Ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex, l-MCAST, il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park
Question
B'referenza għall-ftehim li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn il-Ministeru għal Għawdex, l-MCAST, il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks, tista' l-Ministru telabora aktar dwar dak li ġiet ikkowtata li qalet fis-sens li dan il-ftehim se jservi biex "il-forza tax-xogħol trid tkun lesta għall-opportunitajiet li se jinħolqu"? Tista' tgħid kemm hu maħsub li se jiġu preparati ħaddiema u studenti skont dan il-ftehim?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 44 student li qed jiġu mħarrġa.
Peress li waqt li għaddej il-proċess dwar il-proġett tal-mina u ftit li xejn qed jissemma li se jsir Strategic Impact Assessment dwar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk hemmx il-ħsieb li jsir dan l-assessment?
B’referenza għall-proġett tal-mina, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx ippreżentata applikazzjoni formali mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid meta se jiġi ppubblikat il-pre-qualification questionnaire?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux surveys topografiċi fiż-żona fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet tal-mina f’Malta u anke f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk tħejjiex ukoll il-conceptual design? Jekk fl-affermattiv jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Master Plan — applikazzjoni
Question
B'referenza għall-applikazzjoni Numru 7491/16 mal-Awtorità tal-Ippjanar li tipproponi Master Plan fis-sit tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk kienx hemm tibdil mill-Master Plan oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex wasal il-proċess dwar dan il-pjan ġdid?
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu mill-miljun ewro li kienu vvutati għal Eko-Għawdex taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2019 tal-Ministeru għal Għawdex? Tista' telenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid kemm hu t-total ta' ħaddiema li joqogħdu Għawdex u jaħdmu f'Malta? Tista' tgħid, b’mod separat, kemm minn dawn jaħdmu ma’ dipartimenti tal-Gvern, entitajiet parastatali u mal-privat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata mill-NSO minn żmien għal żmien.
Peress li f’Ottubru 2016, il-Ministru kien ħabbar li kienu bdew l-istudji ġeoloġiċi kif ukoll investigazzjoni ġeofiżika fuq iż-żona tal-fliegu bejn Malta u Għawdex, fejn qed jiġi propost li ssir mina, u peress li f’April 2019, fil-midja lokali, il-Ministru kien ikkwotat li qal li dawn l-istudji kien għadhom ma tlestewx, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-istudji tlestewx u jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji?
Response (BORG, IAN)
L-iżvilupp ta’ konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex huwa investiment infrastrutturali ieħor ewlieni li l-Gvern qed jagħti priorità sabiex neliminaw l-isfidi li ta’ kuljum jesperjenzaw il-familji f’Għawdex biex jiksbu aktar opportunitajiet ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku, u jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.
Il-Gvern jirrikonoxxi l-kunsens nazzjonali li hawn dwar l-importanza li jkollna din il-konnessjoni, hekk kif konfermat minn għadd ta’ studji li saru fost ir-residenti taż-żewġ gżejjer. Il-Gvern se jibqa’ jaħdem bla heda id f’id ma’ dawk kollha konċernati, sakemm din l-infrastruttura kruċjali li ilha snin biex isseħħ, titwettaq. Nittamaw ukoll li dan il-proġett jibqa’ jgawdi l-approvazzjoni tal-Oppożizzjoni, li vvutat favur dan l-investiment f’dan il-Parlament, ftit tax-xhur ilu.
Ix-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’ritmu mgħaġġel, iżda b’attenzjoni sħiħa sabiex inwettqu soluzzjonijiet sostenibbli u niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali.
Ix-xogħol ta’ ppjanar jinvolvi ħafna studji tekniċi minn aspetti differenti, fosthom analiżi ġeoloġika u sismika tar-rotot li minnhom potenzjalment tgħaddi l-mina, studji li jevalwaw l-impatti u l-benefiċċji soċjali, ekonomiċi u ambjentali, fosthom cost benefit analysis u studji dwar l-impatt ambjentali (EIA). Dawn kollha qed jitwettqu jew jiġu ffinalizzati fi stadji differenti, skont kif rikjest mill-awtoritajiet u kif determinat mill-esperti indipendenti li qed iwettquhom. Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha.
Il-Gvern qed jappoġġja lil dawn l-esperti u tekniċi bir-riżorsi kollha li jeħtieġu, sabiex iwettqu xogħolhom bir-reqqa, iżda mingħajr dewmien bla bżonn. Fl-istess waqt, qed iħallihom fil-libertà li jmexxu dawn l-istudji bit-termini li huma jħossu li huma l-aktar rigorużi. Fl-ebda stadju m’aħna lesti li nimponu fuq dawn l-esperti sabiex jgħaġġlu x-xogħol tagħhom jew jaqtgħu xi kantunieri. Hija ħasra li hawn individwi li donnhom qed jippruvaw jagħmlu pressjoni fuq dawn l-esperti minn oqsma differenti, biex jgħaġġlu l-istudji tagħhom.
L-istudji li tlestew u li ġew ippubblikati hemm dawn li ġejjin:
-
A Study about the tunnel between Malta and Gozo
-
Geological and Geotechnical Investigation
-
Investigative Coring Report
-
Social Impact Assessment
Dawn l-istudji jinsabu pubbliċi u online, filwaqt qed npoġġu fuq il-mejda tal-kamra ‘2 screenshots’ tal-website indikata hawn taħt fejn jinsabu dawn l-istudji msemmija t’hawn fuq:
https://www.transport.gov.mt/strategies/research-reports-studies/malta-gozo-fixed-link-2880
Filwaqt li l-istudji preliminari li tlestew u ġew pubblikati issa qed jiġu analizzati u mirquma permezz ta’ studji t’analiżi aktar profonda, l-istudji l-oħra kollha meħtieġa għadhom għaddejjin. Il-Gvern huwa kommess li jwettaq ukoll kull studju ieħor li jiġi determinat li jkun meħtieġ mill-eżitu ta’ studji eżistenti jew li jkun mitlub mill-awtoritajiet konċernati meta jibda l-proċess tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp, skont liġijiet u direttivi applikabbli.
Bħala parti mit-tħejjija għas-sejħiet għall-offerti internazzjonali meħtieġa biex titħaffer, tinbena u tibda topera l-mina, f’Diċembru li għadda, Infrastructure Malta ppubblikat pre-information notice fit-Tenders Electronic Daily (TED), il-pjattaforma tal-proċessi ta’ akkwisti (procurement) pubbliċi tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dalwaqt, dan se jiġi segwit mill-pass li jmiss fil-proċess tal-għażla, li jinkludi pre-qualification questionnaire li fih se jkollu t-tagħrif tekniku kollu meħtieġ biex kuntratturi prospettivi jikkonfermaw li għandhom il-ħiliet u kapaċità biex iwettqu l-proġett, u b’hekk juru l-interss tagħhom li jikkwalifikaw għall-istadji tal-proċess li jkun imiss.
Aktar dettalji speċifiċi dwar dan il-proġett ikunu magħrufa wara li jiġu determinati skont l-istudji tekniċi, ekonomiċi u dawk tal-EIA, u wara li jkunu ħarġu u ġew evalwati s-sejħiet għall-offerti internazzjonali meħtieġa.
Peress li f’Settembru 2017, fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1168, il-Ministru kien qal li fl-aħħar tal-2016 kienu bdew isiru investigazzjonijiet sismiċi, bħala parti mill-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-investigazzjonijiet?
Proġett ta’ mina bejn il-gżejjer – pre-information notice
Question
B’referenza għall-proġett tal-mina bejn il-gżejjer, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjanijiet li jikkonċernaw dan il-proġett ġewx ippreżentati lill-EU Journal u jekk il-pre-information notice dwar il-proġett ġietx ippubblikata fl-EU’s Official Gazette?
Mina bejn Malta u Għawdex — Rapporti tekniċi, ekonomiċi u ambjentali
Question
B’referenza għall-mina bejn Malta u Għawdex, u għar-rigward tar-rapporti li dehru fil-midja lokali f’Marzu 2019, fejn fost l-oħrajn il-Ministru kien ikkwotat li qal li ‘l-istudji kollha, inkluż dawk tekniċi, ekonomiċi u ambjentali (environmental impact assessment) kienu tlestew jew kienu qed jiġu ffinalizzati’ jista’ l-Ministru:
a. jelenka dawk l-istudji li tlestew; u
b. jgħid liema huma dawk li għadhom ma tlestewx?
Jista’ wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawk l-istudji li tlestew?
B’referenza għall-mina bejn il-gżejjer u għall-mistoqsija parlamentari 10700 fejn fit-tweġiba li ngħatat fl-1 ta’ Lulju 2019, intqal li ‘tlesta mudell Ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, fejn hu meqjus li titħaffer il-mina’ u ntqal ukoll li ‘ir-riżultat ta’ dan il-mudell ġew diskussi ma’ diversi esperti, entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati’ jista’ l-Ministru issa jgħid jekk dawn ir-riżultati ġewx iffinalizzati?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8616, li kienet dwar Eżamijiet għall-post ta' Senior Principal, fejn fit-tweġiba ngħad li għal dan il-post kienu għaddew 126, u kif wkoll għall-mistoqsija parlamentari 7808, fejn fit-tweġiba ngħad li mill-ewwel 89, li ġew ingaggati fil-grad ta' Senior Principal, sa' Marzu 2018, inħatru 80 (dan wara li numru ta' kandidati, għal raġuni personali tagħhom għażlu li jirrifjutaw il-ħatra sal-validità tar-riżultat), jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Jekk minn Marzu 2018 ġewx ingaġġati impjegati oħra f'dan il-grad;
b) Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk minn dawk li ġew ingaġġati kienx hemm xi ħadd li kien mid-9 li għal raġuni personali tagħhom irrifjutaw il-ħatra;
c) Jekk jirriżulta li ma kienx hemm ingaġġ wara Marzu 2018, jista' jispjega l-fatt, li meta ġiet ppubblikata s-sejħa għal dan il-post kien ingħad li l-eżami kellu jsir f'żewġ partijiet u waħda mill-kriterji kienet li sabiex tkun eliġibbli li tersaq għat-tieni parti l-passmark tal-ewwel parti kellha tkun 'il fuq minn 70 fil-100, u rriżulta li wara li ħareġ ir-riżultat, tal-ewwel parti tal-eżami,(General Abilty test), din il-passmark tniżżlet minn 70 għal 65 fil-mija, u r-raġuni li ngħatat għal dan it-tibdil fil-marka kienet li numru tal-applikanti li fl-ewwel parti li ġabu 'l fuq minn 70 fil-100 kien 87, liema numru ngħad ma kienx biżżejjed biex jintlew il-postijiet vakanti, u dan meta fil-fatt, issa meta l-validita tar-riżultat waslet biex tgħaddi għadhom ġew ingġaġati 80 biss; u
d) Jista' jgħid jekk hemmx vakanzi għal dan il-grad u jekk fl-affermattiv jista' jgħid f'liema dipartiment jinsabu dawn il-vakanzi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li minn Marzu 2018 sa meta skada r-rizultat fl-1 ta’ Awwissu 2019, ma sar ebda ingaġġ ieħor.
It-tibdil fil-passmark tal-ewwel parti tal-ezami sar skont il-ftehim settorali ffirmat bejn l-Unions u l-Gvern fil-5 ta’ Frar 2016 u wkoll bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku, li finalment taht l-awspici tagħha jsir kull proċess ta’ għażla.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi beach cleaners li fis-sena 2019 kienu mitluba biex jagħmlul xogħol wara l-ħin f’Kemmuna, u li għadhom ma tħallsux għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x’inhi r-raġuni li għadhom ma tħallsux?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda beach cleaner li ntalab jagħmel xogħol wara il-ħin f’Kemmuna. Għaldaqstant m’hemm ħadd li għandu jitħallas.
Ministeru għal Għawdex, MCAST, Malta Enterprise u Malta Industrial Parks – ftehim
Question
B’referenza għall-ftehim li sar dan l-aħħar bejn il-Ministeru għal Għawdex, l-MCAST, il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks, f’liema ftehim qed jingħad li se jiġi assigurat xogħol kordinat u sinerġija kompleta għal ħaddiema, Għawdxin li jkunu adattati għal ħtiġijiet futuri tas-suq, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim mitlub.
Malta Air Travel Ltd – helicopter bejn Malta u Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm, minn l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena, dwar is-sejħa pubblika li kienet ħarġet mill-Malta Air Travel Ltd (Malta Medair) liema sejħa kienet dwar proposti sabiex jingħażel operatur li jipprovdi servizz ta’ helicopter bħala air link bejn Malta u Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għas-servizz ta’ ħelikopter bejn Malta u Għawdex miexi.
B’referenza għax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ li qed jingħat li twettaq fis-sajf li għadda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex, liema xogħol qed jingħad ammonta għal spiża totali li laħqet il-€5 miljun, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-iskejjel f’Għawdex li fihom sar dan it-tip ta’ xogħol u kemm kien l-ammont tal-ispiża f’kull waħda minn dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dwar manutenzjoni u tisbiħ, fis-sajf li għadda saru xogħlijiet fl-iskejjel f’Għawdex bi spiża ta’ €495,219.46.
L-iskejjel li fihom sar dan it-tip ta’ xogħol u l-ispiża skola skola huma kif se nsemmi:
· Nadur Primarja – xogħol bi spiża ta’ €9,500.00
· Żebbuġ Primarja - xogħol bi spiża ta’ €2,198.00
· Sannat Primarja - xogħol bi spiża ta’ €296,343.26
· San Lawrenz Primarja - xogħol bi spiża ta’ €3,267.00
· Rabat Primarja - xogħol bi spiża ta’ €6,874.00
· Għajnsielem Primarja - xogħol bi spiża ta’ €6,628.00
· Xewkija Primarja - xogħol bi spiża ta’ €1,458.00
· Xagħra Primarja - xogħol bi spiża ta’ €4,791.00
· Qala Primarja - xogħol bi spiża ta’ €58,377.17
· Rabat Skola Medja - xogħol bi spiża ta’ €51,991.73
· Rabat Skola Sekondarja - xogħol bi spiża ta’ €46,238.30
· Xewkija Agri Business Centre - xogħol bi spiża ta’ €6,423.00
· Kerċem Primarja - xogħol bi spiża ta’ €1,130.00
Sptar Ġenerli ta’ Għawdex – Residenza Sant’Anna – tindif ta’ air vents fis-Sezzjoni tal-Anzjani
Question
Peress li air vent units li hemm fis-sezzjoni tal-anzjani fir-Residenza Sant'Anna fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jidher li ilu ma ssir manutenzjoni u tindif fuqhom, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu passi biex isir ix-xogħol u jiġu evitati problemi ta' saħħa lill-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif u l-manutenzjoni fuq is-sistema tal-arja fis-sezzjoni msemmija minnu isir kull xahrejn skont l-iskeda.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Master Plan — applikazzjoni
Question
B'referenza għall-applikazzjoni Numru 7491/16 mal-Awtorità tal-Ippjanar li tipproponi Master Plan fis-sit tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk kienx hemm tibdil mill-Master Plan oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex wasal il-proċess dwar dan il-pjan ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat estensjoni tal-applikazzjoni tal-ippjanar PA7491 / 16. Bħalissa it-tim tal-Master Planning qed jaħdem fuq l-informazzjoni bħala parti minn din l-istess applikazzjoni. Id-disinji sottomessi jinkludu r-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-ippjanar.