Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — ingaġġ ta' impjegati mhux skont il-ftehim kollettiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) fuq ilmenti dwar ingaġġ ta' impjegati mhux skont il-ftehim kollettiv (jiġifieri ingaġġ fuq il-massimu tas-salarju tal-grad flok il-minimu) fl-entità pubblika li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li hemm xi klawsola fil-ftehim kollettiv li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant li jorbot lill-entità konċernata li timpjega persuni fil-minimu ta’ grad.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi għas-servizz tal-Malta Security Services (MSS)? Kemm inxtraw, meta u kemm swew?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
In-nefqa, l-amministrazzjoni u l-politika fis-Servizz tas-Sigurta' huma soġġetti għall-eżami tal-Kumitat tas-Sigurta' skont kif provdut fl-Artiklu 14 ta' l-Att dwar is-Servizz ta' Sigurta' 1996.
Malta Security Services — nefqa ghall-manutenzjoni tal-karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-manutenzjoni tal-karozzi tal-Malta Security Services (MSS) xahar xahar mill-2007 sal-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
In-nefqa, l-amministrazzjoni u l-politika fis-Servizz tas-Sigurta' huma soġġetti għall-eżami tal-Kumitat tas-Sigurta' skont kif provdut fl-Artiklu 14 ta' l-Att dwar is-Servizz ta' Sigurta' 1996.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tħallas kera l-Airmalta għal ħames snin li se tkun qiegħda tikri uffiċini mingħand Skyparks? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim tal-kera bejn l-Airmalta u Skyparks?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ħarġet external calls għal xi vacancies partikolari? Jekk iva, jista' jgħid f'liema kategorija u x'inhi r-raġuni għaliex inħasset il-ħtieġa li tagħmel external call meta l-kumpanija tinsab f'proċess li bih qiegħda tnaqqas l-impjegati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta hija entità kummerċjali, u informazzjoni bħal din ma tiġix ippublikata minħabba kunfidenzjalità.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta’ kif, minn min u lil min il-qbiela tar-raba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament inqalbet matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi r-raba’ li d-dettalji tiegħu intbagħat separatament kien trasferit lill-Gvern permezz tal-Ftehim tal-1991 ta’ bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti. Meta r-raba’ kien trasferit lill-Gvern, il-qbiela kien jitħallas mill-persuna. F’Awwissu tal-2007, din il-persuna għamlet skrittura privata fejn ċediet il-qbiela lit-tifla tagħha. A bażi ta’ din l-iskrittura privata, f’ Ottubru tal-2007, id-dipartiment irrikonoxxa lil din il-persuna fil-qbiela ta’ dan ir-raba’.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33633, jista' l-Ministru jispjega għaliex jekk ħaddiem jaħdem ma' employer fit-tliet tipi ta' xogħlijiet li jirrikjedu liċenzja irid iħallas tliet liċenzji minflok tkun liċenzja waħda inkluża jekk hux imqar għal finijiet ta' ħlas?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirriferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 33633. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal xogħlijiet taħt il-kappa ta’ Gwardjan Privat, intenni li:
“Kull Gwardjan Privat, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji li jinsab fihom, għandu biss iħallas għal liċenzja waħda skont Artikolu 7(2) tar-Regolamenti imsemmija. L-unika differenza minn kif kienu jsiru l-affarijiet qabel hija li l-liċenzja għandha tindika l-kategorija li għaliha jappartjeni d-detentur, hekk kif stabbilit minn Artikolu 7(3) tal-istess Regolamenti.”
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 33634, jista' l-Ministru jikkonferma li b`dan il-prezz tat-tender huwa prezz li bih tista' titħallas il-paga minima nazzjonali u l-ispejjeż kollha ancillary tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31526, jista' l-Ministru jiċċara x'żidied ingħataw average f`kull grad ras għal ras bejn is-salarji tal-2011 u tal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħaddiema kollha tal-MFSA ingħataw żieda b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 sabiex il-pagi ta’ dawn il-ħaddiema jirriflettu aħjar u jistgħu jiġu komparabbli mal-pagi li normalment jingħataw ħaddiema fis-settur finanzarju. Dawn iż-żidiet jinkludu żidiet li ġew imħabbra fid-diskors tal-Budget sabiex jirriflettu wkoll l-għoli mal-ħajja. Iż-żieda mehuda bħala average tas-salarji bejn 2011 u 2012 hija ta’ 2.64%.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex waslet it-tneħħija tal-obbligu li gwardjan lokali jkollu jġedded il-liċenzja tiegħu kull sena meta skont ir-riforma kellhom jiddaħħlu liċenzji permanenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-obbligu tal-ħlas ta' ħdax-il euro u ħamsa u sittin ċenteżmu kull sena mat-tiġdid ta' liċenzja ta' Gwardjan Lokali, tneħħa permezz tal-Avviż Legali 402 tal-2011.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex hekk kif qiegħdin jiġu emendati l-liġijiet kriminali sabiex offiżi ta` vjolenza kontra pulizija jkunu mħarxa, ma ġewx imħarxa wkoll il-pieni fil-liġijiet kontra l-vjolenza fuq gwardjani lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-Abbozz numru 97, permezz ta’ l-artikoli 16,17,18 u 19 jipprovdi għal-pieni aktar ħorox għal vjolenza jew attakki kontra uffiċċjali pubbliċi. Skont l-Artikolu 92 tal-Kodiċi Kriminali, li jiddefinixxi min hu Uffiċjal Pubbliku u kif ukoll ritenut minn sentenzi mogħtija mill-Qrati Kriminali, gie dejjem ritenut li Gwardjan Lokali huwa meqjus bħala Uffiċjal Pubbliku. Għalhekk l-emendi proposti fl-abbozz numru 97 japplikaw ukoll għal-Gwardjani Lokali.
Jista’ l-Ministru jispjega kif se jaħdem il-proċess ta' aktar minn liċenzja waħda għall-gwardjani privati u jekk hux mistenni li gwardjan privat iħallas ta' iżjed minn liċenzja waħda? Il-gvern qiegħed jaħseb sabiex il-ħaddiema iħalsu biss liċenzja waħda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsieb wara l-introduzzjoni ta’ kategoriji ġodda fil-kuntest tal-Gwardjani Privati, jiġifieri Gwardjani Privati Speċjalizzati (mhux tas-sewqan), Gwardjani Privati Speċjalizzati (tas-sewqan) u Gwardjani Privati fuq Post tad-Divertiment kien li jkun hemm speċjalizazzjoni u titjib fis-settur. Fil-fatt, hekk kif jiskadu il-perjodi ta’ tranżizzjoni ta’ Artikoli 11(3) u (4) tar-Regolamenti dwar Gwardjani Privati, xogħol speċjalizzat li jappartjeni lil waħda mill-kategoriji ġodda jkun jista jsir biss minn detenturi tal-liċenzja speċjalizzata konċernata, hekk kif stabbilit f’Artikoli 11(1) u (2) tal-istess Regolamenti. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed ifakkar li ma sarux emendi għar-Regolamenti dwar Gwardjani Privati f’dak li jirrigwarda ħlas tal-liċenzji.
Kull Gwardjan Privat, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji li jinsab fihom, għandu biss iħallas għal liċenzja waħda skont Artikolu 7(2) tar-Regolamenti imsemmija. L-unika differenza minn kif kienu jsiru l-affarijiet qabel hija li l-liċenzja għandha tindika l-kategorija li għaliha jappartjeni d-detentur, hekk kif stabbilit minn Artikolu 7(3) tal-istess Regolamenti.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-AWAS aġġudikat tender bil-€5 fis-siegħa (eskluż il-VAT) għall-proviżjoni ta' security guards meta huwa smat li fl-2012 impjegat ingaġġat bil-kundizzjonijiet minimi tal-liġi jiġi jiswa lil min iħaddem iżjed minn €5 fis-siegħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-kuntratt li għalih qed jagħmel referenza l-Onorevoli Interpellant ingħata mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-direttorat tal-agrikoltura għadu ma ħax il-miżuri sabiex jaqla' s-siġar mill-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament ġaladarba l-permess meħtieġ ingħata permezz ta' ittra li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li biex tinqala’ siġra partikolarment ta’ speċi protetta huwa meħtieġ il-‘clearance’ tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, ir-responsabbiltà tal-qlugħ tas-siġra konċernata taqa’ fuq min huwa responsabbli mis-sit fejn hemm is-siġra.
Minn ispezzjoni li saret fuq is-sit, is-siġar in kwistjoni jinsabu fuq bankina pubblika f’ Housing Eastate u għalhekk ix-xogħol meħtieg fis-sit konċernat mhuwiex responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Agrikoltura.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma nbdewx proċeduri kriminali fil-konfront tal-uffiċċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li allegatament sawwat pajżan nhar it-18 ta’ Settembru 2011 f’Naxxar Road, San Ġwann?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-inċident li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie nvestigat kemm minnaħa tal-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan, kif ukoll minnaħa tat-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Korp. Jirriżulta li l-uffiċjal tal-Pulizija nvolut uża dik il-forza minima u neċessarja sabiex ikun jista’ jesegwixxi l-arrest tal-persuna li kienet għadha kif kisret id-disposizzjonijiet tal-Att dwar l-Iskart, kif ukoll naqset li tagħti l-partikolarijiet tagħha lill-uffiċjal tal-Pulizija. Dan tikkonfermah il-persuna pajżana stess kif ukoll xhieda oħra okkulari li kienu preżenti waqt dan l-inċident. Għalhekk ma jirriżultax li hemm lok sabiex jinbdew proċeduri kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta hijiex tibbenefika minn xi roħs fl-airport charges imposti mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jekk iva, minn meta ġew ridotti l-airport charges u b'kemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ħarġet external calls għal xi vacancies partikolari? Jekk iva, jista' jgħid f'liema kategorija u x'inhi r-raġuni għaliex inħasset il-ħtieġa li tagħmel external call meta l-kumpanija tinsab f'proċess li bih qiegħda tnaqqas l-impjegati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-boathouse li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid taħt liema proċeduri din il-boathouse għaddiet lill-istess inkwilini li kienu ilhom disa' snin ma jħallsu kera għaliha u li kienet u għadha qed tiġi użata minn terzi, mhux bħala boathouse iżda bħala store għall-iscrap u ħwejjeġ oħra marbutin ma’ negozju ta’ restaurant li jinsab sovrappost għall-istess boathouse u dan tul dan il-perjodu kollu? Jista' jgħid taħt liema titolu reġgħet ġiet assenjata l-boathouse lill-istess inkwilini? Jista' jikkonferma li din il-boathouse reġgħet ġiet assenjata lill-istess inkwilin f’Jannar 2011 b’direct order u mingħajr talba għall-offerti b’tender pubbliku? Jista' jikkonferma li l-inkwilini ħallsu multa nominali mingħajr ma ġew imġiegħla jħallsu l-arretrati tal-kera?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Il-permess tal-boathouse ġie itterminat żmien ilu wara li mietet il-persuna li kellha l-permess f’isimha.
Minn spezzjoni li saret riċenti irriżulta li l
-boathouse
baqgħet tiġi użata mill-armla tal-persuna li kellha l-permess fuqha u għalhekk id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permess ġdid lil armla b’kera ogħla kif normalment jagħmel f’każijiet bħal dawn. Dan il-permess kien ukoll soġġett għall-ħlas ta’ darba għas-somma ta’ €250 bħala kumpens għal okkupazzjoni li jkopru s-snin li din il-boathouse kienet qed tiġi okkupata mill-armla.
B’referenza għall-boathouse li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid taħt liema proċeduri din il-boathouse għaddiet lill-istess inkwilini li kienu ilhom disa' snin ma jħallsu kera għaliha u li kienet u għadha qed tiġi użata minn terzi, mhux bħala boathouse iżda bħala store għall-iscrap u ħwejjeġ oħra marbutin ma’ negozju ta’ restaurant li jinsab sovrappost għall-istess boathouse u dan tul dan il-perjodu kollu? Jista' jgħid taħt liema titolu reġgħet ġiet assenjata l-boathouse lill-istess inkwilini? Jista' jikkonferma li din il-boathouse reġgħet ġiet assenjata lill-istess inkwilin f’Jannar 2011 b’direct order u mingħajr talba għall-offerti b’tender pubbliku? Jista' jikkonferma li l-inkwilini ħallsu multa nominali mingħajr ma ġew imġiegħla jħallsu l-arretrati tal-kera?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern qatt ma esegwixxa xogħlijiet sabiex jinbidlu s-soqfa tal-blokkijiet tal-appartamenti tal-Gvern (ex-military barracks) fl-Imtarfa, liema soqfa kienu ġew ikkundannati mill-periti tal-Gvern wara li l-appartamenti kienu ġew assenjati lir-residenti fl-1985?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti iktar dettalji dwar il-blokki t’appartamenti li qed jirreferi għalihom.