Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — talbiet għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn l-2006 u l-2008 mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Għawdex: a) Kien hemm talbiet biex jimtlew postijiet tax-xogħol? b) Kemm persuni instabilhom xogħol? ċ) Kemm inqadu persuni jaħdmu b'mod illegali? d) Kemm ġew imħarrġa persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li minn Jannar 2006 sa Diċembru 2008 mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f’Għawdex kien hemm: a) 865 talbiet biex jimtlew postijiet tax-xogħol ( vacancies ), b) 272 persuni nstabilhom xogħol ( placements ), ċ) Minn Jannar 2006 sa Diċembru 2008, is-sezzjoni tal-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, għamlet 874 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol f’Għawdex, fejn ġew intervistati 1,835 persuna. Minn dawn, 389 kienu b’xi mod qed jaħdmu irregolarment, fosthom 14 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u jaħdmu. d) Kien hemm 1,869 persuni li bdew jattendu għal xi kors f’Ghawdex.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — unit li tintervjeni meta jsiru sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandhiex xi unit li tintervjeni meta jkun hemm sensji ta' numri kbar ta' ħaddiema? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' din il-unit?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li f’ każ li l- Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħrig tiġi nfurmata bis-sensji qabel isiru hija toffri dawn is- servizzi : - Tintervista lill- impjegati kkonċernati (ħafna drabi fuq il-post tax-xogħol bi ftehim mal- Management u jekk l- impjegati ssensjati jkunu għadhom fuq il-post tax-xogħol) - Tieħu d- dettalji tagħhom bħal kwalifiki, esperjenza, ħiliet u preferenzi għax-xogħol - Tirreġistra lil dawn il- persuni fuq it- tielet parti tar- reġistru - Tirreferihom għall-impjiegi alternattivi - Tirreferihom għal taħrig sabiex itejbu l- ħiliet tagħhom - Tirreferihom għal skemi li jista jkollha l- ETC minn żmien għal żmien - Tfissrilhom id-diversi servizzi tal-Korporazzjoni fosthom is-servizzi tal-website tal- ETC, is-servizzi tal-job centres u diversi servizzi u proċeduri oħra Informat ukoll li f’ każ li n-numru ta’ ħaddiema jkun sostanzjali jiġi wkoll organizzat 'one stop shop registration service' flimkien mad- Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.
Leg 11 PQ #6355 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Health Promotion Unit — kampanja edukattiva fuq bażi reġjonali

Question

Tista' l-Ministru tikkonsidra li f'sinerġija mal-Health Promotion Unit titnieda kampanja edukattiva fuq bażi reġjonali fuq kif wieħed jieħu ħsieb saħħtu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Health Promotion and Disease Prevention ilu jorganizza programmi u jieħu inizjattivi ġewwa Għawdex. Fost dawn wieħed jista' jsemmi inizjattivi li jittieħdu regolarment fl-iskejjel u postijiet oħra bħall-Kunsilli Lokali bil-għan li tiżdied l-awareness dwar is-saħħa. L-uffiċċju tal-Health Promotion f'Għawdex li jinsab fl-Isptar Ġenerali jikkordina dawn il-diversi inizjattivi.

Malta Enterprise — Market Entry and Internationalisation u Operations Management and Upgrade

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar erba' snin l-Malta Enterprise ivvutat flus għall-intraprizi Għawdxin taħt l-iskema l-Market Entry and Internationalisation u Operations Management and Upgrade? Kemm kien l-ammont li kopriet l-Unjoni Ewropea għall-istess għan taħt il-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt. Scheme No. of Gozo Beneficiaries Claimed Value (€) ERDF Contribution (58%) ERDF Operations Upgrade Grant Scheme 18 89,411.41 51,858.62 ERDF Market Entry Grant Scheme 3 7,011.41 4,066.62 Total 21 96,422.82 55,925.24
Leg 11 PQ #6622 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Fondi Soċjali Ewropew — ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema proġetti b'risq ir-riżorsi umani f'Għawdex ġew kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi Strutturali għal Malta? Tista' tgħid liema kienu ċ-ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi? Kemm kien in-numru ta' individwi li bbenefikaw minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu tal-programm li qiegħed jirreferi għalih.
Leg 11 PQ #6623 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru għat-Taħriġ Turistiku ġdid

Question

Peress li s-settur turistiku huwa element determinanti li jaffetwa l-andament tal-ekonomija f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont li bbenefika minnu l-bini taċ-Ċentru ġdid għat-taħriġ turistiku taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea? Tista' l-Ministru tgħid x'kien jirrikjedi ix-xogħol fuq dan iċ-ċentru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru. 6429, inżid ngħid li x-xogħol fuq dan iċ-Ċentru kien jikkonsisti fil-bini mill-ġdid taċ-ċentru u l-attreżżar tiegħu.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — skemi

Question

Peress li l-Korporazjoni għax-Xogħol u Taħriġ ħadmet numru ta' skemi biex tgħin lil dawk li jkunu qed iffitxu x-xogħol jidħlu fid-dinja tax-xogħol u dawn l-iskemi jinkludu skemi għaż-żgħażagħ, għan-nisa, għal persuni fuq l-età ta' 40 sena u għall-persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-iskemi kienu mħaddma f'Għawdex? Kemm persuni ġew imħarrġa f'kull skema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fl-aħħar sena finanzjarja tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (Ottubru 2007 – Dicembru 2008), kien hemm 4 skemi mħaddma f’Għawdex. F’dawn l-iskemi kien hemm dan l-ammont ta’ persuni li kienu mħarrġa: SKEMI NIES MĦARRĠA Gozo Employment Aid Programme 240 Job Experience Scheme 29 Work Start Scheme 1 Bridging the Gap 4
Leg 11 PQ #6348 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jorganizzaw attivitajiet kulturali u dan biex l-element kulturali u l-potenzjal turistiku tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin ikun inkoraġġut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond kif ġie imħabbar fid-diskors tal-baġit 2009, il-Gvern ħabbar policy għall-Kunsilli Lokali li permezz tagħħa ġew imnedija diversi skemi. Qed nirreferi għall-Policy dwar Lokalitajiet sostennibbli li fil-qafas tagħha ġew ivvotati aktar minn € 6.5 miljun. Għar-rigward ta’ skemi kulturali u turistiċi ġew imnedija l-iskema dwar Attivitajiet Kulturali f’Diċembru 2008, liema skema għalqet u li għaliha daħlu tmienja u tletin (38) applikazzjoni minn tletin (30) Kunsilli Lokali, kif ukoll l-iskema għall-Premju EDEN 2009 (European Destination of Excellence), maħruġa fi Frar 2009, li hi immirata biex tagħti rikonoxximent għall-karatteristiċi tad-diversità tad-destinazzjonijiet turistiċi.
Leg 11 PQ #6349 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — premises tal-poliklinika

Question

Peress li wieħed jinnota li l-premises tal-poliklinika ta' Għawdex m'għadhomx adegwati għad-domanda u għas-servizzi li joffru, tista' l-Ministru tikkonsidra li jinstab premises li huwa iktar kompatibbli mas-servizzi li jingħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-servizzi offruti fil-preżent fil-poliklinika ta' Għawdex huma servizzi tajbin, pero' il-Ministeru għal Għawdex mhux qed jiskludi li 'l quddiem jinstab premises ieħor.

Għawdex — intrapriżi - fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-intrapriżi f'Għawdex li fis-snin 2007 u 2008 flimkien mal-Malta Enterprise ingħataw assistenza finanzjarja taħt il-fondi tal-Unjoni Ewropea għan-negozji żgħar u self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-snin 2007 u 2008 intrapriża waħda Għawdxija ingħatat assistenza finanzjarja taħt l-iskema “ERDF Eco-Innovation Actions Grant Scheme” ikkofinanzjata minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Din l-intrapriża bbenefikat minn €31,088. Fis-snin 2005 u 2006, wieħed u għoxrin intrapriżi Għawdxin ibbenefikaw minn €96,422 taħt l-iskemi “ERDF Market Entry Grant Scheme” u “ERDF Operations Upgrade Grant Scheme” ikkofinanzjati minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għawdex — remote gaming

Question

Peress li settur ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu qed jinħolqu aktar impjiegi f'Malta hu dak tal-logħob permezz tal-internet, jista' l-Ministru jintervjeni biex xi operaturi internazzjonali tar-remote gaming jiġu mħajra jinvestu f'Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — tħaddim tas-servizzi finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex ikompli jsir magħruf il-qafas li għandha Malta għat-tħaddim tas-servizzi finanzjarji ma' operaturi internazzjonali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji hija responsabbli mill-iżvilupp tal-qafas legali u regolatorju għat-tħaddim tas-servizzi finanzjari. F’dan ir-rigward l-Awtorita’ tħaddan strateġija ta’ komunikazzjoni li, tiffoka fost oħrajn, fuq l-operaturi internazzjonali. Din hija intiża biex tgħin kemm fl-iżvilupp ta’ dan il-qafas skont il-ħtiġijiet tas-suq, kif ukoll fil-komunikazzjoni tal-qafas innifsu u tal-iżviluppi li qed isiru kontinwament fi ħdanu. Din l-istrateġija titħaddem permezz ta’ seminars u laqgħat oħra ta’ natura informattiva u teknika mal-operaturi konċernati, kif ukoll ma’ membri tal-media speċjalizzata. Fost għodda oħra li jintużaw hemm pubblikazzjonijiet apposta, website fejn wieħed jista’ jsib informazzjoni dettaljata jew jistaqsi għal informazzjoni speċifika u newsletter publikata u ċirkolata kull xahar. Id-domanda parlamentari qiegħda tistaqsi speċifikament fuq l-MFSA imma tajjeb li wieħed jiftakar ukoll ir-rwol ta’ Finance Malta li huwa aktar iffokat fuq ir-reklamar u l-promozzjoni tal-aspetti ġenerali ta’ Malta bħala ċentru finanzjaru.
Leg 11 PQ #6341 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo College — unit partikolari għal ħidma fuq opportunitajiet

Question

Tista' l-Ministru tikkonsidra li l-Gozo College ikollu unit partikolari fi ħdanu li tkun taħdem fuq opportunitajiet li jista' jibbenefika minnhom il-kulleġġ permezz ta' programmi tal-Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Is-suġġeriment tal-Onorevoli Nterpellant qiegħed jiġi kkunsidrat.
Leg 11 PQ #6342 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — tagħmir ġdid tas-saħħa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'investiment f'tagħmir ġdid tas-saħħa hemm maħsub għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tagħmir ġdid tas-saħħa li hemm maħsub għall-isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6343 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — proġetti għall-futur

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'hemm proġettat għall-futur biex Għawdex jkompli jiġi reklamat bħala destinazzjoni turistika distinta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Li Għawdex hu rikonoxxut bħala destinazzjoni distinta hu riżultat ta’ kif ħdimna matul l-aħħar snin ma’ l-istakeholders involuti fis-settur turistiku f’Għawdex, biex jintlaħaq dan il-għan. Għalhekk hija l-intenzjoni tagħna, li kif għamilna fis-snin li għaddew ser inkomplu nagħmlu dak kollu possibbli biex nagħtu distinzjoni lil destinazzjoni Għawdex. Ta’ min isemmi li r-reklamar tas-settur turistiku, inkluż dak relatat mal-gżira ta’ Għawdex, jaqa taħt ir-responsabilita’ ta’ l-awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Din l-Awtorita’ tinkopora fi ħdana t-taqsima li twaqqfet speċifikament biex tirreklama u tikkoordina l-ħidma b’risq is-settur turistiku f’Għawdex. Il-funzjoni ta’ din it-taqsima hija integrata f’dik li hi l-istrateġija pubbliċitarja ta’ l-MTA anke fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali attwali. Il-Ministeru għal Għawdex, kif għamel f’dawn l-aħħar snin, ser ikompli jagħti għajnuna lil dan is-settur anke permezz ta’ finanzjament biex tagħmel possibbli l-preżenza ta’ rappreżentanti tal-GTA f’fieri internazzjonali ewlenin tat-turiżmu. Ser inkomplu naħdmu u nagħtu l-appoġġ biex jiġu organizzati attivitajiet li jkollhom potenzjal li jattiraw numru mdaqqas ta’ turisti kemm barranin kif ukoll Maltin, speċjalment fix-xhur anqas popolari. Dawn l-attivitajiet qegħdin ikunu strumentali biex jesponu l-karattru distint Għawdxi u għalhekk huma wkoll mezz li fl-istess waqt jirreklamaw lil gżira. Fuq kollox ser inkomplu nikkunsidraw mezzi oħra li bihom Għawdex jista' jibqa jiġi rreklamat b'mod distint bħal ma għamilna s'issa.
Leg 11 PQ #6344 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — miri soċjoloġiċi u ekoloġiċi

Question

Ilkoll konvinti li Għawdex għandu l-karatteristiċi soċjoloġiċi u ekoloġiċi tiegħu li għandhom bżonn ikunu mħarsa fid-dimensjoni fiżika tagħhom kif ukoll f'dik umana, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'inhu jwettaq il-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li għaddej bil-ħidma tiegħu biex jara li l-programm tal-Gvern fħal Għawdex għal din il-Leġistura fitwettaq, qed jassigura li d-dimensjoni u r-realtajiet ta' Għawdex ikunu indirizzati kif xieraq kemm fl-istrateġija, dif ukoll fil-ħidma ordinarja tal-Gvern.

Għawdex — Free Permit Zones

Question

Peress li l-intrapriżi ż-żgħar jibqgħu ċ-ċavetta għas-suċċess ekonomiku ta' Għawdex u potenzjal kbir għall-ħolqien ta' iktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess, jista' l-Ministru jikkonsidra l-introduzzjoni ta' Free Permit Zones li jkunu kumplimentati b'linjin gwida għall-ħolqien ta' intrapriżi ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Employment Barometer u Vacancy Monitor

Question

Peress li qed issir ħidma kontinwa biex ikunu antiċipati l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u permezz tal-Employement Barometer u l-Vacancy Monitor ikunu jistgħu jiġu identifikati l-oqsma tax-xogħol li qed ikun hemm l-aktar domanda fihom, jista' l-Ministru jgħid xi bżonnijiet tas-suq tax-xogħol huma antiċipati għal Għawdex? Jista' jgħid x'xogħlijiet qed ikunu identifikati, fil-preżent, li hemm domanda għalihom f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul is-sena, l-ETC tkun impenjata b’ħidma kontinwa mal-operaturi tas-suq tax-xogħol f’Għawdex. B’mod mill-iktar dirett, l-ETC niediet inizzjattivi speċifiċi immirati biex tiġi intensifikata il-ħidma tagħha fis-suq tax-xogħol. Fost dawn l-attivitajiet ġew organizzati: · Seminar għall-Employers bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Business Chamber – April 2008 · Laqgħat mal-Bord tal-Gozo Tourism Association – Mejju 2008 · Fiera tal-Impiegi għal-operaturi fis-settur tal-Ospitalita’ – Ġunju 2008 Informat ukoll li l-ETC hija f’kuntatt dirett u fuq bażi individwali mal-operaturi tas-settur permezz ta’ żjarat u laqgħat kontinwi man-nies tan-negozju. Tali kuntatt jikkreja sens ta’fiduċja fl-operat tal-ETC, fiduċja li intweriet fil-livell ta’ parteċipazzjoni tan-nies tan-negozju flid-diversi Employment Schemes li ġew offruti matul is-sena b'mod partikolari il- Gozo Employment Aid Scheme , fejn xejn inqas minn 94 Employer ħadu sehem fiha. Parteċipazzjoni li ikkrejat 264 post tax-xogħol ġdid, fejn fosthom ġew ingaġġati 97 persuni li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru.
Leg 11 PQ #6335 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Kunsilli lokali - devoluzzjoni tal-proprjetà pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil-Kamra kemm-il devoluzzjoni tal-proprjetà pubblika ingħataw lill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ingħataw lill-kunsilli lokali f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi id-devoluzzjonijiet ta’ proprjetà li saru lill-Kunsilli Lokali mit-twaqqif tagħhom sallum.

Industrial Garages — area allokata

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proċess dwar l-industrial garages li huwa ppjanat li jsir f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hu stmat li jiġu allokati garages fl-area magħżula għal dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-process għadu fl-istadju ta’ permessi mill-MEPA, fil-fatt, qed jistenna li jgħaddi mil-board ta’ DCC. Dan ifisser li qiegħed fi stat avvanzat ħafna li joħroġ il-permess. Huwa smat li ser jiġu allokati erbgħin garage.