Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8616 Sitting 193 2019-02-05 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-post ta' Senior Principal

Question

B'referenza għall-aħħar eżami għall-post ta' Senior Principal jista' l-Prim Ministru jgħid kemm: a. kien in-numru ta' Senior Principals li għaddew minn dan l-eżami u li ġew impjegati sa Marzu 2018; u b. kemm ġew impjegati wara din id-data? Jista' jgħid jekk kienx hemm dipartimenti li għamlu talba biex jimlew postijiet li għandhom f'dan il-grad u dawn il-postijiet għadhom ma mtlewx? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema huma dawk id-dipartiment li għamlu din it-talba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li mill-aħħar eżami għall-post ta’ Senior Principal għaddew 126. Ninforma l-Onor. Interpellant li tweġiba għat-tieni parti tal-ewwel mistoqsija (a) tiegħu ingħatat f’Mistoqsija Parlamentari Nru. 7808. Ma ġewx impjegati aktar uffiċjali fil-grad ta’ Prinċipal Anzjan minn Marzu 2018. Il-vakanzi fis-Servizz Pubbliku jimtlew skont il-vakanzi li jkun hemm.

Kunsilli Lokali — segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjun kienu qegħdin joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ta' kunsill lokali ieħor sal-aħħar ta' Diċermbru 2018? F'kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li kien qed jaqdi dan l-irwol f'liema kunsilli jew reġjuni f'kull każ kien qed jaqdi dan id-dmir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Diċembru 2018 kien hawn 2 Reġjuni u 8 Kunsilli Lokali li kienu qed joperaw b'segretarjueżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ieħor. Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Entità Status Fejn qed iservu wkoll Reġjun Xlokk Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Tarxien Reġjun Nofsinhar Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Birżebbuga Ħaż-Żabbar Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra Il-Fontana Deputat Segretarju Eżekuttiv Kunsill Lokali Xagħra(impjeġata) Il-Gudja Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra Il-Ħamrun Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Qormi Ħal Lija Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Balzan L-Imqabba Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali r-Rabat (M) Santa Venera Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kumitat AmministrattivSwatar (Part-Time) Ta' Xbiex Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Tas-Sliema
Leg 13 PQ #8429 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn — studji

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, fejn il-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li tim ta' esperti tekniċi evalwaw kull studju li kien sar fil-passat bit-tama li fondi pubbliċi li ġew investiti fihom ma jkunux inħlew u għalkemm inkisbet informazzjoni utli, dawn l-istudji llum m'għadhomx relevanti, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex dawn l-istudji ma għadhomx relevanti? Tista' tgħid kemm kienu swew dawn l-istudji?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-istudji preċedenti rriżulta li jridu jsiru iktar studji. Kien għalhekk li ġew ippubblikati t-tenders għall-istudji meħtieġa kif ukoll għaliex peress li għaddew diversi snin minn meta saru l-istudji preċedenti, iridu jsiru fil-kuntest tar-regolament viġġenti li għandna llum. Apparti minn hekk illum hemm żewġ tenders li jistgħu jikkonkorru għalihom ditti ta’ esperti fis-settur kemm lokali kif ukoll internazzjonali u mhux b’direct order għand ditta waħda kif kien sar għall-istudju ta’ qabel.
Leg 13 PQ #8430 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn – proġett — spiża

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn, li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jiswa dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8431.
Leg 13 PQ #8431 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn – tenders dwar studji

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta nħarġu t-tenders għal studji: a. fir-rigward ta’ investigazzjonijiet ġeo-tekniċi; u b. l-impatt ambjentali dwar il-proġett tal- Breakwater ta' Marsalforn? Tista' tgħid meta hu pproġettat li jitlestew dawn l-istudji u jekk dawn l-istudji jinkludux ukoll mathematical wave climate studies u Seabed Survey?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tenders ġew ippubblikati fuq l-etenders.gov.mt u l-proċess huwa miftuħ. Wara li jiġu konklużi dawn l-istudji, il-Ministeru jkun jista’ jgħaddi għall-fażijiet li jmiss inklużi stimi u timeframes.
Leg 13 PQ #8459 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati Għawdxin li jaħdmu f'dipartimenti f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati Għawdxin, fil-grad ta' skrivan, li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta? Jista' jgħid jekk preżentament hux qed isir xi eżerċizzju biex jiġu identifikati funzjonijiet u attivitajiet tal-Gvern u entitajiet parastatali f'Malta li jkunu jistgħu jibdew isiru f'Għawdex bir-riżultat li iktar impjegati Għawdxin f'dan il-grad jibdew jaħdmu f'Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ haddiema Ghawdxin fi grad ta’ skrivan li jahdmu f’Malta huwa ta’ 24. Ngharraf lill-Onor Interpellant li fl-2012 dan in-numru kien ta’ 93. Ninsab informat ukoll li l-ezercizzju li jaghmel riferenza ghalih fit-tieni parti tal-mistoqsija jinsab ghaddej u li dan huwa ezercizzju kontinwu.

Kunsilli Lokali — operat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali jew reġjuni li preżentament qegħdin joperaw b'aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv/aġent deputat segretarju eżekuttiv? F'kull każ, jista' jgħid f'liema rwol ieħor huma impjegati mal-Gvern jew aġenziji tal-Gvern dawn l-uffiċjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hawn 2 Reġjuni u 8 Kunsilli Lokali li preżentament qegħdin joperaw b'aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv. Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba. Entità Status Fejn qed iservu wkoll Reġjun Xlokk Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliĦal Tarxien Reġjun Nofsinhar Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliBirżebbuga Ħaż-¯abbar Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokalix-Xgħajra Il-Fontana Deputat Segretarju Eżekuttiv Kunsill Lokali Xagħra (impjeġata) Il-Gudja Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokalix-Xgħajra Il-Ħamrun Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliĦal Qormi Ħal Lija Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliĦal Balzan L-Imqabba Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokalir-Rabat (M) Santa Venera Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-KumitatAmministrattiv Swatar (Part-Time) Ta' Xbiex Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliTas-Sliema

Kunsilli Lokali — segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjuni bħalissa qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ta' kunsilli lokali oħrajn? F'kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol, f'liema kunsilli jew reġjuni qed jaqdi dan id-dmir f'kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hawn 2 Reġjuni u 8 Kunsilli Lokali li bħalissa qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ieħor. Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba. EntitàStatusFejn qed iservu wkoll Reġjun XlokkAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Tarxien Reġjun NofsinharDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Birżebbuga Ħaż-ŻabbarAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra Il-FontanaDeputat Segretarju EżekuttivKunsill Lokali Xagħra (impjeġata) Il-GudjaAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra Il-ĦamrunDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Qormi Ħal LijaDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Balzan L-ImqabbaDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali r-Rabat (M) Santa VeneraDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kumitat Amministrattiv Swatar (Part-Time) Ta' XbiexDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Tas-Sliema
Leg 13 PQ #8196 Sitting 182 2019-01-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Messaġġier Anzjan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati li kienu resqu għall-aħħar eżami li sar għall-post ta’ Messaġġier Anzjan fis-Settur Pubbliku? Jista’ jgħid: a) kemm minnhom għaddew? b) kemm kienu dawk li diġà ġew appuntati f’dan il-grad? c) sa meta hu validu r-riżultat? u d) jekk hemmx il-ħsieb li dawk kollha li għaddew, jiġu appuntati sa meta jiskadi ż-żmien tar-riżultat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ applikanti li resqu għall-eżami tal-post ta’ Messaġġier Anzjan fis-Settur Pubbliku kien ta’ 21 li minn dawn għaddew 20. Ġew appuntati 14. Ir-riżultat skada. Il-vakanzi jimtlew skont il-ħtieġa tas-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #8197 Sitting 182 2019-01-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Messaġġier Anzjan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm fil-preżent, jeżistu postijiet fil-grad ta’ Messaġġier Anzjan f’kull Dipartiment tal-Gvern separatament? Jista’ jgħid ukoll: a) jekk hemmx postijiet vakanti f’dan il-grad f’kull dipartiment? u b) jekk fl-affermattiv jgħid x’kienet ir-raġuni li wasslet għal din il-vakanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Anness hawn taht, jinsab it-tagħrif mitlub: MESSAĠĠIERA ANZJANI (fil-post sad-19.12.2018) MINISTERU TOTAL Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza 1 Ministeru Għall-Edukazzjoni u x-Xogħol 5 Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar 1 Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima 2 Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali 4 Ministeru għas-Saħħa 8 Ministeru għall-Finanzi 2 Ministeru għal Għawdex 4 Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali 1 Ministeru għat-Turiżmu 1 Uffiċċju tal-Prim Ministru 1 Total 30 Fil-preżent, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhemmx vakanzi ta’ Messaġġier Anzjan.
Leg 13 PQ #8056 Sitting 175 2018-12-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Eco-tax tat-Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu? Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn meta bdiet l-Eco Tax tat-Turiżmu s’issa, inġabru Euro 5,660,415.02. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ma tinġabarx kif mitluba, jiġifieri, skont il-lokalitajiet.

Kunsilli Lokali – skema ta’ restawr maħruġa fl-2017

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7552, fejn il-Ministru kien mitlub biex jagħti tagħrif dwar liema kienu il-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul l-2017 u kif ukoll kien mitlub jgħid: a. liema mit-talbiet li saru fil-fatt ġew approvati; b. liema mill-proposti approvati fil-fatt saru; u c. liema kienu dawk li ma sarux u r-raġuni għaliex ma sarux? u fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru ta informazzjoni dwar liema proġetti kien għaddej xogħol fuqhom flimkien ma' lista tal-applikazzjonijiet sottomessi u lista oħra dwar l-applikazzjonijiet li ġew approvati, jista' l-Ministru jgħid: 1. jekk ix-xogħol fuq il-proposti, li fit-tweġiba ngħad li kien għaddej xogħol fuqhom, jekk dan ix-xogħol tlestiex; u 2. x'kienet ir-raġuni li wasslet biex it-18-il applikazzjoni l-oħra ma jiġux approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tabella bl-informazzjoni mitluba li taġġorna anke l-informazzjoni li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7552 tinsab hawn taħt. F’konformita mal-programm ta’ xogħlijiet oriġinali, ix-xogħol fuq il-proġetti ta’ Ħal Safi, tas-Siġġiewi u ta’ Ħal Għagħur għadu għaddej. Mindu ngħatat it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7552, inbeda wkoll ix-xogħol ta’ restawr fuq in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu f’Raħal Ġdid, kif ukoll inħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar għar-restawr tal-Ħajt tal-Matla fl-Imqabba. Dawn il-proġetti kollha huma mistennija li jitlestew fl-ewwel xhur tal-2019. Intant, kif anke spejgat fil-linji gwida li nħarġu lill-Kunsilli Lokali mas-sejħa tal-appilkazzjoni, in-numru ta’ proġetti li jintgħażlu ta’ kull sena huwa impost minn numru ta’ proġetti li d-Direttorat tar-Restawr ikun jista’ jwettaq bir-riżorsi umani tiegħu. Kunsill Lokali ApplikazzjoniApprovedProgress tax-xogħol Il-Belt Valletta (Città Umilissima)44 Nicca Il-Birgu (Città Vittoriosa)Auberge de France L-Isla (Città Senglea)Mina tal-Porto Salvu Is-Siġġiewi (Città Ferdinand)Chapel dedicated to the beheading of St. JohnApprovedXogħol għaddej Iż-¯ejtun (Città Beland)Ċentru Għall-Arti u Artiġjanat, Triq San Girgor Ħ'AttardKappella ta' Sant' Anna, Triq il-Pjazetta FguraKnisja l-Qadima Ħal GħargħurSt. John the Baptist Chapel and adjoning sacristryApprovedXogħol għaddej Ħal GħaxaqStatue of St. Mary in Għaxaq Square Il-KalkaraSan Salvatore Chapel Ħal LuqaWayside Chapel, Parish Square MarsaxlokkTorri Vendome Il-MellieħaOld Manikata Church L-ImqabbaĦajt tal-MatlaApprovedInħareg il-permess Paola4 Nicec ApprovedInbeda x-xogħol PembrokePembroke Battery Ħal SafiParish Centre ApprovedXogħol għaddej San ĠiljanPalazzo Spinola (exterior) San ĠwannKappella tal-Għargħar San Pawl il-BaħarKnisja tal-ĦgejjegApprovedApplikazzjoni irtirata mill-KL Santa VeneraFormer Santa Venera Parish Church Is-SwieqiTa' Stronka Area, Madliena Fort Ta' XbiexMonument tar-Repubblika Ix-XgħajraIl-Batterija delle Grazie L-ImtarfaCoat of arms, Triq San David
Leg 13 PQ #7808 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2978, li kienet dwar ingaġġ ta’ Senior Principals, fejn mit-tweġiba għaliha jirriżulta li sal-15 ta Jannar 2018 kienu ġew ingaġġati 89 Senior Principals, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315 li mit-tweġiba għaliha jirriżulta, li sat-28 ta' Ottubru 2018 kienu ġew ingaġġati 80 Senior Principals, u peress li minn dawn it-tweġibiet jirriżulta li bejn Jannar u Ottubru tal-istess sena kien hemm differenza (tnaqqis) ta’ 9, meta wieħed kien jistenna li ta’ lanqas in-numru, jekk ma jiżdiedx, kellu jibqa’ l-istess, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-figura t-tajba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mill-ewwel 89 li ġew ingaġġati għall-grad ta’ Senior Principal fuq l-ordni tal-mertu tar-rizultat inħatru 80. Dan wara li numru ta’ kandidati, għal raġuni personali tagħhom għazlu li jirrifjutaw il-hatra, ohrajn għażlu li jibqgħu fuq l-ordni tal-mertu sal-validita tar-rizultat u iehor jinsab pendenti quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dwar dati, nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 7443.

Kunsilli Lokali – skema ta’ restawr maħruġa fl-2017

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul l-2017? Jista’ jgħid: a. liema mit-talbiet li saru fil-fatt ġew approvati; b. liema mill-proposti approvati fil-fatt saru; u c. liema kienu dawk li ma sarux u r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet sottomessi fl-2017 u lista oħra tal-applikazzjonijiet approvati għal dik is-sena. Intant, minn dawn fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq il-Kappella ddedikata lill-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista fis-Siġġiewi, il-Kappella ta’ San Ġwann Battista fil-Għargħur, u l-faċċata taċ-Ċentru Parrokjali ta’ Ħal Safi. Issa li nħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, fil-ġranet li ġejjin ser jinbeda wkoll x-xogħol ta’ restawr fuq in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu f’Raħal Ġdid. Hu mistenni wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin jinħareġ il-permess tal-istess Awtorità biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Ħajt tal-Matla fl-Imqabba. Intant, minkejja li kien magħżul mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni, il-proġett ta’ restawr fuq il-Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ f’San Pawl il-Baħar mhux ser jitwettaq peress li l-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità għażel li jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

Kunsilli Lokali – skemi ta’ restawr maħruġa fl-2018

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul din is-sena (2018)? Jista' jgħid liema kienu l-proposti u liema ġew approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-iskema għadha fi stadju ta’ evalwazzjoni. Inkun nista’ nagħti l-bqija tad-dettalji hekk kif l-iskema tiġi aġġudikata.
Leg 13 PQ #7554 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – intrapriżi privati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex? Tista' tgħid: a. kemm minnhom applikaw għall-miżura li ġiet introdotta fl-2018, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat; u b. kemm ġew impjegati ħaddiema taħt din il-miżura?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija (Kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex?) għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat. Sat-30 ta’ Ottubru 2018, kien hemm 14-il Employer fis-settur privat f’Għawdex li ssottometta applikazzjonijiet biex jipparteċipa fl-iskema Gozo Employment Refund Scheme, li ġiet introdotta fl-2018. Dan ifisser li sad-data imsemmija kien hemm 26 ħaddiem li ġew impjegati taħt din l-iskema.
Leg 13 PQ #7555 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġett ta’ farm sperimentali – faċilitajiet ġodda għal bdiewa u sajjieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u għas-sajjieda li ġew imwettqa fuq il-proġett tal-farm sperimentali ta' Għawdex, liema proġett kien tħabbar fil-baġit għas-sena 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 6983.
Leg 13 PQ #7443 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315, fejn saret talba biex jingħad kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals kif ukoll kemm hu n-numru ta' dawk li ġew ingaġġati, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post, u peress li fit-tweġiba ngħad biss kemm ġew ingaġġati f'kull post, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-informazzjoni l-oħra u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, it-tagħrif ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7315. Ninsab informat li l-ahhar dati li gew ingaġġati kienu hekk : Uffiċjal Eżekuttiv - Gunju 2018, Prinċipal - Novembru 2017 u Prinċipal Anżjan - Marzu 2018 Ninsab informat ukoll illi l-postijiet vakanti jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 13 PQ #7315 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)? Jista' jgħid ukoll: a. kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post; b. meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati; u c. il-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat li mill-aħħar eżamijiet li saru ġew ingaġġati 151 Uffiċjal Ezekuttiv, 179 Prinċipal u 80 Prinċipal Anżjan. L-ingaġġ sar skont l-ordni tal-mertu tar-riżultat.
Leg 13 PQ #7353 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Eco-Tax tat-turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu? Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.