Peress li kif tħabbar, il-Gvern kellu jħallas madwar €70 miljun fis-sena lil Vitals skont il-Hospital Concession Agreement li l-Gvern għamel mal-Vitals Global Healthcare u mill-mistoqsija parlamentari 3310 jirriżulta li l-Gvern ħallas €33.5 miljun għas-sena 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-ammont maqbul fil-kuntratt li l-Gvern hu obbligat li jħallas fis-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti li saru lill-VGH huma skont it-termini maqbula fil-kuntratti li saru bejn il-Gvern u l-VGH. Kif indikat fl-Estimi Ġenerali tal-Gvern fl-2017 dawn jammontaw għal €33.5 miljun.
Servizz ta’ Ambulanza tal-Ajru bejn Malta u Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3311, fejn fit-tweġiba ngħad li ġew trasferiti 44 pazjent minn Għawdex għal Malta minn meta ġie nawgurat is-servizz tal-Ambulanza tal-Ajru sal-10 ta’ Jannar 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-dati u jgħid meta saru dawn it-trasferimenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Jannar ta’din is-sena saru 53 titjira minn Għawdex lejn Malta fix-xhur indikati hawn taħt.
2017
Numru ta' titjiriet
Frar
1
Marzu
1
April
7
Mejju
3
Ġunju
4
Lulju
8
Awissu
6
Settembru
4
Ottubru
6
Diċembru
7
2018
Jannar
6
Gran Totali
53
Trasferimenti ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex – atti pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex kull xahar minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li sa mill-bidu nett tal-eżistenza tar-Registru Pubbliku, jiġifieri fl-1859, qatt ma kienet tinżamm l-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Unjoni Ewropea – miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta’ CO2
Question
Peress li bħala membru fl-Unjoni Ewropea, Malta hija obbligata li kull sena tirraporta lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2; u peress li wieħed minn dawn it-targets li Malta għandha hu dak li sal-2020, 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa billi nużaw teknoloġija ta' enerġija alternattiva mix-xemx jew mir-riħ, tista' l-Ministru tgħid xi strateġija qed timplimenta Malta biex tilħaq din il-mira?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti qed jibda jipprepara proġett ambizzjuż ta’ Mass Rapid Transport System. Dan se jkun l-akbar impenn serju li qatt sar favur investiment modern fl-infrastruttura u t-trasport u li għandu l-għan biex, b’mod tanġibbli, inaqqas il-konġestjoni tat-traffiku, filwaqt li jwassal biex jitnaqqsu drastikament l-emissjonijiet ta’ dħaħen u titjieb il-kwalità tal-arja. Nafu wkoll kemm it-traffiku huwa wieħed mis-sorsi prinċipali ta’ emissjonijiet velenużi fl-arja, bil-konsegwenza li f’Malta għandna rata għolja ħafna ta’ mard respiratorju.
Għaldaqstant, wieħed mill-prijoritajiet tal-Gvern huwa li jnaqqas l-emissjonijiet tat-traffiku wara li, b’suċċess, rajna l-qalba tal-gass flok il-
heavy fuel oil
fil-qasam tal-ġenerezzjoni tal-enerġija. Fil-fatt, l-Istrateġija tal-Gvern dwar l-Enerġija qed tiġi implementata b’tali mod li nassiguraw li ma jibqax jintuża żejt li jniġġes għall-ġenerazzjoni tal-elettriku; intejbu u nsiru iktar effiċjenti fl-użu tal-elettriku u nżidu l-kapaċità madwar Malta u Għawdex fl-enerġija solari – fejn sal-aħħar tal-2016 rajna żieda ta’ installazjoni ta’ iktar minn 90MW ta’ kapaċità solari. Malta se tkompli tmexxi ’l quddiem il-proġett biex tingħaqad mal-
European Gas Grid
– proġett li f’Novembru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rrikonixxitu bħala wieħed mill-Proġetti ta’ interess komuni. Il-Gvern qed janalizza l-possibilità ta’ marine LNG bunkering services f’Malta. Il-Gvern bi ħsiebu jisfrutta iktar l-enerġija solari,
heat pumps
u
biofuels
– fost oħrajn, biex jilħaq il-miri li kommess sas-sena 2020.
L-Istrateġija tal-
Low Carbon Development
tindirizza, b’viżjoni fit-tul, setturi li jipproduċu emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Din l-Istrateġija se nkunu qegħdin nisimghu iktar dwarha matul ix-xhur li ġejjin.
Unjoni Ewropea – miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta’ CO2
Question
Peress li bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta hija obbligata li kull sena tirraporta lill-Unjoni Ewropea dwar dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li dawn il-miri jirrigwardaw setturi tat-trasport, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija qed timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport (National Transport Strategy 2050), li ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropea f’Jannar 2017, tistabbilixxi viżjoni għal tnaqqis ta’ emissjoniijet CO2 ġenerati mit-trasport bejn l-2015 u l-2050. Din l-istrateġija tipproponi numru ta’ linji gwida f’dan ir-rigward li jinkludu:
- Użu iktar effiċjenti tas-sistema preżenti tat-trasport, permezz ta’ mmaniġġjar tat-traffiku, ippjanar loġistiku u infurzar;
- Promozzjoni ta’
modal shift
;
- Ippjanar u ddisinjar ta’ proġetti tat-trasport b’mod iktar integrat;
- Promozzjoni u inċentivi favur tipi ta’
fuel
u vetturi favur l-ambjent (
green fuel & vehicles)
It-Transport Master Plan 2025 tinkludu numru ta’ miżuri fattwali li jwasslu sabiex l-inizjattivi msemmija jiġu mwettqa.
Link to National Transport Strategy & Master Plan on TM website:
http://www.transport.gov.mt/transport-strategies/strategies-policies-actions/national-transport-strategy-and-master-plan
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati konferenzi ta' daqs medju f'Għawdex fl-aħħar ħames snin u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Conventions Malta ġabru nformazzjoni mingħand l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu u kif ukoll permezz ta' nformazzjoni miġbura minghand diversi stakeholders, u jirriżulta li saru bejn ħamsin u ħamsa u sebgħin konferenza minn żgħira sa medja. Ta' min isemmi wkoll li s-sena l-oħra saru wkoll madwar 12-il konferenza b’relazzjoni mal-Presidenza tal-EU 2017.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ sejħiet pubbliċi għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħol fuq iż-żewġ siti fiż-żona industrijali tax-Xewkija, dak imsejjaħ tal-Ħofra u s-sit preżentament okkupat mill-impjant abbandunat tal-fabbrika tal-ħalib, ġewx mogħtija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żewġ sejħiet pubbliċi għall-offerti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq iż-żewġ siti fiż-żona industrijali tax-Xewkija, dak imsejjaħ Il-Ħofra u s-sit sa’ issa okkupat mill-impjant abbandunat tal-fabbrika tal-ħalib ingħalqu u l-kuntratti għax-xogħolijiet rispettivi ġew iffirmati magħtul Diċembru 2017. Ix-xogħol fuq it-tieni sit imsemmi diġa beda filwaqt li x-xogħol fuq is-sit magħruf bħala l-Ħofra mistenni jibda fi żmien ftit jiem.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1489 u ċjoè: B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 86 intqal li ġew allokati €3.2 miljun biex Għawdex ikollha t-tieni fiber optic link, jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet relatati ma’ dan il-proġett ittieħdu sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kien sar studju biex ikun stabbilit il-viabbiltà u l-aħjar rotta għal dan il-link, sar xogħol kbir biex jitfasslu Terms of Reference dettaljati li huma parti mit-tender (CT2292/2017) li ġie ppublikat u li jgħalaq fis-6 ta’ Marzu 2018. Bħalissa għaddej il-proċess normali skont il-proċeduri tat-tender.
Saret applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar (numru PA8209/17) li qed tkun ipproċessata.
Saru diversi laqgħat mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, mal-istess Awtorità tal-Ippjanar, mal-Awtorità tat-Trasport fost oħrajn biex malli jinħarġu l-permessi u jingħata l-kuntratt ikun jista’ jibda x-xogħol.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-pilloli Rosuvastatin 20mg humiex out of stock? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta din il-mediċina se terġa' tkun in stock?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina msemmija minnu m'hijiex out of stock.
Peress li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea hija obbligata tirraporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta’ CO2, u peress li dawn il-miri jirrigwardaw setturi bħal trasport, agrikoltura u skart, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija qed timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll permezz tar-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ghat-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta’ Parigi, hija kommessa għall-ħidma sfiqa kontra t-tibdil fil-klima. Dan billi jitwettqu miżuri skont strateġiji fl-oqsma diversi li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeri rispettivi.
Għal dak li għandu x’jaqsam is-settur ta’ l-iskart, tajjeb li nirreleva li l-Pjan Nazzjonali ghall-immanigjar tal-iskart 2014-2020 jenfasizza l-importanza li nnaqsu d-dipendenza fuq l-użu tal-miżbla billi ninkoraġġixxu dejjem aktar ir-riċiklaġġ. Miżuri speċifiċi fis-seħħ jew f’fażi ta’ implimentazzjoni jinkludu:
1. Il-progett ta' ġbir separat tal-iskart organiku li ser jiġi estiż fuq skala nazzjonali qabel l-aħħar tas-sena 2018;
2. Il-kampajna nazzjonali sabiex ikun hemm aktar għarfien u edukazzjoni fuq l-immaniġjar tal-iskart b’mod aktar responsabbli;
Inizjattivi oħra li qed jittieħdu u li jikkumplimentaw l-ispirtu ta’ din l-istrateġija huma:
1. Il-ħidma biex tiddaħħal l-iskema tal-ġbir ta’ flixkien tax-xorb kontra depositu biex inħeġġu aktar r-riċiklaġġ tal-plastik, metall u ħgieg;
2. Ix-xogħol li qed isir biex ikollna faċilita li tikkonverti l-iskart f’enerġija.
Fis-settur tal-agrikoltura hemm fis-seħħ il-programm gġall-Iżvilupp Rurali (Rural Development Programme 2014-2020) li fih miżuri li jippromwovu il-biedja organika, ġestonji aħjar tal-irziezet, l-użu ta’ energija rinovabbli u sistemi aktar efficjenti tal-irrigazzjoni. Matul din is-sena mistennija wkoll li titħabbar politika ġdida għas–settur.
Il-Ministeru għaddej ukoll bil-ħidma għall-iżvillup tal- Low Carbon Development Strategy biex l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna jindirizza l-isfida tat-tibdil fil-klima. F’dan l-istadju, diġa ġie ppublikat dokument ta’ viżjoni li fuqu saret konsultazzjoni wiesa’.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma inizjattivi fis-settur tat-trasport, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat ġaladarba il-ħidma kontra t-tibdil fil-klima hija ħidma li trid issir b’mod orizzontali minn numru ta’ Ministeri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna min-National Lotteries Good Causes Fund f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu proġetti taħt kategoriji soċjali, kulturali, edukazzjonali, sportivi, reliġjużi u filantropiċi? Jista' jgħid is-somma li ngħata kull proġett?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu – Għawdex — konferenzi
Question
Peress li settur turistiku li Għawdex jista' jgawdi minnu, huwa s-suq tal-konferenzi, jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-unit tal-konferenzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu biex konferenzi b'mod partikolari dawk ta' daqs żgħir u medju, ikunu jistgħu jsiru f'Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu jemmen li Għawdex għandu l-potenzjal jospita numru ta’ konferenzi ta’ daqs medju grazzi għall-infrastruttura preżenti fil-qasam tal-MICE. Min-naħa tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Conventions Malta, Għawdex qiegħdha tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nfisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avvenimenti MICE. Filfatt waqt fieri MICE, Għawdex tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma’ negozju, minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva. Il-Conventions Malta tikludi lill-Għawdex fiż-żjarat li torganiżża lill-mezzi tax-xandir.
Fl-istess ħin il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħdin jiddiskutu mal-Ministeru għal-Għawdex sabiex jiżviluppaw opportunitajiet ġodda għall-gżira Għawdxija u jipparteċipaw f’fieri MICE barra l-pajjiż.
Peress li l-eżempju tal-prodott Għawdxi tal-Farmhouse, jista' jservi bħala mudell sabiex wieħed joħloq prodott li jkollu l-kapaċità li joffru attrazzjoni ġdida filwaqt li jesponi dak kollu li huwa Għawdxi, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar it-Turiżmu għandhiex il-ħsieb li tfassal policy fuq livell reġjonali u nazzjonali u jsiru linji gwida fir-rigward tal-Agro Turiżmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-riforma tal-liġi li qed issir bħalissa qed jiġu mgħarrfin għall-ewwel darba kategoriji ġodda li jiddistingwu mid-djar tradizzjonali, djar antiki awtentiċi u anke rziezet li għadhom jiffunzjonaw. Hemm ukoll labels ġodda li jagħrfu x-xogħol propju tal-agro-turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-snin 2016 u 2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul l-imsemmi perjodu, il-Malta Enterprise approvat 21 proġett bbażati ġewwa Għawdex. It-tabella hawn taħt turi is-setturi li joperaw fihom:
Settur
Numru ta’ Progetti
Manufacture & repair of furniture (incl. Metal doors)
7
Artisan Crafts
4
ICT
1
Food & Beverages
4
Recycling
1
Other
4
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas bħala Hospital Concession Agreement għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech (separatament) minn meta dawn bdew jitmexxew minn Vitals sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija Vitals Global Healthcare matul is-snin 2016 u 2017 huma skont it-termini maqbula fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-VGH u li jammontaw għal €16 il-miljun fl-2016 u €33.5 miljun fl-2017.
Servizz ta’ Ambulanza tal-Ajru bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' d-Deputar Prim Ministru jgħid kemm-il darba ntuża s-servizz tal-ambulanza tal-ajru bejn Malta u Għawdex minn meta kien inawgurat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġie inawgurat is-servizz tal-Ambulanza tal-Ajru sal-10 ta’ Jannar 2018 ġew trasferiti 44 pazjent minn Għawdex għal Malta.
Atti pubbliċi ta’ trasferimenti ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex, kull xahar minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna — proġetti
Question
Peress li l-ambjent rurali u urban huwa parti integrali mill-karatteristiċi tal-gżira ta' Għawdex, tista' l-Ministru tgħid xi proġetti huma maħsuba li se jitwettqu mis-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex biex jintlaħaq dan il-għan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Is-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna, barrra x-xogħol li twettaq fuq bażi regulari, ser tkompli bil-proġett ta’ tħawwil ta’siġar indigeni fuq l-għolja t’Għammar fil-limiti tal-Għarb li beda f’Diċembru li għadda. Apparti dan, ser ikun hemm diversi proġetti li ser isiru fuq diversi żoni fil-beraħ bħall-proġett Ta’ Isopu, il-proġett ta’ park għall-familja fil-Farm Sperimentali tax-Xewkija, ir-riġenerazzjoni tal-Fanal tal-Ġurdan kif ukoll l-Ulysses Grove li ser jinfetaħ bħala park għall-familja wkoll. Barra minn dan, il-ġnien taż-żona fid-Dawwara, r-Rabat, ser jiġi msebbaħ biex jitgawda aktar mill-pubbliku.
Għawdex – twaħħil ta’ tabelli bis-sinjali tat-traffiku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1813, li kienet dwar tender ta' twaħħil ta' tabelli bis-sinjali tat-traffiku u fejn fit-tweġiba ngħad li din it-tender ingħatat fil-15 ta' Frar 2016 u kienet għal perijodu ta' sena, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xogħol mill-istess kuntrattur wara li għalaq il-perijodu ta' sena? Tista' tgħid jekk sadanittant inħarġitx tender oħra biex isir l-istess xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li sar xogħol mill-istess kuntrattu wara li ngħalaq it-tender. Dan sar skont proċedura stabbilita u skont l-approvazzjonijiet meħtieġa. It-tender il-ġdid qiegħed fil-proċess.