Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1520 u jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li
t-tweġiba tingħata f’seduta oħra
.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-proġett tal-parkeġġ fir-Rabat, Għawdex, biswit it-terminal tal-karozzi tal-linja u jindika:
i. f’liema stadju jinsab il-proġett, inkluż fir-rigward tal-ippjanar, il-permessi, il-ħruġ u l-għoti tal-offerti u x-xogħlijiet fuq il-post;
ii. fiex se jikkonsisti l-proġett, inkluż in-numru ta’ spazji għall-parkeġġ u l-faċilitajiet previsti;
iii. x’inhi l-ispiża stmata tal-proġett u kif se jiġi ffinanzjat;
iv. meta huwa ppjanat li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet, u meta l-parkeġġ u l-ġnien mistennija jkunu disponibbli għall-użu tal-pubbliku; u
v. jekk sarx studju dwar l-impatt tal-proġett fuq it-traffiku (Traffic Impact Assessment) u, jekk iva, jgħid x’kienu l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-offerta għax-xogħlijiet ta’ twaqqiegħ, tħaffir, kostruzzjoni u tisbiħ ġiet aġġudikata nhar is-26 ta’ Jannar 2026. L-applikazzjonijiet għall-permessi jinsabu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar ghaldaqstant ix-xoghol ikun jista jibda kif jinhargu l-permessi necessari.
Nirreferik ukoll ghal mistoqsija parlamentari numru 31906.
Jista’ l-Ministru jindika kemm qed jiġu offruti korsijiet tal-Lifelong Learning f’Għawdex, fil-preżent, u jipprovdi lista ta’ dawn il-korsijiet u għal kull kors jindika n-numru ta’ studenti rreġistrati u l-post fejn qed isiru l-lezzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qedgħa titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Fid-dawl li l-iskola f'Għajnsielem, li bħalissa qed tintuża mill-MCAST, ma baqgħetx disponibbli għal-lezzjonijiet tal-Lifelong Learning, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jitwaqqaf ċentru ddedikat f’Għawdex, fuq il-mudell ta’ dak li hemm f’Malta, sabiex il-korsijiet jinġabru f’post wieħed minflok jibqgħu mifruxin f’diversi lokalitajiet? Jista’ jgħid ukoll jekk tali ċentru jkunx jinkludi klassijiet u workshops attrezzati bir-riżorsi u l-għodod meħtieġa għall-korsijiet offruti sabiex l-għalliema u l-istudenti jkollhom faċilitajiet adegwati għat-tagħlim teoretiku u prattiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li huwa żbaljat meta jgħid f’Malta l-korsijiet kollha jingħataw minn post wieħed. Jekk ikun hemm il-fakulta li f'Għawdex isir hekk, bħal dejjem naraw li jiġi provdut l-aħjar servizz.
Qorti u Tribunal t’Għawdex - Każijiet ta’ pussess tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 465 u 1115 u jgħid kemm-il każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga ġie rrappurtat jew tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex u quddiem it-Tribunal matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’dawn il-każijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Numru ta’ każi ta’ pussess sempliċi ta’ droga rrapurtati f'Għawdex
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti skond data tal-Pulizija
Numru ta’ persuni mressqa fit-Tribunal skond data mis-sistema LES
2024
14
Nil
3 pussess ta’ kannabis
3 pussess ta’ kokaina
4 pussess ta’ eroina
2025
9
2 pussess ta’ kokaina
2 pussess ta’ kannabis
2 pussess ta’ kokaina
3 fuq konsum ta’ kannabis fil-pubbliku
2026 sa Settembru
8
1 Pussess ta’ Kannabis
1 pussess ta’ kokaina
1 pussess ta’ kannabis
5 fuq konsum ta’ kannabis fil-pubbliku
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq il-bini tal-Qorti l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, u meta huwa mistenni li l-Qorti ta’ Għawdex tibda topera minn dan il-bini?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 2135 li ngħatat fis-seduta tad-19 ta’ Ottubru 2026 ta’ din il-Leġislatura.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq il-bini tal-Qorti l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, u meta huwa mistenni li l-Qorti ta’ Għawdex tibda topera minn dan il-bini?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment li sar fl-iskola tal-ITS f’Għawdex, inkluż f’xogħlijiet strutturali, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-natura ta’ kull investiment u l-ispiża tiegħu, kif ukoll l-ammont totali li ntefaq matul dan il-perjodu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment li sar fl-iskola tal-ITS f’Għawdex, inkluż f’xogħlijiet strutturali, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-natura ta’ kull investiment u l-ispiża tiegħu, kif ukoll l-ammont totali li ntefaq matul dan il-perjodu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati mal-ITS f’Għawdex bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena u jagħti rendikont tan-numru ta’ studenti għal kull kors li kienu qed isegwu? Jista’ jgħid ukoll liema korsijiet ġew offruti f’Għawdex f’kull waħda minn dawn is-snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ student irreġistrati fl-ITS Għawdex għas-snin 2020 sa 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid liema korsijiet qed jiġu offruti attwalment mill-ITS f’Għawdex u jekk hemmx pjanijiet biex jiżdiedu korsijiet ġodda? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn il-korsijiet u meta huwa mistenni li jiġu introdotti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin tlett korsijiet full-time fl-ITS ġewwa Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin l-ITS se timbarka fuq proġett biex jibdew id-diskussjonijiet mal-istakeholders kollha li għandhom interess dirett fis-settur turistiku ġewwa Għawdex biex eventwalment jiġu mnedija programmi ta’ taħriġ kemm għal studenti li jridu jidħlu fl-industrija, kif ukoll għal ħaddiema attwali ħalli jitjieb il-kwalita’ tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti attwalment irreġistrati mal-ITS f’Għawdex u jagħti rendikont tan-numru ta’ studenti għal kull kors li qed jiġi offrut?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena akkademika qegħdin jiġu offruti tlett korsijiet full-time ġewwa l-ITS Għawdex li għalihom hemm irreġistrati sitta (certificate in Food Preparation & production), erbgħa (Foundation in Hospitality & Tourism) u ħames student (BSc in Diving Safety Management).
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett tal-Mużew fir-Rabat, Għawdex, x’xogħlijiet għad fadal isiru u meta huwa mistenni li jitlesta? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-istima oriġinali tal-ispiża ta’ dan il-proġett u kemm intefaq fuqu sal-lum?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett tal-Mużew fir-Rabat, Għawdex, x’xogħlijiet għad fadal isiru u meta huwa mistenni li jitlesta? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-istima oriġinali tal-ispiża ta’ dan il-proġett u kemm intefaq fuqu sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mużew ta’ Għawdex se jinfetaħ għall-pubbliku fix-xhur li ġejjin. Ix-xogħlijiet waslu f’aħħar fażi, fejn issa qed jitlestew l-installazzjonijiet ta’ vetrini li se jospitaw madwar elf artifatt u oġġetti oħra ta’ valur. Dan il-mużew, li se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu mhux biss f’Għawdex iżda wkoll f’Malta, se jkollu rwol ċentrali fil-Victoria 2031.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat investiment fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, li jservi r-rotot lejn Buġibba u Tas-Sliema? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar fiex se jikkonsisti dan l-investiment u meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej xogħol biex itejjeb il-faċilitajiet fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, għall-passiġġieri li jużaw ir-rotta bejn Għawdex, Buġibba u Tas-Sliema, bil-għan li tkompli ttejjeb il-faċilitajiet u toffri esperjenza aktar komda u konvenjenti.
Dan l-investiment se jinkludi tinda adegwata għall-kenn tal-passiġġieri, uffiċċju għall-bejgħ tal-biljetti u bankijiet għal dawk li jużaw is-servizz. Dawn it-titjibiet ser jikkontribwixxu għal terminal aktar modern, funzjonali u attrezzat għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri, bix-xogħlijiet mistennija jitlestew sal-ewwel kwart tal-2027.
Barra minn hekk, ta’ min jenfasizza l-ħidma tal-Imġarr Port Task Force, li għandha rwol importanti fit-tfassil ta’ pjan infrastrutturali komprensiv u viżjoni ħolistika fit-tul għall-Port tal-Imġarr.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, li jservi lill-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn il-Belt, Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk iż-żona ta’ stennija għall-passiġġieri hijiex se tkun magħluqa u mgħammra b’arja kundizzjonata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, li jservi l-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn il-Belt Valletta, jinsabu għaddejjin u huma mistennija jitlestew sal-aħħar ta’ Ottubru.
Fir-rigward tal-faċilitajiet għall-passiġġieri, iż-żona ta’ stennija ġiet imfassla bħala spazju miftuħ u arjuż, li jippermetti ċirkolazzjoni naturali tal-arja.
Qorti t’Għawdex - Każijiet ta’ traffikar tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 464 u 1114 u jgħid kemm-il każ ta’ traffikar ta’ droga tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’kull każ?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed nippreżenta tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Sena
Numru ta’ każi ta’ pussess sempliċi ta’ droga rrapurtati f'Għawdex
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti skond data tal-Pulizija
Numru ta’ persuni mressqa fit-Tribunal skond data mis-sistema LES
2024
14
Nil
3 pussess ta’ kannabis
3 pussess ta’ kokaina
4 pussess ta’ eroina
2025
9
2 pussess ta’ kokaina
2 pussess ta’ kannabis
2 pussess ta’ kokaina
3 fuq konsum ta’ kannabis fil-pubbliku
2026 sa Settembru
8
1 Pussess ta’ Kannabis
1 pussess ta’ kokaina
1 pussess ta’ kannabis
5 fuq konsum ta’ kannabis fil-pubbliku
Għawdex - Pulizija, Forzi Armati u Protezzjoni Ċivili – Żieda fl-uffiċjali u membri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 458 u 1048 u jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu l-uffiċjali tal-Pulizija, il-Membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u jekk huwa l-każ, meta huwa ppjanat li jsir dan u kemm huwa n-numru ta’ persuni/uffiċjali li se jiżdiedu, kif ukoll ir-rank tagħhom?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-korpi dixxiplinati kollha minn żmien għal żmien ikun hemm ingaġġ skont il-ħtieġa.
F’kull ingaġġ dejjem nieħdu t-taqsimiet kollha in konsiderazzjoni, inkluż it-taqsimiet li jservu f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 958 u jgħid kemm-il seduta pproċessaw l-uffiċċju tal-Qorti tal-Pulizija f'Għawdex fis-sena 2025 u kemm-il seduta pproċessaw din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm hemm pulizija jaħdmu ġewwa l-imsemmi uffiċċju, jekk humiex full-time jew part-time u x'inhu x-xogħol ta' kull pulizija fl-istess uffiċċju?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li l-uffiċċju tal-Qorti tal-Pulizija f'Għawdex ipproċessat mija u wieħed u tletin (131) seduta fis-sena 2025 u mitt (100) seduta sa Settembru tas-sena 2026.
Bħalissa hemm seba’ uffiċjali li huma kollha fulltime, Żewġ uffiċjali huma responsabbli għal preparamenti ta’ ċitazzjonijiet u akkużi u dokumenti relatati mas-seduti, waqt li dawn jattendu wkoll għal kull seduta tad-distrett. Żewġ uffiċjali oħra huma responsabbli biex iwasslu ċ-ċitazzjonijiet tas-seduti qabel id-data ta’ kull seduta fil-ħin stabbilit mill-liġi, waqt li tnejn oħra jsegwu proċessi ġenerali oħra, li jinkludu d-doveri marbuta mal-aġġornament ta’ rekords kriminali, fost l-oħrajn.
Dan apparti d-dmirijiet l-oħra li jwettaq kull wieħed minn dawn l-uffiċjali, lil hinn minn dawk marbuta speċifikament mas-seduti inkwistjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 957 u jgħid kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li ttellgħet jew li għadhom se jittellgħu fit-Teatru Manoel u teatri oħrajn f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li saru jew li għadhom iridu jsiru ġewwa t-teatri f'Għawdex?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-Teatru Manoel ma jittellgħux biss opri, imma jsiru rappreżentazzjonijiet differenti li jinkludu fost l-oħrajn mużika, drama, żfin, u Toi Toi (programm ta’ tagħlim u parteċipazzjoni għat-tfal). Ġejt infurmat li s’issa din is-sena diga’ ittellgħu 54 rapreżentazzjoni fit-Teatru Manoel, li għalihom attendew ’il fuq minn 26,500 persuna. Waħda minn dawn ir-rappreżentazzjonijiet kienet l-Opera Falstaff.
Fir-rigward tat-tieni mistoqsijia, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 956.