B'referenza għall-vapur MV Nikolaos, fejn fil-Vessel Particulars tal-istess vapur jingħad li l-Gross Tonnage tiegħu hu ta' 996 u tat-tliet vapuri l-oħra tal-Gozo Channel il-Gross Tonnage hu 4,893, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar id-differenza fit-tunnellaġġ tar-raba' vapur u dawk tal-Gozo Channel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-gross tonnage tal-MV Nikolaos huwa ta’ 4,212 tunnelata.
Għawdex — Ftuħ tal-uffiċċju tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur
Question
B'referenza għall-ftuħ f'Għawdex tal-uffiċċju tal-Awtorità għall-Kompetizzzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, tista’ l-Ministru tgħid kemm, fil-preżent, hu n-numru tal-impjegati f'dan l-uffiċċju? Tista tgħid x'inhuma l-gradi ta' dawn l-impjegati u tgħid kemm minnhom kienu jaħdmu fl-uffiċċju tal-Awtorità f'Malta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Operational and Maintenance Expenses Item 30 ġew ivvutati €420,000 addizzjonali għal Contractual Services, tista' l-Ministru tgħid x'kienu dawn is-servizzi li waslu biex ikun hemm bżonn ta' din iż-żieda?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żieda fl-ispiża kienet dovuta għal ingaġġar tas-security services, kemm fil-binja tal-Ministeru kif ukoll f’bini ieħor tal-Ministeru, servizzi ta’ cleaners, servizzi relatati ma’ skart organiku tal-annimali (slurry) u fuq konsulenza dwar riformi fil-Gozo Channel Operations Limited.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ddaħlu mill-eco-tax tat-turiżmu għas-snin 2016, 2017, 2018 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija għas-sena 2019 (separatament)? Jista' jagħti rendikont fejn ġew investiti dawn il-finanzi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tender biex isir xogħol ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fis-sit fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid liema entità kienet ippreparat l-ispecifications tad-tender li kienet ħarġet u wara ġie irtirat? Jista' jagħti r-raġuni għaliex it-testijiet fuq il-blat li hemm taħt dan is-sit saru wara, u mhux qabel ġiet ippubblikata t-tender oriġinali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġew ippreparati mid-ditta tal-perit konsulent tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.
Għal aktar informazzjoni nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 10092 u 10467.
B'referenza għal Fondi Ewropej, li jammontaw għall-€500,000, li ngħad li se jintużaw biex tiġi implimentata l-viżjoni tal-Ministeru dwar it-tmexxija ta' Għawdex biex il-gżira tkompli tkun ekoloġika u destinazzjoni unika u ta' kwalità, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid liema huma l-proġetti li se jiġu megħjuna minn dawn il-fondi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tħabbru diversi proġetti ġodda li qed isiru minn fondi Ewropej u għaldaqstant huwa opportun li jiġi speċifikat għal liema proġett ta’ EUR 500,000 qed jirreferi għalih l-istess Onor. Interpellant.
B'referenza għall-proġett Consume-less, li għandu l-iskop biex jiġi ġġenerat inqas skart u kif niddisponu minnu, tista' l-Ministru tgħid xi proċedura se tintuża biex jintgħażlu l-50% tar-ristoranti Għawdxin li se jiġu involuti f'dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-ristoranti kollha liċenzjati mal-Gozo Tourism Association ġew infurmati b’dan il-proġett b’servizz door-to-door u dawk li riedu jissieħbu setgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-bini mill-ġdid tal-moll fix-Xlendi? Tista' tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-pjanijiet minn dawk li oriġinarjament kienu pproġettati? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk dan affettwax l-ispiża oriġinali tal-proġett u kemm kien l-ammont ta' dawn l-ispejjeż żejda?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan kien proġett li twettaq flimkien ma’ Transport Malta u li tkompla ma’ Infrastructure Malta fejn wara li l-Ministeru ħa d-deċiżjoni li jsir il-proġett ħa l-irwol li jiffinanzjah filwaqt li Transport Malta u Infrastructure Malta ħadu ħsieb l-aspett tekniku, ħruġ ta’ tenders, superviżjoni u implimentazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-leġiżilatura kurrenti kienx hemm persuni li nqabdu jagħtu servizz ta' gwida turistika bla ma kellhom liċenzja u f'każ li iva, kemm kienu dawn il-persuni f'Malta u kemm kienu l-persuni f'Għawdex u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9962, u ċjoè: B'referenza għall-proġett dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett hux maħsub li jsir minn fondi pubbliċi jew hux se jkun iffinanzjat b'mod sħiħ mill-privat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’ritmu mgħaġġel, iżda b’attenzjoni sħiħa sabiex niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali kbir.
Fost oħrajn, tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer il-mina. Ir-riżultati ta’ dan il-mudell ġew diskussi ma’ diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati. Fl-istess waqt, għaddejjin ukoll l-istudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti mill-istudju għall-Impatt Ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta’ proġetti kbar bħal dan. Saru wkoll is-surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f’Malta u Għawdex. Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha.
Fl-istess waqt, minbarra l-kontinwazzjoni tal-ippjanar tekniku tal-proġett, sabiex ma jintilifx ħin, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post (liema sejħa qegħda fil-fażi ta’ evalwazzjoni), kif ukoll ix-xogħol ta’ tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta. Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli. Dawn l-istudji qed iqisu diversi għażliet u mudelli ta’ finanzjament li jistgħu jintużaw għall-iżvilupp, l-operat u ż-żamma tal-mina. Fost oħrajn, qed jiġi kkunsidrat il-mudell ta’ concession agreement.
Aktar dettalji speċifiċi dwar dan il-proġett u l-mudell ta’ finanzjament tiegħu ikunu magħrufa wara li jiġu determinati skont l-istudji tekniċi, ekonomiċi u dawk tal-EIA, u wara li jkunu ħarġu u ġew evalwati s-sejħiet għall-offerti internazzjonali meħtieġa biex titħaffer il-mina u tinbena l-infrastruttura kollha tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9961 u ċjoè: Peress li fl-aħbarijiet tat-TVM tat-30 ta' Marzu 2019, il-Ministru ġie kkwotat li qal li se jibda l-proċess mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi riveduta l-lista ta' toroq arterjali biex isiru b'Fondi Ewropej u fi kliemu stess qal li "Sal-2030 din il-lista ta' toroq trid tkun lesta. Ovvjament se jiġu diskussi issa listi ta' toroq oħra li jridu jidħlu lil hinn mill-2030, fost l-oħrajn il-mina ta' bejn Malta u Għawdex", jista' l-Ministru jinforma l-Kamra u jgħid jekk dan ifissirx li x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma jkunx jista' jibda qabel l-2030?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’ritmu mgħaġġel, iżda b’attenzjoni sħiħa sabiex niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali kbir.
Fost oħrajn, tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer il-mina. Ir-riżultati ta’ dan il-mudell ġew diskussi ma’ diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati. Fl-istess waqt, għaddejjin ukoll l-istudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti mill-istudju għall-Impatt Ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta’ proġetti kbar bħal dan. Qed isiru wkoll is-surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f’Malta u Għawdex. Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha.
Fl-istess waqt, minbarra l-kontinwazzjoni tal-ippjanar tekniku tal-proġett, sabiex ma jintilifx ħin, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post, kif ukoll ix-xogħol ta’ tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta. Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli.
Id-diskussjoni dwar il-lista ta’ toroq arterjali li jistgħu jitranġaw b’fondi Ewropej wara l-2030 ma taffettwax ix-xogħol meħtieġ biex issir il-mina bejn Malta u Għawdex. Għalhekk, m’huwiex il-każ li x-xogħol tal-mina li se tgħaqqad Malta u Għawdex ma jistax jibda qabel is-sena 2030.
Peress li fl-aħbarijiet tat-TVM tat-30 ta' Marzu 2019, il-Ministru ġie kkwotat li qal li se jibda l-proċess mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi riveduta l-lista ta' toroq arterjali biex isiru b'fondi Ewropej u fi kliemu stess qal li "Sal-2030 din il-lista ta' toroq trid tkun lesta. Ovvjament se jiġu diskussi issa listi ta' toroq oħra li jridu jidħlu lil hinn mill-2030, fost l-oħrajn il-mina ta' bejn Malta u Għawdex". Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra u jgħid jekk dan ifissirx li x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma jkunx jista' jibda qabel l-2030?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B'referenza għall-proġett dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett hux maħsub li jsir minn fondi pubbliċi jew hux se jkun iffinanzjat b'mod sħiħ mill-privat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Persuni li għandhom il-HomeHelp – dikjarazzjoni għal xiri ta’ reċipjent għall-ħasil tal-art
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li persuni li għandhom is-servizz HomeHelp, ġew mitluba mill-Uffiċċju tas-Sezzjoni tal-Anzjani fil-Ministeru għal Għawdex sabiex jiffirmaw dikjarazzjoni jekk humiex lesti li jixtru tip ta’ reċipjent għal ħasil tal-art?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat ingħata struzzjonijiet biex jinħarġu regoli ċari li l-ħasil tal-art għandu jsir bil-mopp u li kull klijent irid jipprovdi l-barmil u l-mopp biex l-Assistenti Soċjali ma jbatux. Inħareġ avviż lil kull klijent b’dawn l-istruzzjonijiet fejn kienu mitluba jiffirmaw dikjarazzjoni li dawn l-istruzzjonijiet waslu għandhom, dan sabiex inkomplu nisħqu fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema li jagħtu dan is-servizz.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija palramentari 9509 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f’Għawdex ta’ Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma’ dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma’ dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li “impjegati fl-istess klassi ta’ impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali” jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9272, liema mistoqsija kienet tittratta esproprjazzjoni ta' art fir-Rabat Għawdex, fejn intqal li l-Awtorità tal-Artijiet qed tikkontendi li l-persuni, li dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ma jidhrux li għandhom titolu fuq din l-art, u dan għaliex bħala prova tat-titolu ppreżentaw diviżjoni u l-art in kwistjoni ma kinitx imsemmija f'tali diviżjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni msemmija ppreżentawx ukoll dokumentazzjoni f'testmenti, riċerki testamentarji u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis kif ukoll dokumenti dwar fidi ta' ċens tal-istess art u rċevuti ta' ħlas ta’ ċens maħruġa fuq isem l-istess persuni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li m’hemmx iktar x’iżżid mal-informazzjoni li diġà għaddejna dwar dan il-każ fil-mistoqsijiet parlamentari 6452 f’Seduta 133 u 6648 f’Seduta 137 rispettivament.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9509 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f’Għawdex ta’ Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma’ dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma’ dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li “impjegati fl-istess klassi ta’ impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali” jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skola Primarja Rabat Għawdex – problemi infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslux ilmenti fl-Uffiċċju tiegħu, jew tas-Segretarju Permanenti jew tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, dwar problemi ta’ natura infrastrutturali u oħrajn, li qed jingħad li hemm fl-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn il-problemi u x’passi ttieħdu, jew hu ppjanat li jittieħdu, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa tal-għalliema u l-istudenti f’din l-iskola? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol biex tinbena l-iskola ġdida fl-istess lokalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Għalkemm nikkonferma li waslu lmenti dwar l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, infurmat li kull manutenzjoni neċessarja qed issir u din issir kontinwament min-nies tal-kulleġġ u tal-MEDE. Kif jaf l-Onor. Interpellant, inbeda l-proċess għall-bini ta' skola ġdida żmien ilu u nkun nista' nagħti iktar dettalji dwar pjanijiet kif jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f’Għawdex ta’ Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma’ dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma’ dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li “impjegati fl-istess klassi ta’ impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali” jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8613, 9064 u 9256, li kienu jirrigwardjaw impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti li hemm f'Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u invista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi u qed jitħallsu bir-rati tas-servizz pubbliku u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet, u allura qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkun deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, jista' l-Prim Ministrtu ġentilment jikkonsidra li l-impjegati Għawdxin, bħal sħabhom impjegati Maltin, jingħataw ukoll l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol u pagi sakemm jibqgħu mislufa ma' dawn l-entitajiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li dawn mhux impjegati mislufa iżda huma ufficjali pubblici taħt il-Ministeru għal Għawdex