Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bus shelter ħdejn Sptar Mater Dei

Question

Peress li l-bus terminus li hemm ħdejn il-parking li jinsab bejn l-Università u l-Isptar Mater Dei hu frekwentat minn ħafna nies u m'hemm l-ebda protezzjoni mill-elementi naturali, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsir xi forma ta’ shelter biex jipproteġi lin-nies f’każ ta’ maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta.

Bollards fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru l-Antik ma’ Triq l-Ifran, il-Belt Valletta, jibdew jitneħħew fil-ħinijiet miftehma mal-komunità kummerċjali tal-Belt bħalma jiġri f’inħawi oħra fil-Belt fejn hemm bollards, peress li minn meta t-traffiku ma baqax jgħaddi mit-Triq it-Teatru l-Antik, għadhom qatt ma tneħħew fil-ħinijiet miftehma? Kopja ta’ ittra li kienet intbagħtet mill-Ministeru lill-komunità kummerċjali fejn speċifikat il-ħinijiet tat-tneħħija tal-bollards imsemmija qed tintbagħat separatament.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11446 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — grupp ta' ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir mill-grupp ta' ħaddiema tal-IPSL mal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema tal-IPSL assenjati mal-Kunsilli Lokali qed jagħmlu xogħol ekwiparat mal-ħiliet tagħhom. Dan ivarja minn xogħol ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor manwali sa xogħol klerikali. Fil-każ ta’ l-aħħar in-numru huwa ftit.
Leg 11 PQ #11448 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali f'Għawdex — aċċessibilità għal kulħadd

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema uffiċċji tal-kunsilli lokali f'Għawdex huma aċċessibbli għal kulħadd? Liema minn dawk li mhumiex aċċessibbli qed isir xogħol fihom biex isiru aċċessibbli u sa meta hu maħsub li jkunu aċċessibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn li ġejjin huma l-uffiċini amministrattivi tal-Kunsilli Lokali Għawdxin li mhumiex aċċessibbli: Rabat (Victoria) Fontana Għasri Munxar Sannat Xagħra Żebbuġ Minn dawn qed jiġu mgħejuna permezz tal-iskema Fondi għall-Aċċessibiltà tal-uffiċini amministrattivi, il-Kunsilli Lokali ta’ Sannat u x-Xagħra.
Leg 11 PQ #11451 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pannelli foto voltajiċi fuq kunsilli lokali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kunsilli lokali minn Għawdex ingħataw għajnuna biex iwaħħlu pannelli foto voltajiċi fuq l-uffiċju tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-Kunsilli Lokali f’Għawdex ser jingħataw għajnuna biex iwaħħlu pannelli foto voltajiċi fuq l-uffiċċji tagħhom skont l-iskema tal-Energy Saving Scheme li tnidiet matul din is-sena: Fontana u Għarb individwalment u Għajnsielem, Kerċem, Nadur, Qala, Rabat (G), Sannat, Xagħra u Żebbuġ (G) bħala konsorzju flimkien ma’ diversi Kunsilli Lokali Maltin. Ta’ min isemmi wkoll illi hemm żewġ Kunsilli Lokali oħra, Munxar u San Lawrenz li ser jingħataw għajnuna skont din l-iskema. Il-Munxar ser iwaħħal pannelli foto voltajiċi fuq is-saqaf tal-latrina pubblika li qegħda fil- playing field tal-Munxar. San Lawrenz ser jagħmel skema ta’ inċentiv għar residenti biex jagħmlu solar water heaters fuq id-djar tagħhom.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Employement Aid Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna f'Għawdex sabet xogħol permezz tal-iskema Employment Aid Scheme tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta' persuni li bdew jaħdmu permezz tal-iskema Employment Aid Programme ko-finanzjata mill-Fondi Soċjali Ewropej huwa ta' 99 persuna.
Leg 11 PQ #11451 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pannelli foto voltajiċi fuq kunsilli lokali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kunsilli lokali minn Għawdex ingħataw għajnuna biex iwaħħlu pannelli foto voltajiċi fuq l-uffiċju tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Malta — kondotta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Għawdxin qed ikollhom imorru l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Malta biex jiġbru kondotta sħiħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, mix-xahar li għadda, persuni residenti Għawdex bdew jistgħu jiġbru l-kondotta sħiħa mill-Għassa tar-Rabat, Għawdex.

Xewkija Inustrial Estate — upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi upgraded ix-Xewkija Industrial Estate?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żona industrijali tax-Xewkija hija waħda miż-żoni li ser jiġu upgraded permezz ta’ skema iffinanzjata mill-Fondi Ewropej għall-iżvilupp Reġjonali 2007 u 2013. Huwa maħsub li x-xogħol jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Leg 11 PQ #11446 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — grupp ta' ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir mill-grupp ta' ħaddiema tal-IPSL mal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni li għandhom età tal-pensoni u li jibqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Għawdex li għalqu l-età tal-pensjoni u baqgħu jaħdmu u allura qed igawdu mill-inizjattiva li min jibqa' jaħdem illum ma jitlef xejn mill-pensjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11448 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali f'Għawdex — aċċessibilità għal kulħadd

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema uffiċċji tal-kunsilli lokali f'Għawdex huma aċċessibbli għal kulħadd? Liema minn dawk li mhumiex aċċessibbli qed isir xogħol fihom biex isiru aċċessibbli u sa meta hu maħsub li jkunu aċċessibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11449 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati f'Għawdex — teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati f'Għawdex qed jaħdmu bit-teleworking u f'liema dipartimenti qegħdin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10292 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Meusac — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm kunsilli lokali minn Għawdex li talbu li jkollhom laqgħat mal-MEUSAC dwar inizjattivi biex jieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid liema kienu dawn il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-MEUSAC iltaqgħet ta’ l-inqas darba jew aktar mal-kunsilli lokali kollha f’Għawdex biex tiddiskuti l-potenzjal ta’ opportunitajiet għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-laqgħat inżammu kif ġej : · Kunsill Lokali tal-Fontana · Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem · Kunsill Lokali tal-Għarb · Kunsill Lokali tal-Għasri · Kunsill Lokali ta’ Kerċem · Kunsill Lokali tal-Munxar · Kunsill Lokali tan-Nadur · Kunsill Lokali tal-Qala · Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz · Kunsill Lokali tas-Sannat · Kunsill Lokali tar-Rabat · Kunsill Lokali tax-Xagħra · Kunsill Lokali tax-Xewkija · Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Il-laqgħat saru jew għax saret talba mill-kunsill stess jew inkella minn inizjattiva tal-MEUSAC.
Leg 11 PQ #10293 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq - uċuħ ġodda

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema se jkunu t-toroq f'Għawdex li se jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena 2009 u s-sena 2010?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-toroq ippjanati li jingħataw wiċċ ġdid matul is-snin 2009-2010 huma: Triq l-Imġarr, Xewkija (B'fondi tal-E.U.) Triq ta' Pinu (B'fondi tal-E.U.) Triq tax-Xlendi (B'fondi tal-E.U.) Triq id-Dwajra, San Lawrenz Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz Parti minn Triq ir-Ramla, Xagħra Triq Sannat, Sannat Triq it-Tomba, Victoria Triq il-Ħanaq, Nadur Triq Mons. Pietru Pace, Victoria Triq 31 ta' Marzu,Victoria Triq il-Qbajjar, Żebbuġ (it-tieni kisja) Tkomplija ta' parti minn Triq il-Knisja, Nadur Triq ta' wara l-Bjut, Sannat Triq il-Pergla, Xagħra Triq il-Konti, Żebbuġ Triq Ketelby, Għarb.
Leg 11 PQ #10294 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema tal-gvern - jispiċċaw fl-2012

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu stmat li se jispiċċaw ħaddiema tal-Gvern Għawdxin f'kull kategorija, industrijali, klerikali u amministrattivi sas-sena 2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10295 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Gozo Troop - full complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu stabbilit li jkun il-full complement ta' personnel fil-Gozo Troop tal-Forzi Armati ta' Malta? Kemm hu n-numru fil-preżent? Kemm hu n-numru ta' suldati li spiċċaw mis-servizz mis-sena 1999 'l hawn? X'inhu n-numru ta' dawk li mistennija li jirtiraw wara li jilħqu l-età tal-pensjoni fis-sentejn li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10295 ninsab infurmat li l-full complement ta’ personnel fil-Gozo Troop tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 45 filwaqt li n-numru ta’ suldati fil-preżent huwa ta’ 32. In-numru ta’ suldati li spiċċaw mill-Forzi Armati mis-sena 1999 ’l hawn huwa ta’ 734. In-numru ta’ suldati li ser jagħlqu l-55 sena (l-età tal–irtirar fil-FAM) sa l-aħħar tal-2009 huwa 11. In-numru ta’ suldati li ser jagħlqu 55 fl-2010 huwa 23 u dawk li jagħlqu 55 sena fl-2011 huma 39.

Trasferiment ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, meta persuna tittrasferixxi r-residenza tagħha, trid tkun ilha tgħix barra minn Malta biex iġġib karozza magħha u tkun eżentata mill-ħlas tat-taxxa ta' reġistrazzjoni? Jista' jgħid kemm żmien il-karozza trid tkun ilha reġistrata f'isimha qabel it-tibdil fir-residenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, skond A.L. 196/2009, persuna trid tkun ilha tgħix barra minn Malta għal perijodu kontinwu ta' aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel it-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Malta, u l-vettura trid tkun ilha fil-pussess tagħha u tkun ilha tuzaha barra minn Malta għal tal-anqas erbgħa u għoxrin xahar qabel id-data li fiha hi ma baqax ikolla r-residenza tagħha barra minn Malta.
Leg 11 PQ #10297 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — uffiċċju

Question

Filwaqt li wieħed jaqbel li l-uffiċċju preżenti, jiġifieri dak tat-Tiġrija Palazz, xorta waħda għandu jinżamm miftuħ sabiex jipprovdi s-servizzi l-oħra kollha provduti mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta , jista' l-Prim Ministru jikkonsidra jekk hux possibli li jinfetaħ tourist information office f'xi post ċentrali fir-Rabat, Għawdex preferibbilment fl-inħawi ta' Triq ir-Repubblika jew Pjazza Indipendenza? U dan biex jaqdi bl-aqwa mod il-ħtiġijiet tat-turisti li jżuru Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tat-Turiżmu diġà identifikat sit idoneju għal dan l-iskop fil-pjazza magħrufa bħala t-Tokk ġewwa r-Rabat Għawdex, u qegħda f’diskussjonijiet mas-sidien tal-post biex jiġi konkluż il-ftehim.

Għawdex — remote gaming

Question

Peress li settur ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu qed jinħolqu aktar impjiegi f'Malta hu dak tal-logħob permezz tal-internet, jista' l-Ministru jintervjeni biex xi operaturi internazzjonali tar-remote gaming jiġu mħajra jinvestu f'Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8829.