Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti ta' Malta u Għawdex — bejgħ bis-subbasta

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm, fl-aħħar ħames snin, kien hemm: a) bejgħ bis-subbasta u; b) bejgħ bis-subbasta animo compensadi fil-Qorti ta' Malta u Għawdex separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru fl-ahhar hames snin kien hemm is-segwenti bejgh bis-subbasta fil-Qorti ta’ Malta: Immobbli Mobbli 2007 26 13 2008 27 17 2009 25 5 2010 17 18 2011 11 23 Dwar kemm minn dawn kienu animo compensandi ma tinzamm l-ebda statistika. Qrati u Tribunali ta’ Ghawdex a) Sena Numru ta’bejgħ bis-subbasta 2007 1 2008 8 2009 14 2010 15 2011 12 2012 0 Total 50 b) Rigward din il-parti tal-mistoqsija, nixtieq niġbdu l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi fil-Qorti ta’ Għawdex, ma tinżammx statistika dwar kemm mill-bejgħ bis-subbasta jkunu animo compensandi .

MEPA — rapporti tal-awditur

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'inhi r-raġuni li min hu inkarigat fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħed jieħu żmien twil biex jirrispondi rapporti tal-awditur tal-awtorità b'rizultat li dawn idumu ma jiġu ppubblikati? X'inhi r-raġuni li r-rapport tal-awditur, relatat mar-riforma tal-awtorità, rigward impjegati tas-sezzjoni tal-barrieri li ġew trasferita fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tar-Riżorsi għadu ma ġiex ippubblikat? Jista' l-Ministru jindika meta dan ir-rapport se jkun imwieġeb u ppubblikat?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorita għandha f’idejha rapporti preliminari li l-Awditur jkun bagħat liċ-Ċermen għar-risposta tiegħu qabel jippublika r-rapport finali tiegħu. Ir-rapport dwar it-trasferiment ta' ħaddiema tas-sezzjoni tal-barrieri mill-MEPA għall-MRA huwa wieħed minnhom. Ir-risposta taċ-Ċermen dwar dan ir-rapport qed tiġi finalizzata u fil-ġranet li ġejjin tintbagħat lill-Awditur. Wara l-Awditur jkun jista' jippublika r-rapport tiegħu.

Direttorat tal-Edukazzjoni — impjegati li ħadu paid study leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni li ġew mogħtija paid study leave għal sena jew aktar f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid kemm minn dawn kienu edukaturi u fuq liema kriterji ġew mogħtija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li skont id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi kien hemm tmien Trainee Educational Psychologists impjegati fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni li ġew mogħtija paid study leave . Dawn l-impjegati ngħataw tali paid study leave fuq il-kriterju li l-ħiliet ta’ Educational Psychologist huma ferm bżonnjużi fid-Direttorat u l-iżvilupp u t-taħriġ professjonali f’dan il-qasam hu essenzjali biex ikun żgurat il-kwalita’ tas-Servizzi li jingħataw lill-istudenti.
Leg 11 PQ #26956 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjan Lokali — partial reviews

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm partial reviews tal-pjan lokali, kemm f'proprjetà privata u anke pubblika separatament, fl-aħħar ħames snin? Jista' l-Prim Ministru jindika fejn huma l-lokalitajiet kemm f'Malta u anke f'Għawdex li fihom saru dawn ir-reviews?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

National Employment Authority — każijiet minn Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' każijiet minn Għawdex li dehru quddiem n-National Employment Authority fl-aħħar tliet snin? Kemm kienu l-każijiet fejn t-talba ġiet rifjutata? Tista' tagħti din l-informazzjoni għal kull bord li sar matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sena 2008 kien hemm seba’ (7) seduti fejn sitt (6) każijiet ġew aċċettati u għoxrin (20) rifjutati. Fis-sena 2009 kien hemm tliet (3) seduti fejn erba’ (4) każijiet ġew aċċettati u tmintax (18) rifjutati. Fis-sena 2010 kien hemm tliet (3) seduti fejn erbgħa u għoxrin (24) ġew aċċettati u sitta u ghoxrin (26) rifjutati. Jiġifieri matul dawn l-aħħar tlett snin kien hemm tmienja u disgħin (98) appell minn fejn erbgħa u tletin (34) ġew aċċetatti u erbgħa u sittin (64) rifjutati.

Transport Malta — vetturi kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi kummerċjali f'Għawdex reġistrati ma' Transport Malta, skont dawn il-kategoriji separatament: trailers, trucks, cranes, skid steer loaders, road sweepers, skip loaders, low loaders, excavators, mini excavators, garage trucks u trenchers?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — vetturi kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi kummerċjali f'Għawdex reġistrati ma' Transport Malta, skont dawn il-kategoriji separatament: trailers, trucks, cranes, skid steer loaders, road sweepers, skip loaders, low loaders, excavators, mini excavators, garage trucks u trenchers?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23047 Sitting 339 2011-04-13 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ward clerical assistants

Question

Peress li matul is-snin 1998 u 1999, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu ġew impjegati numru ta' ward clerical assistants u peress li l-grad ta' dawn hu marbut ma' salarju fi skala 18 (massimu għas-sena 2011 - €10,884) u għalkemm is-salarju tal-bidu kien żdied b'seba' increments ta' €191 kull sena, kontra dak li normalment isir fi gradi fi skali żgħar - fejn dawn jistgħu javvanzaw bejn skala jew tnejn - dawn il-ward clerical assistants wara 12-il sena, għadhom fi skala 18 u peress li l-maġġoranza ta' dawn il-ħaddiema għandhom abilitajiet li mhumiex jiġu utilizzati, abilitajiet li fi żmien tal-lum jistgħu jkunu anke mezz essenzjali ħafna għal servizz aħjar mogħti mill-isptar, jista' l-Prim Ministru jara li l-job description ta' dawn l-impjegati tiġi aġġornata fis-sens li jiżdiedulhom aktar doveri, li jinkludu data inputting u użu ta' sistemi tal-IT u fl-istess ħin tinħoloq sistema ta' allowance skont id-doveri varji li dawn il-ħaddiema jkunu jwettqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Ward Clerical Assistants fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex kollha telgħu għal skala ta’ salarju 17 ħlief għal uffiċjal li qiegħda fil-proċess biex tieħu din il-progression minħabba perjodu ta’ parental leave fit-tul mingħajr ħlas. Ninforma ukoll ‘l-Onorevoli Interpellant li d-dmirijiet ta’ Ward Clerical Assistant joħorġu mill- job description kif imfisser fis-sejħa t’applikazzjonijiet skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, kif jinħtieġ minn żmien għal żmien, f’dan il-livell ta’ responsabbiltà.

Nisa fil-bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Lista ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq residenzjali li l-gvern qal li se jibni u jiksi bit-tarmak fil-15-il xahar li ġej kif tħabbar fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-15 ta' Marzu 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq residenzjali li se jibnew mill-Gvern bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u t-30 ta’ Ġunju 2012. B’kollox hemm 202 triq u wħud minnhom diġa tlestew. Biex triq residenzjali tikkwalifika għall-kostruzzjoni mill-gvern, iridu jkunu tlestew 70% tad-djar f’dik it-triq. F’għeluq dan il-programm ta’ kostruzzjoni li se jiswa madwar €7,900,000, kull triq residenzjali f’Malta li tkun tista' tinbena fil-fatt se tkun inbniet.
Leg 11 PQ #23047 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ward clerical assistants

Question

Peress li matul is-snin 1998 u 1999, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu ġew impjegati numru ta' ward clerical assistants u peress li l-grad ta' dawn hu marbut ma' salarju fi skala 18 (massimu għas-sena 2011 - €10,884) u għalkemm is-salarju tal-bidu kien żdied b'seba' increments ta' €191 kull sena, kontra dak li normalment isir fi gradi fi skali żgħar - fejn dawn jistgħu javanzaw bejn skala jew tnejn - dawn il-ward clerical assistants wara 12-il sena, għadhom fi skala 18 u peress li l-maġġoranza ta' dawn il-ħaddiema għandhom abilitajiet li mhumiex jiġu utilizzati, abilitajiet li fi żmien tal-lum jistgħu jkunu anke mezz essenzjali ħafna għal servizz aħjar mogħti mill-isptar, jista' l-Prim Ministru jara li l-job description ta' dawn l-impjegati tiġi aġġornata fis-sens li jiżdiedulhom aktar doveri, li jinkludu data inputting u użu ta' sistemi tal-IT u fl-istess ħin tinħoloq sistema ta' allowance skont id-doveri varji li dawn il-ħaddiema jkunu jwettqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi — Dokument dwar d-dejn

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li ppreżenta fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC ) dwar id-dejn akkumulat f'dawn l-aħħar 40 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub, nitlob lill-Onor. Interpellant jinnota illi: Fl-aħħar 40 sena, il-poplu Malti ħareġ mal-biljun ewro biex iżomm lit-Tarznari għaddejjin peress illi dawn kienu proprjetà tal-Gvern. Il-Malta Shipbuilding fi 22 sena ta' ħidma għamlet biss profitt miżeru fl-ewwel sentejn ta' eżistenza tagħha ( 1982 - €9,287 u 1983 - €5,693). Il-Malta Drydocks, f'dawn l-aħħar 40 sena ta' ħidma għamlet biss profit f'disa' snin partikolari u tilfet il-flus fil-31 sena l-oħra.
Leg 11 PQ #16083 Sitting 206 2010-04-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

numru ta' gradi tal-iskrivani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali, separatament għal kull grad, ta' skrivani, skrivani anzjani, uffiċjali eżekuttivi, assistenti prinċipali, uffiċjali prinċipali u uffiċjali prinċipali anzjani fis-Servizz Pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numri attwali tal-gradi mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru fit-tabella murija hawn taħt: Grad Numru ta’ Impjegati Skrivani 943 Skrivani Anzjani 799 Uffiċjali Eżekuttivi 432 Assistenti Prinċipali 524 Uffiċjali Prinċipali 701 Uffiċjali Prinċipali Anzjani 144
Leg 11 PQ #15226 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li kienu jaħdmu mal-posta — commuted pensions and gratuity

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7700 dwar in-nurmu ta' ex ħaddiema ta' Posta Ltd/Maltapost fil-preżent pensjonanti li jirċievu pensjoni ta' żewġ terzi mit-Teżor, peress li uħud minn dawn kienu għazlu li jirċievu commuted pension and gratuity u meta saret ir-reviżjoni tal-pensjoni, dawn tal-aħħar kellhom biss reviżjoni rigward il-pagamenti mensili relatata mas-sena tal-irtirar tagħhom mis-servizz u peress li dawn sal-lum għadhom jistennew ir-reviżjoni tal-gratuity li tifforma parti intergrali mill-pensjoni sabiex tkun riflessa l-pensjoni taż-żewġ terzi, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser tittieħed deċiżjoni finali dwar din il-graduity dovuta u jingħataw struzzjonijiet finali rigward ħlasijiet relatati lil dawn ex ħaddiema postali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-gratuity tal-ħaddiema indikati mill-Onorevoli Interpellant qed tkun riveduta sabiex il-promozzjonijiet li dawn il-ħaddiema ħadu mill-Posta Ltd/Maltapost u li ġew rikonoxxuti b’effett mill-5 ta’ Diċembru 2007 permezz tal-ftehim li sar mall-UĦM, ikunu riflessi f’dan il-gratuity. Hu mistenni illi l-arretrati dovuti lill-ħaddiema involuti jitħallsu fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #15329 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju Santa Maria fix-Xewkija Għawdex — xiri ta' oqbra

Question

Wara li f'April 2008, applikanti għal xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterju Santa Marija, Xewkija Għawdex, kienu mgħarfa permezz ta' ittra sabiex mill-iktar fis possibli jikkonfermaw l-interess tagħhom għal xiri ta' qabar u wara li dawn kienu ukoll infurmati bil-prezz uffiċjali skond l-Avviż Legali numru 377/2007 u ħlasijiet oħra meħtieġa għall-akkwist ta' qabar, tista' l-Ministru tgħid: a) meta se jibdew isiru l-kuntratti pubbliċi relatati? b) jekk il-prezz skond l-Avviż Legali msemmi għadux validu? ċ) f'każ ta' differenza fil-prezz, tista' tgħid x'inhi r-raġuni li wasslet għal bdil fil-prezz? Meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni għall-imsemmija oqbra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 14203.
Leg 11 PQ #14750 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

għawdex — visiting nutritionist

Question

Peress li parti kbira mill-ispiża tas-saħħa tmur għal kura ta' mard relatat ma' dieta ħażina, u peress li l-problema tal-ħxuna fuq it-tfal hi waħda serja ħafna u li tħalli riperkussjonijiet kbar fuq l-individwi u l-familji tagħhom għaliex mhux biss taffettwa s-saħħa ta' dak li jkun imma tħalli ukoll effett soċjali negattiv tant li t-tfal li jkollhom piż żejjed ibatu aktar minn nuqqas ta' stima, u mill-banda l-oħra hemm ukoll effetti negattiv li jkomplu jiffaċċjaw dawn il-persuni tul ħajjithom u peress li kif lkoll nafu li l-iskejjel għandhom rwol importanti ħafna biex iħeġġu u jgħinu lill-istudenti jfasslu u jwettqu pjan ta' ħidma sħiħa dwar l-ikel aktar bnin għal ħajja aħjar, tista' l-Ministru tara li tiġi impjegata visiting nutrionisit fl-iskejjel ta' Għawdex u dan biex il-kwalità tal-edukazzjoni f'Għawdex issir dejjem aħjar f'kull aspett għaliex fuq kollox dan ikun investiment li jkollu riżultat fit-tul għax inaqqas id-domanda fuq is-servizz tas-saħħa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex qed jistħarreġ x'jista' jsir fuq din il-materja.

Reġistru Pubbliku — Searches Unit

Question

Wara li dan l-aħħar ħarġet ċirkulari MPO No. 118/09 dwar expression of interest minn ħaddiema fis-Servizz Pubbliku biex dawk li jintagħżlu jiġu assenjati fuq xogħol tas-Searches Unit fid-diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u peress li numru ta' ħaddiema Għawdxin applikaw għal din is-sejħa, jista' l-Ministru, issa li ġie ppubblikat ir-riżultat tal-intervisti li saru, jikkonsidra li x-xogħol tas-searches, li jirrigwardjaw lill-Għawdex jibda jsir mis-sezzjoni tar-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex stess kif fil-fatt kien isir qabel ma bdiet tagħmel dan ix-xogħol il-kumpanija Eureka?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern qiegħed fil-proċess li jieħu f’idejh ix-xogħol Ii bħalissa qed isir mill-Eureka Services Limited u qed jaħdem biex isir it-trasferiment tas-sistemi kollha għal għandu. F’dan l-istadju ix-xogħol huwa kkonċentrat fuq dan it-trasferiment in toto u għalissa l-ħsieb hu li ma jsir l-ebda tibdil. Madanakollu, kif ġa mħabbar, il-Gvern huwa kommess li jizviluppa sistema ġdida li se tkopri wkoll il-ħtiġijiet li joħorġu mill-Att dwar ir-Registru Ċentrali. Meta din tkun fis-seħħ, kull possiblità, inkluża dik imsemmija mill-Onorevoli Interpellant tiġi kkunsidrata.