Qorti t’Għawdex – Każijiet ta’ traffikar tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 464 u jgħid kemm-il każ ta’ traffikar ta’ droga tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol f'Marsalforn ħdejn l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, biex sar u kif ukoll jindika l-ispiża sabiex jitneħħa? Jista’ jgħid ukoll min ħallas tali spejjeż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 1095.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ġurnata wara li sar ix-xogħol f'Marsalforn ħdejn l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tneħħa? Jista’ jgħid ukoll jekk l-awtoritajiet konċernati ġewx ikkonsultati qabel beda x-xogħol ta' tneħħija sabiex jiġu evitati ħsarat, inkluż ħsara ambjentali u kif ukoll ħsara fil-baħar tal-madwar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 1095.
Jista' l-Ministru jgħid min awtorizza sabiex isir xogħol f'Marsalforn ħdejn l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jindika x'permessi kien hemm tal-awtoritajiet sabiex seta’ jsir tali xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tiswijiet li kellhom isiru fuq il-passaġġ diġa eżistenti tal-konkos – li ġarrab diversi ħsarat kawża tal-maltempata Harry - kienu koperti permezz ta’ Development Notice; DN 00458/26. Min-naħa l-oħra, il-bqija tal-konkos li tpoġġa fuq il-blat mingħajr awtorizazzjoni tneħħa mmedjatament u s-sit reġa’ lura għal l-istat kif kien qabel.
Għawdex - Pulizija, Forzi Armati u Protezzjoni Ċivili – Żieda fl-uffiċjali u membri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 458 u jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu l-uffiċjali tal-Pulizija, il-Membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u jekk huwa l-każ, meta huwa ppjanat li jsir dan u kemm huwa n-numru ta’ persuni/uffiċjali li se jiżdiedu, kif ukoll ir-rank tagħhom?
L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 451 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 551.
Ix-xogħlijiet fuq iż-żewġ
canopies
issa għaddew għall-fażi li jmiss, li tinkludi l-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl kif ukoll xogħlijiet addizzjonali sabiex jiżdied il-kenn u jiġi assigurat li l-passiġġieri jkunu protetti aħjar mill-elementi.
Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 450 u jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif wkoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 1448.
Fir-rigward tat-Terminal 1 tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex, ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet relatati mal-pedamenti għall-kolonni tal-canopies il-ġodda. Minħabba l-influss sostanzjali ta’ persuni li jkun hemm fl-Imġarr matul il-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija, ix-xogħlijiet se jiġu temporanjament sospiżi matul dan il-perjodu u sussegwentement jitkomplew bil-għan li jitlestew sa Settembru 2026.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il seduta pproċessaw l-uffiċċju tal-Qorti tal-Pulizija f'Għawdex fis-sena 2025 u kemm-il seduta pproċessaw din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm hemm pulizija jaħdmu ġewwa l-imsemmi uffiċċju, jekk humiex full-time jew part-time u x'inhu x-xogħol ta' kull pulizija fl-istess uffiċċju?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li ttellgħet jew li għadhom se jittellgħu fit-Teatru Manoel u teatri oħrajn f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li saru jew li għadhom iridu jsiru ġewwa t-teatri f'Għawdex?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li ttellgħet jew li għadhom se jittellgħu fit-Teatru Manoel u teatri oħrajn f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li saru jew li għadhom iridu jsiru ġewwa t-teatri f'Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jaħdem dejjem b’mod kontinwu u mill-qrib maż-żewġ teatri ewlenin f’Għawdex, u jassisti permezz ta’ fondi mhux biss għall-produzzjonijiet operistiċi, iżda wkoll għal inizjattivi u avvenimenti kulturali oħrajn matul is-sena. Fir-rigward tal-opri, dawn diġà jaqgħu taħt l-iskema The Gozo Cultural Support Programme, li permezz tagħha l-benefiċjarji jingħataw appoġġ finanzjarju ta’ €80,000 kull sena għal perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk, matul is-sena, it-teatri jistgħu japplikaw ukoll għal diversi avvenimenti u inizjattivi oħrajn taħt il-Cultural Fund Scheme, fejn l-għajnuna finanzjarja tingħata skont it-talbiet imressqa u skont il-kriterji applikabbli tal-iskema.
Għawdex – Trasport bil-baħar tan-nar pirotekniku – Miżuri t’għajnuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern sabiex jindirizza ż-żieda sostanzjali fl-ispejjeż tat-trasport bil-baħar tan-nar pirotekniku lejn Għawdex u x'miżuri konkreti t'għajnuna, inkluż dik finanzjarja, qed jikkunsidra li jieħu l-Gvern, jekk dejjem huwa l-każ, sabiex itaffi dawn l-ispejjeż u jassigura li t-tradizzjonijiet tal-festi f'Għawdex ma jkunux kompromessi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Iż-Żebbuġ, Għawdex – Triq Għajn Mhelhel – Prekawzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu sabiex il-parti tat-triq li ċediet fi Triq Għajn Mhelhel fiż-Żebbuġ, Għawdex ma tkunx ta' periklu għal kull min jgħaddi minnha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ħa kull prekawzjoni li kien hemm bżonn - skont il-pariri tekniċi - biex it-triq ma tkunx ta’ periklu għal kull min jgħaddi minnha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date tal-Gvern għat-tlestija u t-tħaddim tal-Qorti l-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-istadju li jinsab fih il-proġett issa u x'passi għad iridu jitlestew qabel jibda jintuża l-bini l-ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date tal-Gvern għat-tlestija u t-tħaddim tal-Qorti l-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-istadju li jinsab fih il-proġett issa u x'passi għad iridu jitlestew qabel jibda jintuża l-bini l-ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lil Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-siġar li nqalgħu mit-triq ta’ Marsalforn mietu wara li ġew rilokati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel inbeda l-progett tat-Triq ta’ Marsalforn saru diversi laqgħat u diskussjonijiet mal-ERA u ma’ Din l-Art Ħelwa sabiex nassiguraw li jiġu ssalvagwardjati l-akbar ammont ta’ siġar u arbuxxelli possibli. Għalkemm kien hemm numru ta’ siġar li kienu koperti bil-permess tal-ERA biex jinqalgħu, wara qbil ma’ Din l-Art Ħelwa, il-Ministeru ddeċieda li għalkemm ċertu tipi ta’ siġar huwa diffiċli li jiġu rikolati, jingħata ċans iehor lil dawn is-siġar u jiġu rilokati minkejja l-fatt li possibilment dawn is-siġar ma jirkuprawx.
Filwaqt li dawn is-siġar qed jiġu assessjati minn arborista u għaddejja l-ħidma biex dawn is-siġar jiġu mgħejjuna ibex jaqbdu, fil-każ li dawn is-siġar ma jirkuprawx, hemm diġa ftehim ma’ Din l-Art Ħelwa kif ukoll proposta maqbula, fejn kull siġra li possibilment se tiġi affetwata, tiġi mibdula b’siġra oħra matura.