwazzjoni. Kien qallu wkoll li ma setax jaċċetta l-fatt li l-istudenti kienu qed jiċċaħħdu mil-lezzjonijet tal-Mu¿ika u li għalhekk kien ser jitlob għas-servizz ta’ għalliem ieħor tal-Mu¿ika. Ir-rapport intbagħat lill-Prinċipal li min-naħa tiegħu għaddieh lid-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi. Lill-għalliem m’għoġbux dan kollu għax qal li jekk jiġri hekk huwa jkollu jiċċaqlaq mill-iskola. Informa b’dan lill-Principal, lid-Direttur tad-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani, u lill-Malta Union of Teachers (MUT). Kien hemm kuntatti fuq il-ka¿ bejn l-avukat tal-MUT u l-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju fejn tfissret il-po¿izzjoni tal-Kulleġġ fir-rigward tal-għalliem. Inħasset għalhekk il-ħtieġa li ssir laqgħa nhar is-7 t’Ottubru 2011 u li għaliha kellhom jattendu l-avukat tal-MUT, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju, is-Service Manager fid-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi, u l-Kap tal-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Ħandaq.
Din il-laqgħa tħassret mill-avukat tal-MUT minħabba impenji oħra u baqgħet ma saritx. Sadanittant, għas-sena skolastika 2011-12 id-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani ddeċieda li l-għalliem jibqa’ j¿omm postu bħala l-għalliem tal-Mu¿ika fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Ħandaq bi ħdax-il lezzjoni i¿da qed i¿omm is-sitwazzjoni taħt osservazzjoni ħalli:
1. jara li l-istudenti ma jerġgħux jiċċaħħdu mil-lezzjonijet tal-Mu¿ika li għandhom dritt għalihom;
2. jekk jiġri li l-ammont limitat tal-lezzjonijet jerġgħu jitfgħu lill-għalliem taħt stress, tiġi kkunsidrata l-possibilita’ li l-ka¿ tiegħu jiġi riferut lill-Bord Mediku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ta’ infurzar qegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu dwar ksur kontinwu tal-liċenzji mwettqa mill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, billi qiegħed idoqq mużika għolja barra l-ħinijiet tal-liċenzja tiegħu u qiegħed ikun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti fl-istess triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-kontroll u l-moniteraġġ tad-daqq ta’ mużika għolja barra l-ħinijet tal-liċenzja tiegħu hu rregolat mill-Pulizija skont regolament 38 ta’ Avviż legali 1 ta’ 2006 (Regolamenti rigward Liċenzji tal-Kummerċ). F’każ li l-Pulizija tressaq il-Qorti lil min allegatament jikser ir-regolamenti, l-Awtorità tipprovdi x-xhieda tagħha rigward il-liċenzja kif effettivament qed jiġri fil-każ imsemmi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29636 u jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet li l-Air Malta kienet skedat għal-Libja għal Novembru 2011? Jista’ jgħid jekk id-delegazzjoni teknika inkarigata biex tħejji safety assessment in konnessjoni mat-titijiriet għal-Libja, liema delegazzjoni teknika kienet imħabbra aktar kmieni dan ix-xahar, għamlitx ix-xogħol tagħha? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet għal-Libja li kienu ġew skedati għal Novembru 2011 u jekk le, jista’ jagħti r-raġunijiet għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu ta’ konflitt fil-Libya t-titjiriet tal-Air Malta għal Tripli inżammu fuq is-sistema ta’ l-Air Malta iżda baqgħu magħluqa għal bejh. Fir-rigward tal-konsumatur ma kienx hemm servizz offrut matul dan iż-żmien u għalhekk ma kienx hemm servizz li ġie ikkanċellat. Id-delegazzjoni teknika żaret il-Libya fl-aħħar ta’ Ottubru u reġgħet għamlet żjara oħra issa f’nofs Novembru. Id-delegazzjoni stħarrġet aspetti fil-qasam tal-flight operation, is-sigurtà, sapport fl-inġinerija, operazzjonijiet ta’ ground handling u ajruport kif ukoll f’dak li hu kummerċjali u regolatroju. Wara t-tieni żjara l-Air Malta ħadet id-deċiżjoni li tibda mill-ġdid is-servizz mit 28 ta’ Novembru, 2011.
Public Administration Collective Bargaining Unit — entitajet - taħdidiet ta' negozjati kollettivi
Question
Jista' l-Ministru jindika liema entitajiet pubbliċi, kumpaniji u aġenzija oħra huma obbligati li fit-taħdidiet tagħhom ta' negozjati kollettivi jinvolvu lill-Public Administration Collective Bargaining Unit u b'liema kriterji huwa deċiż liema entitajiet jinvolvu lill-Public Administration Collective Bargaining Unit u liema le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Public Administration Collective Bargaining Unit — ftehim kollettiv - kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jispjega xi jkun l-involviment tal-Public Administration Collective Bargaining Unit f'entitajiet pubbliċi fejn ma jsirx ftehim kollettiv u b'liema mod il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema f'dawn l-entitajiet ikun regolat u x'involviment ikollu fihom il-Public Administration Collective Bargaining Unit?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet li l-Air Malta kienet skedat għal-Libja għal Novembru 2011? Jista’ jgħid jekk id-delegazzjoni teknika inkarigata biex tħejji safety assessment in konnessjoni mat-titijiriet għal-Libja, liema delegazzjoni teknika kienet imħabbra aktar kmieni dan ix-xahar, għamlitx ix-xogħol tagħha? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet għal-Libja li kienu ġew skedati għal Novembru 2011 u jekk le, jista’ jagħti r-raġunijiet għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għar-rapporti fil-mezzi tax-xandir li fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi għadu kif lesta xogħol li jiswa iktar minn €0.5 miljun biex jitjiebu l-faċilitajiet li se jkunu jinkludu gymnasium, imħażen ġodda għall-ikel u titjib ieħor, tista' l-Ministru tagħti rendikont eżatt tat-tip ta' xogħlijiet li saru u l-ispejjeż relatati? Il-flus għall-gymnasium ikopru ukoll l-apparat sportiv ta' ġo fih? Minn liema vot finanzjarju nħarġu dawn il-flus? Min kien il-kuntrattur li wettaq ix-xogħol u b’liema proċess intgħażel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħlijiet ta’ dawn l-aħħar xhur fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi saru wara li ħarġet sejħa għal tenders. Il-kuntratturi li wettqu dawn ix-xogħlijiet kienu:-
· Andre Escave Co Ltd
· ECB Ltd
Dawn ix-xogħlijiet kienu maqsumin kif ġej:-
(a) Upgrade
tal-
Food Stores
billi l-post tkabbar, tqassam aħjar u sar ukoll konformi mar-regolamenti dwar ħarsien tal-ikel u iġjene. Ix-xogħol kien jinkludi istallar ta’
walk-in freezers,
xkaffar tal-i
stainless steel
, stallazzjoni ta’
lift
, post adekwat għal ħażna tax-xorb, post għall-ħasil tal-kaxxi inkluż l-apparat, faċilitajiet sanitarji
, loading bay
u uffiċċju. Sar ukoll post għall-hażna tal-kaxxi u post fejn jinżammu (fil-magħluq)
skips
tal-iskart. Żewġ kmamar li kienu f’kundizzjoni ħażina inbidlu f’arkivji.
(b) Żewġ kmamar li kienu jintużaw bħala mħażen tal-
files
inbidlu f’
equipment stores
tal-kċina. Kien istallat ukoll
dumbwaiter
u xkaffar adekwat.
(c) Kmamar fis-sular ta#isfel inbidlu f’
gymnasium
bil-faċilitajiet ta’
toilets/showers/changing rooms
annessi.
(d) Sar upgrade fil-
laundry
, fis-
security lodge
u xogħol ta’ tisbiħ fil-parti t’isfel tat-triq interna tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi.
(e) Fil-postijiet imsemmija nbidlu s-servizzi tal-ilma, dawl, telefon
,
IT u arja kundizzjonata.
S’issa saru pagamenti ‘interim’ li jammontaw għal €123,359.66 mill-Vot 70408423. Il-ħlas finali jsir wara li jkunu ppreżentati u ċertifikati l-
invoices
relattivi.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 28261 u 28654, tista’ l-Ministru tispjega għaliex in-numru ta’ studenti fl-iskema ESTS fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi għas-sena akkademika 2011/2012 huwa kważi n-nofs ta’ dak tas-snin ta’ qabel u jmur kontra t-tendenza fl-aħħar snin? Dan it-tnaqqis huwa riżultat ta’ xi inizjattiva li ħa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jew il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu studenti ġodda fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi bl-iskema ESTS għas-sena akkademika 2011/2012 (eskluż dawk li qed jirrepetu s-sena u li diġà kienu jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fis-sena akkademika 2010/2011)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għas-sena akkademika 2011/12 offra numru ta’ korsijiet ġodda, fosthom kors ‘Foundation Certificate in Hospitality Trades’ u b’hekk l-istudenti kellhom firxa aktar wisa' ta’ għażla ta’ korsijiet.
Fl-iskema Extended Skills Training Scheme (Hospitality Trades) għas-sena akkademika 2011/12 daħlu 27 student/a ġodda.