Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10287 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — enerġija alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar xi proġetti huma maħsuba għal Għawdex għall-enerġija alternattiva li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ambjent u biex jitwettqu proposti li jkunu żgur vantaġġjużi fil-fehma għall-Għawdxin infushom f'dan il-qasam?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex se jkabbar is-sistema ta' pannelli fotovoltajċi tiegħu permezz tal-fondi ffrankati mill-kont tad-dawl permezz ta' din is-sistema stess. Jiena nfurmata wkoll li bħalissa għaddejjin preparazzjonijiet preliminari dwar numru ta' inizjattivi f'dan il-qasam.
Leg 11 PQ #10288 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Saħħa u kura Medika — anzjani

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'inhu maħsub li jsir biex jissaħħu s-servizzi tas-saħħa u l-kura medika, b'servizzi ġodda maħsuba b'mod speċjali fil-qasam tal-anzjani f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-residenti taż-żewġ swali, dawk tan-nisa u dawk tal-irġiel ġewwa l-Isptar t'Għawdex qegħdin jingħataw kull servizz li jkollhom bżonn kemm fuq bażi medika kif ukoll fuq dik soċjali. It-tabib jinvistahom kuljum u anke hemm speċjalista li jdurhom minn żmien għal żmien. Is-servizzi jinkludu dawk ta' physiotherapist, occupational therapist, hairdresser, dentist u anke social worker. Barra minn hekk, nieħdu ħsiebhom anke fuq livell soċjali u jiġu organizzati attivitajiet kemm ġewwa l-isptar stess kif ukoll barra mill-isptar.
Leg 11 PQ #10289 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — sistema amministrattiva

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'inhu maħsub li jsir fil-futur biex tissaħaħ is-sistema amministrattiva tal-gżira t'Għawdex biex din tkun tirrifletti verament id-dimensjoni u l-ħtiġijiet reġjonali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji għar-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex. Dan ir-ristrutturar huwa ntiż biex isaħħaħ is-sistema amministrattiva tal-gżira Għawdxija biex fost l-oħrajn din tkun tirrefletti l-ħtiġijiet reġjonali t'Għawdex illum.
Leg 11 PQ #10290 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Good Causes Fund — turiżmu

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif jekk l-Gvern qattx alloka fondi mill-Good Causes Fund bħala inċentiv biex jiġu organizzati attivitajiet li jiġbdu t-turiżmu lejn Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm kien dan l-ammont?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10291 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

skemi għall-iżvilupp tar-riżorsi umani

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif kemm persuni u kumpanniji f'Għawdex gawdew minn skemi għall-iżvilupp tar-riżorsi umani bħalma huma l-iskema tal-gradwati, l-iskema għall-ħolqien ta' negozju ġdid u l-iskema għall-introduzzjoni tal-informatika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija dik li tidher hawn taħt: Activity 1: Graduate Scheme 7 parteċipanti Activity 2: Support Small Business Scheme 5 parteċipanti Activity 3: Foster Entrepreneurship Scheme 14 parteċipanti Activity 4: Customer Service Courses 125 parteċipanti.
Leg 11 PQ #10292 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Meusac — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm kunsilli lokali minn Għawdex li talbu li jkollhom laqgħat mal-MEUSAC dwar inizjattivi biex jieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid liema kienu dawn il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — remote gaming

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6351 u cioè: Peress li settur ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu qed jinħolqu aktar impjiegi f'Malta hu dak tal-logħob permezz tal-internet, jista' l-Ministru jintervjeni biex xi operaturi internazzjonali tar-remote gaming jiġu mħajra jinvestu f'Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ma jiġix involut direttament jew indirettament fil-liċenzjar tal-logħob permezz tal-internet. Dan hu speċifikament ir-rwol tal-Awtorita’ għal-Lotteriji u Logħob. L-Awtorita’ għandha kriterji speċifiċi u oġġettivi miktubin fir-regolamenti sabiex tagħti liċenzji lill-operaturi, iżda finalment huwa s-suq li jidditermina l-fatturi l-oħrajn, fosthom fejn l-investituri jiddeċiedu li jagħmlu isir l-investiment. Huwa l-qafas regolatorju u fiskali ġenerali li qed jattira din l-industrija lejn pajjiżna u l-gvern ma jagħti l-ebda għajnuna jew inċentivi marbutin ma’ re-allokazzjoni u minn naħa l-oħra l-gvern jibqa’ jagħmel l-almu tiegħu biex jipromwovi lil Għawdex f’dan is-settur ukoll.

Għawdex – Applikazzjonijiet għal kiri ta postijiet

Question

Jista’ l-Ministrui jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex għal kiri ta’ postijiet bħala akkomodazzjoni alternattiva? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-data tal-applikazzjoni li l-aktar ilha tistenna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9536 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - Diretturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kienu l-uffiċjali kollha li qdew il-funzjoni ta’ Direttur Reġistru Pubbliku (Għawdex), jew aġenti diretturi mis-sena 1980 sal-ġurnata tal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-funzjoni tad-Direttur Reġistru Pubbliku (Għawdex) qatt ma kienet taqa diretament taħt il-Ministeru għal Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpelant, jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru Konċernat.

Ċirkewwa — helipad

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-applikazzjoni li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-bini ta' terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa, ġiex ikkunsidrat li jinbena helipad għaliex fejn ikun hemm il-bżonn ta' dan is-servizz, għalkemm l-istanzi naqsu ħafna minn meta daħlu fis-servizz il-vapuri il-ġodda, din il-helipad tkun ta' vantaġġ f'każ li l-vapur ma jkunx qed jaħdem minħabba maltemp għaliex b'hekk id-distanza tkun iqsar milli kieku helicopter jitlaq mill-ajruport internazzjonali b'vantaġġ ta' inqas ħela ta' fuel u ħin f'ċirkustanzi bħal dawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9066 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix post ta' Direttur fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm ilu vakanti dan il-post? Tista' tagħti l-ismijiet tad-diretturi li xi darba kienu f'dan il-post?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma jeżisti l-ebda post vakanti ta’ Direttur Reġistru Pubbliku (Għawdex).

Tnaqqis tal-Livell ta' CO2

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6017 u cioè: Peress li Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li wieħed minn dawn it-targets li Malta għandha hu dak li sal-2020, 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa billi nużaw teknoloġiji ta' enerġija alternattiva mix-xemx jew riħ, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta biex tilħaq din il-mira?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6018 u cioè: Peress li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li dawn it-targets jirrigwardaw is-setturi bħat-trasport, agrikoltura u skart, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Programm ta' Fondi Strutturali — bdiewa u raħħala li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6625 u jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa u raħħala Għawdxin li bbenefikaw mill-Programm ta' Fondi Strutturali taħt il-miżura għal Investiment fi Strutturi Agrikoli f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-bdiewa u raħħala u l-ammont ta' għajnuna li ħadu kull wieħed?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — remote gaming

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6351 u cioè: Peress li settur ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu qed jinħolqu aktar impjiegi f'Malta hu dak tal-logħob permezz tal-internet, jista' l-Ministru jintervjeni biex xi operaturi internazzjonali tar-remote gaming jiġu mħajra jinvestu f'Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Servizzi għat-tfal b'diżabilità intelletwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5853 u jgħid kemm hemm tfal b'diżabilità intelletwali bħalissa li qed jużaw is-servizz taċ-child development and assessments unit (CDAU)? Kif huma mqassma skond l-età, subien u bniet? Liema huma s-servizzi li ngħataw lil dawn it-tfal? Kemm minnhom huma minn Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8469 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenzi f'Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7866 li kienet tirrigwarda inizjattivi għal konferenzi f'Għawdex u fejn intqal li għadu kemm ġie pubblikat "Gozo Mini Guide" li jinkludi informazzjoni ġenerali u speċifiku għas-settur tal-konferenzi u inċentivi, jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub mill-Onor Interpellant.

Għawdex -proġetti mgħejjuna minn National Lotteries Good Causes

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna min-National Lotteries Good Causes Fund f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu proġetti taħt kategoriji soċjali, kulturali, edukazzjonali, sportivi, reliġjużi u filantropiċi? Jista' jgħid is-somma li ngħata kull proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #8069 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra u jgħid kemm saru devoluzzjoni ta' proprjetà lill-kunsilli lokali f'Għawdex, kull proprjetà devoluta għaliex qed tintuża u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' kunsilli lokali minn Għawdex għal devoluzzjoni ta' proprjetà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi d-devoluzzjonijiet ta’ propjetà li saru lill-Kunsilli Lokali f’Għawdex u għalxiex dawn qed jintużaw, u lista li turi l-applikazzjonijiet minn Kunsilli Lokali f’Għawdex li għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #7866 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — inivzjattivi għal konferenzi

Question

Settur turistiku li Għawdex jista' jgawdi minnu huwa s-suq tal-konferenzi. Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-unit tal-konferenzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, biex konferenzi b'mod partikolari dawk ta' daqs żgħir u medju ikunu jistgħu jsiru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kemm il-unit tal-konferenzi u inċentivi, kif ukoll il-unit dedikat għal promozzjoni ta’ Għawdex, jaħdmu id f’id, biex joħolqu sinerġiji fil-ħidma tagħhom, li minnhom tista’ tgawdi l-gżira t’Għawdex. Għadu kemm ġie ppubblikat ‘GOZO Mini Guide ’ li jinkludi informazzjoni ġenerali u speċifika għas-settur tal-konferenzi u inċentivi. Dan il- Guide Book ser jitqassam għall-ewwel darba mal-pubblikazzjoni Ingliża CIT Travel , fl-akbar fiera tal-Konferenzi u Inċentivi, IMEX li ser tinżamm fi Frankfurt, il-Ġermanja bejn is-26 u d-29 ta’ Mejju. Barra minn hekk, 1000 kopja oħra ser jingħataw lil MTA, biex jintużaw fil-promozzjoni kontinwa ta’ Għawdex li ssir mill-uffiċċji tal-MTA diffużi madwar l-Ewropa. Numru ta’ ġurnalisti jiġu mistiedna mill-MTA biex iżuru l-gżejjer Maltin, bħala parti mill-ftehim li lħaqna, meta nnegozzjajna il- Joint MICE Advertising Campaign għas-sena 2009. Din il-kampanja pubbliċitarja hija ffinanzjata kemm mill-MTA u minn numru ta’ lukandi 5 Star , u r-riklami jidhru fis-swieq prinċipali għall-gżejjer Maltin, li huma l-Italja, l-Ingilterra, l-Ġermanja, Franza, l-Belġju u l-Olanda. Allavolja l-ebda lukanda Għawdxija 5 Star ma aċċettat li tikkontribwixxi finanzjarjament għal din l-inizjattiva ta’ reklamar, xorta qed tingħata importanza lill-gżira Għawdxija fl- advertorials u l- editorials, li ġibna bħala parti mill-pakkett. F’dawn l-artikli u fil-laqgħat mal-ġurnalisti, din il-gżira hija ppreżentata kemm: - bħala destinazzjoni distinta għall-konferenza ta’ daqs żgħir u medju, speċjalment għal laqgħat ta’ livell għoli, bħal Executive Board meetings ta’ kumpaniji kummerċjali internazzjonali, - kif ukoll, bħala estensjoni għal programmi li jiġu organizzati ġewwa lukandi jew swali tal-konferenzi f’Malta. Barra minn hekk, l-MTA toffri għajnuna finanzjarja lill-aġenti speċjalizzati f’dan is-settur, meta dawn jorganizzaw żjara edukattiva għal numru ta’ aġenziji u kumpaniji kummerċjali, biex iħajruhom jikkunsidraw il-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni addattata għall-konferenzi jew inċentivi. Waħda mill-kundizzjonijiet li l-MTA timponi fuq l-aġenti lokali biex igawdu mis-sussidju, hi li jinkludu żjara lil Għawdex, dejjem jekk il-ħin u t-temp ikun jippermetti. Kull sena, il- unit tal-konferenzi u inċentivi jikkoordina u jkun preżenti fuq l-i stand li tippromwovi l-gżejjer Maltin, fil-fieri u workshops internazzjonali u speċjalizzati f’dan is-settur li jinkludu: Confex, Londra, Frar Confec Red, 2009 Malta, Frar Taste of Malta, 2009 Londra, Marzu Meedex, Parigi, April IMEX, Frankfurt, Mejju Shock the Monkey, Italja, Mejju EIBTM, Barcelona, Dicembru Il-Gżira t’Għawdex hi ppreżentata bħala l-ġojjell fil-kuruna tal-arċipelagu Malti, waqt il-preżentazzjonijiet li jsiru lil gruppi li jiġu fuq l-i stand u anke waqt il-laqgħat individwali li jkollna ma’ min jinfluwenza id-deċiżjoni fuq l-għażla ta’ destinazzjoni għall-konferenzi u inċentivi.