Jista' l-Ministru jgħid f’liema stat ta’ saħħa jinsabu bħalissa s-siġar li nqalgħu mit-triq ta’ Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-siġar, li huma maturi, qegħdin jissaqqew b’mod regolari sakemm jerġgħu jiksbu lura saħħithom peress li fl-istaġun tas-sajf dawn is-siġar ibatu bħal kwalunkwe siġra oħra.
Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex kienx hemm żewġ siġar tal-palm (Washingtonia)? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kienu ilhom imħawla dawn is-siġriet? Jista' jgħid ukoll jekk dawn is-siġar tneħħewx u jekk iva, meta u fi x'ħin tneħħew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ġew maqtugħa nhar it-Tlieta, 9 ta’ Ġunju, 2026 bejn is-1.00 p.m u l-5.00 p.m. Id-data tat-tħawwil taż-żewġ siġar tal-palm mhix magħrufa.
Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inkisibx xi permess jew awtorizzazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u/jew minn xi awtorità oħra kompetenti sabiex jitneħħew iż-żewġ siġriet tal-palm (Washingtonia) li kienu jinsabu fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-permess fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ma kinux jinħtieġu permessi sabiex jinqatgħu minħabba li ma humiex siġar indiġeni u/jew endemiċi. Apparti hekk, dawn is-siġriet ma kinux jinsab f’post miftuħ pubbliku.
Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-istruzzjoni sabiex jitneħħew iż-żewġ siġriet tal-palm (Washingtonia) li kienu jinsabu fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għat-tneħħija tagħhom u min wettaq dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ġew maqtugħa abbażi ta’ rapport minn għand arborista. Ix-xogħol twettaq minn Kuntrattur privat.
In-Nadur – Torri ta’ Kenuna – Prevenzjoni ta’ tiġrif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu u meta ser jittieħdu, biex it-Torri ta’ Kenuna jiġi salvat qabel ma jkun tard wisq u jiġġarraf?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li kif is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali jkollha stampa ħolistika tal-istat li jinsab fih is-sit imsemmi, tkun tista’ tibda it-taħdidiet biex isir ix-xogħol neċessarju.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mis-Suprintendenza tal-Wirt Kulturali fl-aħħar sena u nofs biex it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur, Għawdex, ma jitkompliex jiġġarraf?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li s-Sovraintendza tal-Wirt Kulturali għamlet numru ta’ spezzjonijiet fuq is-sit, u sar ukoll kuntatt ma’ numru ta’ stakeholders. Dawn saru bil-għan li tiġi determinata il-kawża taċ-ċaqliq fit-torri u tiġi stabbilita l-azzjoni li trid tittieħed fir-rigward.
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-main dispenser tan-New Water f’Kerċem, Għawdex, aktar ma jkunx qed jaħdem milli jkun operattiv, b’mod partikolari matul l-eqqel tal-istaġun tas-sajf? Tista’ tgħid ukoll għalfejn qed iseħħu ħsarat kontinwi f’dan id-dispenser u għalfejn, minkejja li jiġu rranġati, jerġa’ jinqala’ l-istess difett ftit taż-żmien wara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ħsara li kien hemm fid-dispenser issewwiet u qed jopera b’mod normali.
Kerċem – Akkwati tal-Għadira – Installazzjoni ta’ dispensers tan-New Water
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jsir investiment fl-installazzjoni ta’ dispensers addizzjonali tan-New Water fl-akkwati tal-Għadira, ġewwa Kerċem, Għawdex u jekk iva, tista’ tagħti timelines speċifiċi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’investiment kontinwu biex tkompli tkabbar u tifrex aktar is-sistema tan-New Water, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Bħalissa għaddejja bil-ħidma biex jitkabbar l-impjant ta’ produzzjoni, li sussegwentament għandu jwassal biex l-ammont ta’ New Water jirdoppja fi żmien tliet snin. Għaddejja wkoll b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex biex jitħejja pjan għal tkabbir fin-network u d-dispensers relatati man-New Water matul dan l-istess perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-vapur Nikolaus daħal fid-Dockyard għall-manutenzjoni, kemm kienet l-ispiża ta’ kull manutenzjoni, u min ħallas għal din l-ispiża? Jista’ jagħti ukoll is-sena ta’ meta saret kull manutenzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan konkret tal-Gvern, b’kronoloġija indikattiva, sabiex jinvesti fi flotta moderna, sostenibbli u effiċjenti għall-Gozo Channel?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Opportunitajiet ta’ finanzjament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern mhux qed jagħmel użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffinanzja investiment fi flotta ġdida għall-Gozo Channel?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Kirja tal-vapur Nikolaus – Evalwazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ammont li ntefaq sal-lum fuq il-kirja tal-vapur Nikolaus seta’ jintuża għal investiment sostanzjali fi flotta ġdida għall-Gozo Channel? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll x’inhi l-evalwazzjoni li għamel il-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Tender ġdid għall-provvista ta’ vapur – Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu sabiex jiġi żgurat li t-tender il-ġdid għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel ikun miftuħ għal kompetizzjoni effettiva u ma jkunx imfassal b’tali mod li ma jirċievi l-ebda offerta konformi, bil-konsegwenza li l-Gozo Channel terġa’ tiddependi fuq il-vapur Nikolaus?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Tender ġdid għall-provvista ta’ vapur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif it-tender il-ġdid għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel huwa differenti mit-tenders preċedenti u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet kollha tas-sejħa għall-offerti (tender)?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.