Air Malta — roster fit-taqsima tal-passenger handling
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li skont ir-roster il-ġdida, l-impjegati ta' Air Malta fit-taqsima tal-passenger handling se jiġu kostretti f'xi ġranet matul il-ġimgħa jaħdmu per eżempju bejn 8:15pm u 2:15am u shift ieħor bejn 3:15am u 8:00am, meta shift jista' jinħadem dritt bejn 8:15pm u 8:00am? Ma jaħsibx li dawn il-ħinijiet mhux diċenti għall-impjegati bil-familja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' lukandi ġodda? Kemm ilhom pendenti waħda, waħda? Għal liema lokalitajiet jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? X'kategoriji ta' lukandi jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? Hemm xi applikazzjonijiet li jirreferu għal bini ta' lukandi barra żoni ta' żvilupp?
Response (MARCO, MARIO DE)
Infurmat illi bħalissa hemm total ta’ 109 applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta għall-akkomodazzjoni. Minn dawn 76 huma għal żviluppi ġodda u 33 għall-estenzjonijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella A bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.
Infurmat ukoll illi, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi barra żoni ta’ żvilupp, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp għandha 10 applikazzjoni quddiemha liema informazzjoni qed tingħata f’tabella B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37845 u cioè: B’referenza għall-Commission Decision on the State Aid No SA.33015 which Malta is planning to implement for Air Malta plc datata 27 ta' Ġunju 2012 C(2012) 4198 Final, u speċifikatament b’referenza għall-klawsola 17 tal-istess deċiżjoni li tipprovdi li by 2013, slots pairs will be surrendered at coordinated airports such as London-Gatwick, Manchester, Amsterdam, Frankfurt, Geneva, Catania, Stuttgart, London-Heathrow and Munich. Through the withdrawal or reduced frequency other airlines will be able to benefit from potentially increasing their load factors and/or yields, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst, in vista ta’ dak li qed jingħad f’din il-klawsola, jekk l-Air Malta se tiġix kostretta ċċedi u/jew tnaqqas xi slots fuq xi rotot li bħalissa qiegħda topera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Lukandi u ristoranti — rendikont lill-Enemalta u l-WSC
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37853 u jagħti rendikont ta' kemm ħallsu l-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex f'kirjiet u konsum tad-dawl u ilma lill-Korporazzjoni Enemalta / Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ARMS Ltd għas-snin bejn l-2003 u Lulju 2012 sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-Commission Decision on the State Aid No SA.33015 which Malta is planning to implement for Air Malta plc datata 27 ta' Ġunju 2012 C(2012) 4198 Final, u speċifikatament b’referenza għall-klawsola 17 tal-istess deċiżjoni li tipprovdi li by 2013, slots pairs will be surrendered at coordinated airports such as London-Gatwick, Manchester, Amsterdam, Frankfurt, Geneva, Catania, Stuttgart, London-Heathrow and Munich. Through the withdrawal or reduced frequency other airlines will be able to benefit from potentially increasing their load factors and/or yields, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst, in vista ta’ dak li qed jingħad f’din il-klawsola, jekk l-Air Malta se tiġix kostretta ċċedi u/jew tnaqqas xi slots fuq xi rotot li bħalissa qegħda topera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Lukandi u ristoranti — rendikont lill-Enemalta u l-WSC
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħallsu l-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex f'kirjiet u konsum tad-dawl u ilma lill-Korporazzjoni Enemalta / Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ARMS Ltd għas-snin bejn l-2003 u Lulju 2012 sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36844 u jikkonferma li l-persuna li d-dettalji taghha qed jintbagħtu separatament huwa l-GSA tal-Air Malta ghall-pajjiz li d-dettalji qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' jgħid jekk l-Air Malta tafx li din il-persuna qieghħa taffaċċja proċeduri legali fl-Israel għall-konkorrenza kummerċjali zleali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Air Malta tappunta kumpaniji, mhux persuni individwali, bħala GSA tagħha. Il-GSA tal-Air Malta fl-Iżrael hija l-kumpanija Maltija Aviation Online, li ġewwa l-Iżrael hija rappresentata mill-kumpanija Global Representation.
Ninsab infurmat ukoll illi l-Air Malta hija konsapevoli dwar is-sitwazzjoni referita mill-Onor. Interpellant u qed issegwi l-iżviluppi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' lukandi ġodda? Kemm ilhom pendenti waħda, waħda? Għal liema lokalitajiet jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? X'kategoriji ta' lukandi jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? Hemm xi applikazzjonijiet li jirreferu għal bini ta' lukandi barra żoni ta' żvilupp?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika liema kienu l-kuntratti tal-gvern tas-sigurtà li ġew terminati fl-aħħar ġimgħat wara li instab li l-kuntrattur ma kienx qiegħed jagħti l-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol lill-ħaddiema tiegħu? Jista' jindika huwiex se jinvestiga b'mod ulterjuri kuntratti oħrajn tas-sigurtà li ilna snin nisimgħu dwarhom fil-mezzi tax-xandir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skont direttivi maħruġin mid-Dipartiment tal-Kuntratti permezz ta’ Ċirkolari 16/2012, kellhom jiġu tterminati 4 kuntratti li kienu jinvolvu lill-Ministeru ta’ l-Edukazjoni u l-Impjieg, l-Awtorita tax-Xandir, l-Isptar Mater Dei u l-Korporazjoni Enemalta. Billi l-valur tal-kuntratti involuti jaqgħu taħt il-klassifika ta’ kuntratti Dipartimentali, kull Dipartiment qed jieħu ħsieb jagħmel l-arranġamenti hu għat-terminazjoni u l-għoti ta’ kuntratti ġodda għax xiri ta’ dawn is-servizzi.
Kull allegat abbuż tal-kundizjonijiet tal-ħaddiema jiġu investigati mid-Direttur tar-Relazjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg u mill-Pulizija. F’ każ li xi kumpanija tinstab ħatja mill-Qorti, il-Gvern m’ huwiex se jiddejjaq li jittermina l-kuntratti mal-kumpanija, li jkunu oriġinaw fil-perjodu li fih isiru l-abbużi u li jkunu għadhom fis-seħħ.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv kollha ffirmati mill-MCAST għall-kategoriji kollha tal-ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv tal-istaff akkademiku li kien iffirmat lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Il-ftehim kollettiv tal-gradi amministrattivi u tekniċi għad irid jiġi ffirmat.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra b'liema rata qiegħed jinxtara mingħand il-privat is-servizz ta' gwardjani lokali u s-servizz tal-contract manager jew uffiċjali awtorizzat f'kull reġjun ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji taghha qed jintbagħtu separatament huwa l-GSA tal-Air Malta ghall-pajjiz li d-dettalji qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' jgħid jekk l-Air Malta tafx li din il-persuna qieghħa taffaċċja proċeduri legali fl-Israel għall-konkorrenza kummerċjali zleali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellat li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-Public Broadcasting Services bejn l-2008 u 2012, f`liema grad kienu, u jekk l-impjegati bdewx l-impjieg fil-minimu tal-grad tagħhom jew xorta oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — nies li kienu impjegati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) wara li nħareġ S.L.452.108 u kemm kien hemm employers u impjegati li kienu qegħdin jiġu mħaddma bħala self-employed meta fil-verità kellhom ikunu impjegati?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ordni tal-2012 ta’ Standard Nazzjonali dwar l-Istatus tal-Impieg dahal fis-sehh fl-ahhar ta’ Jannar ta din is-sena. Fost affarijiet ohra L-Ordni jistabbilixxi tmien kriterji oggettivi li jigu applikati ghax-xoghol li tkun qed taghmel persuna. Jekk jigu sodisfatti hamsa jew aktar minnhom ikun ifisser li dik il-persuna li tkun ddikjarata li hi self employed tigi meqjusa li qeghda f’relazzjoni t’impieg u li hi mpjegata.
Minn mindu dahal fis-sehh dan l-Ordni, gew investigati l-istatus tal-impieg ta 392 persuna. Minn dawn irrizulta li
· 49 persuna kienu fil-fatt registrati korrettement bhala impjegati
· 189 kienu registrati korettement bhala self-employed.
Irrizulta wkoll li kien hemm 158 persuna li kienu irregistrati bhala self-employed u li kienu jissodisfaw 5 mit-tmien kriterji. Minn dawn gew ezentati 66 persuna wara talba f’dan is-sens skont kif rikjesta mill-ligi u 92 persuna huma ikkunsidrati li fil-fatt kienu f’relazzjoni ta mpieg u allura kienu mpjegati.
F’kazi bhal dawn, min ihaddem jigi nfurmat li dawk il-persuni li kienu registrati bhala self-employed huma fil-fatt impjegati u li l-provedimenti ta’ L-Att dwar ir Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg japplikaw.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Korporazzjoni Enemalta sabiex tneħħi arblu tal-elettriku li jinsab ftit metri 'l isfel mill-ħanut li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema arblu jinsab imxengel u f'qagħda perikoluża minħabba l-piż tal-wires imqabbda miegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret ma rriżultax li hemm xi periklu, iżda l-arblu għandu ssirlu l- manutenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) tinżammx informazzjoni dwar ħidmiet part-time jew negozji li jista' jkollhom l-impjegati tal-awtorità u jekk dan hu l-każ jekk hemmx ħidmiet li huma ta' kunflitt mal-ħidma tal-awtorità?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħda tieħu l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fir-rigward ta' saqaf tal-asbestos li jagħti fuq twieqi tal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) u b'liema mod u attivament l-awtorità sejra telimina kull periklu li jista' jkun hemm għall-ħaddiema tal-MCCAA?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol, Kapitlu 424, u skont regolamenti sussidjarji, ir-responsabbiltà assoluta biex jiġu kkontrollati riskji fuq il-post tax-xogħol hija ta’ min iħaddem, u mhux tal-Awtorita’. Fost affarijiet oħra, min iħaddem għandu l-obbligu li jevalwa r-riskji u jara li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni.
Fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, u wara li spezzjonat kemm il-lok imsemmi, kif ukoll il-lok imsaqqaf bl-asbestos, l-Awtorita’ talbet li jsir eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju assoċjat mal-preżenza tal-asbestos – dan l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni ried isir minn persuna kompetenti fil-materja.
Fil-fatt, dan l-eżerċizzju u l-analiżi meħtieġa saru skont proċess aċċettabbli għall-Awtorita’. L-Awtorita’ talbet ukoll li dan ir-rapport jiġi diskuss mill-Management mar-Rappreżentanti tas-Saħħa u s-Sigurta fl-Malta Competition and Consumer Affairs Authority skont kif meħtieġ mill-Avviż Legali 36/2003, u dan biex jingħataw kull opportunita’ li jiddiskutu l-konklużjonijiet tar-rapport.
Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — ħlas ta' salarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x`passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) fuq ilmenti dwar ħlas ta' salarju permezz ta' sistema ta' VAT receipts flok permezz ta' impjieg mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz li qed jirreferi għalih ġie investigat u se jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-proveddimenti relattivi tal-liġi jkunu osservati.