Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7867 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta u Għawdex — prodott turistiku - fondi għar-riżorsi umani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti, kemm b'fondi nazzjonali u fondi Ewropej, hemm maħsub bħala viżjoni fit-tul fuq il-prodott turistiku kemm f'Malta u f'Għawdex fl-aspett tar-riżorsi umani u dan sabiex nibqgħu niffukaw fuq il-ħtieġa li Malta u Għawdex ikunu dejjem aktar destinazzjonijiet li joffru valur tajjeb għall-flus li jħallsu t-turisti biex jiġu fostna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Taqsima għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani fl-Industrija fi ħdan l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, tinvesti fi proġetti ta’ taħriġ u motivazzjoni ta’ nies li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu, u biex tattira persuni sabiex jagħżlu l-industrija tat-turiżmu bħala karriera b’bosta prospetti. Dan isir bi proġetti u attivitajiet varji f'Malta u f'Għawdex fl-oqsma ta’ Taħriġ u Żvilupp tar-Riżorsi Umani, u l-Promozzjoni ta’ l-Impjiegi fit-Turiżmu u l-Edukazzjoni bħal: 1. Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea I. FSE 7 – Tourism and Support Services Training Programmes (Merħba); II. FSE 2.11 – Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism ; III. Applikazzjoni għall-Proġett mill-FSE ‘Retaining and Attracting People within Tourism through Diversity Management’ 2. Proġetti ffinanzjati b'fondi nazzjonali I. Seminars u Workshops II. Tourism In-Service Programme għall-għalliema; III. Il-programm CHOICE ; IV. ‘L-Impjegati’ – Documentary style TV series ; Tourism Career Week f’Għawdex
Leg 11 PQ #8069 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra u jgħid kemm saru devoluzzjoni ta' proprjetà lill-kunsilli lokali f'Għawdex, kull proprjetà devoluta għaliex qed tintuża u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' kunsilli lokali minn Għawdex għal devoluzzjoni ta' proprjetà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7686, dwar it-3 shared ownership (San Lawrenz Għawdex) li ħarġet f'Novembru 2007 mill-Awtorità tad-Djar, fejn qed jingħad li 15-il applikazzjoni ġew allokati post, 13 kienu eliġibbli u minn dawn finalment 7 għadhom interessati, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn is-7 ġew allokati flats, kemm ġew allokati penthouses u kemm maisonettes?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li s-seba’ applikazzjonijiet li s’issa għadhom interessati li jiġu allokati post f’San Lawrenz kienu ippreferew dawn il-postijiet: Maisonettes 3 Penthouse 4.

Għawdex -proġetti mgħejjuna minn National Lotteries Good Causes

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna minn National Lotteries Good Causes Fund f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu proġetti taħt kategoriji soċjali, kulturali, edukazzjonali, sportivi, reliġjużi u filantropiċi? Jista' jgħid is-somma li ngħata kull proġett?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7866 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — inivzjattivi għal konferenzi

Question

Settur turistiku li Għawdex jista' jgawdi minnu huwa s-suq tal-konferenzi. Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-unit tal-konferenzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, biex konferenzi, b'mod partikolari dawk ta' daqs żgħir u medju, ikunu jistgħu jsiru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7867 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta u Għawdex — prodott turistiku - fondi għar-riżorsi umani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti, kemm b'fondi nazzjonali u fondi Ewropej, hemm maħsub bħala viżjoni fit-tul fuq il-prodott turistiku kemm f'Malta u f'Għawdex fl-aspett tar-riżorsi umani u dan sabiex nibqgħu niffukaw fuq il-ħtieġa li Malta u Għawdex ikunu dejjem aktar destinazzjonijiet li joffru valur tajjeb għall-flus li jħallsu t-turisti biex jiġu fostna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5903 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — toroq bit-tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali f'Għawdex (wieħed wieħed) għamel toroq bit-tarmac f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5903, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7271 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema għal Proġetti Turistiċi — fondi strutturali ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6340 li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-€10 miljun li ġew allokati għall-Iskema għal Proġetti Turstiċi minn fondi strutturali Ewropej hux se jibbenifikaw minnhom operaturi turistiċi Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-operaturi li jistgħu jibbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Operaturi turistiċi Għawdxin jistgħu japplikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema. L-operaturi li jistgħu jibbenefikaw iridu jkunu intrapriżi. Iktar informazzjoni dwar l-iskema tinstab fuq www.tourismschemes.gov.mt

Għawdex — San Lawrenz - applikazzjonijiet għal flats u penthouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu saru applikazzjonijiet għal flats u penthouses f'San Lawrenz Għawdex, liema sejħa ħarġet fil-15 ta' Novembru, 2007? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu għal flats u kemm kienu għal penthouses? Jekk sar l-proċess tal-għażla, kemm min dawn kienu eliġibbli?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li fil-Ħarga 3 Shared Ownership li ħarget f’Novembru 2007, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 19-il applikazzjoni għall-postijiet ġewwa San Lawrenz Għawdex. L-applikanti kellhom il-possibilita’ li fl-għażla tagħhom jinkludu kemm flats, penthouses kif ukoll maisonettes. Għalhekk, bosta applikazzjonijiet kellhom għażliet għal tipi differenti ta’ postijiet. 15-il applikazzjoni ġew allokati post, 13 kienu eligibbli u minn dawn finalment 7 għadhom interessati.
Leg 11 PQ #7700 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern ta' Malta u Union Ħaddiema Magħqudin — ftehim fuq ħaddiema ta' Posta Ltd/Maltapost

Question

Fis-6 ta’ Diċembru 2007, kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern ta’ Matla u l-Union Ħaddiema Magħqudin li bih ġiet irregolata l-pożizzjoni tal-ex ħaddiema ta’ Posta Ltd/Maltapost li għażlu li jibqgħu jaħdmu fis-settur pubbliku. Dawn kienu ikklassifikati fi tliet sezzjonijiet skond it-tluq tagħhom minn Posta Ltd/Maltapost, jiġifieri dawk li telqu fis-sena 2003 u wara, dawk li telqu wara li ġiet privatizzata l-Maltapost u finalment dawk li telqu bejn 1999 u 2002. Minn dawn, f’Awwissu u Diċembru 2008, żewġ sezzjonijiet, jiġifieri dawk li telqu fit-2003 u l-oħrajn li telqu mal-privatizzazzjoni tal- Maltapost , kellhom il-pożizzjoni tagħhom regolata skond dan il-ftehim. Dawn ħadu l-aġġustament tas-salarji rispettivi tagħhom flimkien ma’ kull arretrati relatati. Baqa’ biss it-terz l-ieħor tal-ħaddiema li għadhom jistennew li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolata skond il-ftehim milħuq. Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal minn dawn il-ħaddiema, u kemm minnhom diġà rtiraw mix-xogħol? Jista’ jgħid għaliex dan id-dewmien sabiex jiġi onorat il-ftehim kollu u meta hemm il-ħsieb li dawn il-ħaddiema jieħdu dak li hu tagħhom skond il-ftehim milħuq u b’hekk ukoll tiġi regolata l-pożizzjoni tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn dawk l-uffiċjali pubbliċi li ġew lura bejn 1995 u 2002 minn Posta Ltd/Maltapost li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, għad fadal 241 li għadhom fis-servizz waqt li s’issa laħqu irtiraw 25, 26 għaddew Bord Mediku, filwaqt li 7 telqu mis-servizz għal raġunijiet oħra. Rigward il-punt imqajjem sabiex jiġi onorat il-ftehim anki għal dawn l-uffiċjali bħal ma sar għal dawk l-uffiċjali l-oħra li telqu minn Posta Ltd/Maltapost minn 1999 ’l hawn, qed isiru bħalissa taħditiet bejn il-partijiet kollha nvoluti, inkluz l-union pertinenti, sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa ħalli l-uffiċjali nvoluti jkunu jistgħu wkoll jibbenefikaw skond il-ftehim milħuq mill-union.
Leg 11 PQ #7495 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Fondi Soċjali Ewropew — ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6622 li fir-risposta ngħatat fis-Seduta 95 ġejt mitlub nispeċifika l-perijodu tal-programm li qiegħed nirreferi għalih, tista' l-Ministru tgħid, f'dawn l-aħħar tlett snin, liema proġetti b'risq ir-riżorsi umani f'Għawdex ġew ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi Strutturali għal Malta? Tista' tgħid ukoll liema kienu ċ-ċentri li bbenefikaw minn dawn il-fondi? Kemm kien in-numru ta' individwi li bbenefikaw minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar tlett snin erba' proġetti b'risq ir-riżorsi umani ġew ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi strutturali għal Malta (2004-2006). Dawn huma ESF 27-ETC Courses and schemes, ESF 28-Crafts Courses for sustainable Careers in Gozo, ESF 29-University of Malta Gozo Centre Courses u ESF 35-Training Courses to Enhance the Employability of the Workforce in Gozo. Iċ-Ċentru tal-Impjiegi u t-Taħriġ, iċ-Ċentru tal-Universita' f'Għawdex u dak tal-Arti u Artiġġjanat kollha bbenifikaw bl' akwist ta' tagħmir ġdid li għen biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-korsijiet. In-numru ta' individwi li bbenifikaw minn dawn il-korsijiet huwa ta' 797.

Gozo Discovery Bus

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 6676 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid: Peress li skont survey ibbazat fuq l-opinjoni ta' dawk li għamlu użu mill-Gozo Discovery Bus is-sena l-oħra jirriżulta li l-proġett kien suċċess? Tista' l-Ministru tgħid jekk din is-sena hux se jerġa' jiġi introdott dan is-servizz? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gozo Discovery Bus kienet ġiet organizzata bi prova għal tliet ġimgħat bejn is-16 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awwissu fuq sistema ta’ hop-on, hop-off’. Dan is-servizz kien jifforma parti mill-Interreg III B, Archimed Programme, proġett tal-Unjoni Ewropea, li kien jiffoka fuq it-turiżmu sostenibbli fil-Mediterran u li kien ukoll proġett ta’ darba. Dan is-servizz kien suċċess u kien ġie użat minn 1126 ruħ, kif jidher hawn taħt: Turisti Barranin: 915 Viżitaturi Maltin: 176 Residenti Għawdxin: 35 TOTAL: 1126
Leg 11 PQ #7271 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema għal Proġetti Turistiċi — fondi strutturali ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6340 li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-€10 miljun li ġew allokati għall-Iskema għal Proġetti Turstiċi minn fondi strutturali Ewropej hux se jibbenifikaw minnhom operaturi turistiċi Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-operaturi li jistgħu jibbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Titjib fl-Ipproċessar u l-Marketing tal-Prodotti Agrikoli — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta' proġetti f'Għawdex li ngħataw għajnuna taħt il-miżura Titjib fl-Ipproċessar u l-Marketing tal-Prodotti Agrikoli tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid min kienu dawn il-kumpanniji u l-ammont ta' għajnuna li ħadu kull wieħed matul l-aħħar erba' snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba hija skond kif ġej: Kumpanija Għajnuna L-ewwel sejħa (2004) Cottage Products Ltd (Olive/Lemon Press) €93,115.78 Magro Brothers Ltd. (Tomato Processor) €116,468.67 It-tieni sejħa (2005) FarmFresh Ltd – (Cheeslets) €116,468.67 Gozitano – (Potatoes) €70,680.17 Magro Brothers Ltd (Tomato Processor) €116,468.67 Cottage Products Ltd.– (Jam) €37,284.81 Spiteri Enterprises Ltd. – (Wine) €116,468.67 It-tielet sejħa (2008) Magro Brothers Ltd.- (Tomato Processor) €125,000 Ta’ Mena Agri Ltd. – (Wine) €125,000

Programm ta' Fondi Strutturali — bdiewa u raħħala li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa u raħħala Għawdxin li bbenefikaw mill-Programm ta' Fondi Strutturali taħt il-miżura għal Investiment fi Strutturi Agrikoli f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-bdiewa u raħħala u l-ammont ta' għajnuna li ħadu kull wieħed?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6626 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Għawdex bħala destinazzjoni distinta turistika

Question

Peress li huwa rikonnoxut li Għawdex huwa destinazzjoni distinta u għaldaqstant dan it-twemmin irid ikun imsaħħaħ bi strutturi maħsuba li jippromowovu u jippromwovu u jpoġġu lil Għawdex bħala gżira u destinazzjoni differenti, fuq il-merti u l-karatteristiċi uniċi tagħha, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jintlaħaq dan il-għan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-MTA għandha Gozo Unit li jopera bl-għan ewlieni li jippromwovi ’l Għawdex. Dan il-Unit għandu budget għalih u jikkordina l-interessi t’Għawdex kemm mas-Segment Teams kif ukoll man-network ta’ uffiċini li jinsabu barra minn Malta. Il-Unit iniedi kampanji speċjalizzati ta’ pubbliċità għal Għawdex, jattira u jospita press visits dedikati għal Għawdex, jagħti għajniuna lill-operaturi ġodda biex jibdew jibagħtu t-turisti lejn Għawdex, jipparteċipa f’fieri internazzjonali f’isem Għawdex, kif ukoll iniedi inizjattivi sabiex jinbena database elettroniku ta’ klijenti prospettivi li jistgħu jiġu milħuqa permezz ta’ materjal promozzjonali elettroniku. Il-Unit jaħdem ukoll mal-istakeholders kollha fl-industrija turistika Għawdxija permezz ta’ kuntatti kontinwi mal-Gozo Tourism Association, kif ukoll jassisti f’inizjattivi mmirati sabiex ikattru t-turiżmu domestiku lejn il-Gżira Għawdxija.

Gozo Discovery Bus

Question

Peress li skont survey ibbazat fuq l-opinjoni ta' dawk li għamlu użu mill-Gozo Discovery Bus is-sena l-oħra jirriżulta li l-proġett kien suċċess? Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux se jerġa' jiġi introdott dan is-servizz? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-Gozo Discovery Bus kien proġett tal-Foundation for International Studies tal-Universita' ta' Malta. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — San Lawrenz - applikazzjonijiet għal flats u penthouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tal-applikazzjonijiet li ħarġu fil-15 ta' Novembru, 2007 għal flats u penthouses fir-raħal ta' San Lawrenz f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kien hemm biss seba’ applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet. Il-proġett kien ser ikopri ferm iktar appartamenti. Minħabba id-domanda ferm żgħira li kien hemm, l-Awtorita’ qed taħdem fuq pjan ta’ kif tista’ takkomoda it-talba ta’ l-applikanti filwaqt li l-Awtorita’ ma tidħolx fi spejjes ta’ bini ta’ appartamenti li m’hemmx domanda għalihom.

Servizz ġdid ta' trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6232 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-introduzzjoni ta' servizz ġdid ta' trasport bejn il-Gvern u l-kumpannija Gozo Channel li jgħaqqad l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li użaw dan is-servizz xahar b'xahar minn meta beda dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2061.

Għawdex — Free Permit Zones

Question

Peress li l-intrapriżi ż-żgħar jibqgħu ċ-ċavetta għas-suċċess ekonomiku ta' Għawdex u potenzjal kbir għall-ħolqien ta' iktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess, jista' l-Ministru jikkonsidra l-introduzzjoni ta' Free Permit Zones li jkunu kumplimentati b'linjin gwida għall-ħolqien ta' intrapriżi ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu, u jispeċifika x’qed jifhem eżattament b’free permit zones.