Kunsill Lokali – Karigi amministrattivi u klerikali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-karigi amministrattivi u klerikali li kull kunsill lokali huwa obbligat li jkollu jew li huma previsti fl-istruttura tal-persunal tiegħu, u tagħti, għal kull kariga, l-isem uffiċjali, l-iskala tas-salarju u l-għadd ta’ postijiet previsti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-karigi amministrattivi u klerikali f'kull Kunsill Lokali huma dawk indikata fil-ftehim kollettiv għall-Ħaddiema Klerikali ġewwa l-Kunsilli Lokali u Reġjonali (2024-2028). Il-Kunsill mhux obbligat li jimla jew ikollu persuna għal kull kariga u sta għall-Kunsill li jiddeċiedi kemm jimpjega persuni u f'liema postijiet.
L-Università ta' Malta u l-MCAST – Studenti Għawdxin – Lectures permezz ta’ videoconferencing
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex studenti Għawdxin li jattendu korsijiet fl-Università ta' Malta kif ukoll l-MCAST jingħataw il-fakultà sabiex jattendu għal lectures ġewwa l-Campus tal-Università u l-Campus tal-MCAST f'Għawdex u dan permezz ta' videoconferencing mill-campus rispettiv f'każ ta' maltemp u diffikultajiet oħra li l-istudenti jistgħu jiltaqgħu magħhom li jfixkilhom milli jattendu għal lectures fil-ħin f'Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor.Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistqosija Parlamentari 2246.
L-Università ta’ Malta u l-MCAST f’Malta – Studenti Għawdxin – Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu sabiex l-istudenti Għawdxin li jattendu l-MCAST jew l-Università ta’ Malta ma jiġux irreġistrati bħala assenti meta jaslu tard għal-lezzjonijiet minħabba dewmien jew tfixkil fis-servizzi tal-Gozo Channel, tal-Fast Ferry jew tal-linja, għal raġunijiet li ma jkollhomx kontroll fuqhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’kazijiet bhal dawn l-MCAST timmarka l-istudenti excused meta l-istudent jaghti prova li kien hemm dewmien minhabba l-vapur.
Infurmat ukoll li kull meta l-istudent jiltaqa ma xi diffikultà li ma tkunx fil-kontroll tagħhom l-Università ta’ Malta taghti il-faċilità lill-istudenti sabiex jew javżaw l-uffiċċju tal-Fakultà jew inkella lill-lecturer rispettiv . F’każijiet fejn jiġi stabbilit li hemm raġuni valida, l-istudent konċernat ma jiġix reġistrat bħala assenti.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Finanzjament mill-UE
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern mhux qiegħed jagħmel użu minn opportunitajiet ta' finanzjament offruti mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffinanzja l-investiment fi flotta ġdida tal-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea allokati għal Malta għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027 ma jipprevedux għal finanzjament għax-xiri ta’ flotta ġdida ta’ bastimenti għall-Gozo Channel.
Ir-Rabat, Għawdex - Triq Giorgio Borg Olivier u Triq l-Għaxra ta’ Ġunju 1887 - Victoria Parking Area - Proġett
Question
B’rabta mal-proġett ta’ parkeġġ taħt l-art fuq diversi livelli u ġnien pubbliku fis-sit tal-Victoria Parking Area, fi Triq Giorgio Borg Olivier u Triq l-Għaxra ta’ Ġunju 1887, fir-Rabat, Għawdex, jista’ l-Ministru jindika:
i. f’liema stadju jinsab il-proġett, inkluż fir-rigward tal-ippjanar, il-permessi, il-ħruġ u l-għoti tal-offerti u x-xogħlijiet fuq il-post;
ii. fiex se jikkonsisti l-proġett, inklużi n-numru ta’ livelli taħt l-art, in-numru ta’ spazji għall-parkeġġ, id-daqs tal-ġnien pubbliku u l-faċilitajiet previsti;
iii. x’inhi l-ispiża stmata tal-proġett u kif se jiġi ffinanzjat; u
iv. jekk sarux studji dwar l-impatt tal-proġett fuq ir-residenti u n-negozji fl-inħawi, kif ukoll dwar l-impatt fuq it-traffiku (Traffic Impact Assessment) u, jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, u jekk jistax iqiegħed kopja ta’ dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm żewġ applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar relatati mal-proġett tal-Victoria Parking Area. L-applikazzjoni PA/04986/25 tirrigwarda l-iżvilupp ta’ parkeġġ taħt l-art fuq diversi livelli u ġnien pubbliku, filwaqt li l-applikazzjoni PC/00004/26 tirrigwarda allinjament ġdid tat-triq. Il-proġett jinkludi l-bini ta’ parkeġġ taħt l-art b’kapaċità ta’ madwar 300 vettura, fis-sit fejn attwalment jinsab il-grawnd tal-futbol eżistenti. Fuq il-parkeġġ se jinbena grawnd tal-futbol b’wiċċ ta’ ħaxix artifiċjali. Ta’ min jinnota li, permezz tal-proġetti tal-Victoria Park kif wkoll dak propost f’ Pjazza l-Assedju l-Kbir, il-kapaċità tal-parkeġġ fiċ-ċentru tar-Rabat mistennija tkun ta madwar 600 spazju. Fl-istess waqt, dawn il-proġetti se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ aktar spazji pubbliċi miftuħa u ħodor, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ambjent urban u jinħolqu aktar spazji rikreattivi għall-familji.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1520 u 3323 u jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3177 u jagħti rendikont tal-investiment li sar fl-iskola tal-ITS f’Għawdex, inkluż f’xogħlijiet strutturali, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-natura ta’ kull investiment u l-ispiża tiegħu, kif ukoll l-ammont totali li ntefaq matul dan il-perjodu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-2020 ‘l hawn sar investiment ta’ €62,425.09 fil-kampus tal-ITS ġewwa Għawdex. Dawn kienu jinkludu xogħlijiet ta’ elettriku u ilma, suffetti u ġipsum, airconditioners, fran, laptops u boiler fost l-oħrajn. Dan l-ammont ma jinkludix manutenzjoni ta’ affarijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien.
Malta u Għawdex - Testijiet tal-prattika - Kategorija B
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-prattika għall-kisba tal-liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, f'Malta u Għawdex separatament, filwaqt li jispeċifika kemm minnhom għaddew u kemm m'għaddewx mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella segwenti:
Sena
Malta
Għaddew
Malta
M'għaddewx
Malta
Total Testijiet
Għawdex
Għaddew
Għawdex
M'għaddewx
Għawdex
Total Testijiet
2024
4,340
5,736
10,076
341
438
779
2025
4,111
6,696
10,807
465
524
989
2026 Jan.-Sett.
2,912
5,962
8,874
387
480
867
Ir-Rabat, Għawdex - Triq Fortunato Mizzi - Spazji ta' parkeġġ
Question
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ parkeġġ fir-Rabat, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu sabiex l-ispazji ta’ parkeġġ pubbliku fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex, jiġu organizzati b’mod aktar effiċjenti u ekwu, bil-għan li jiżdied kemm jista’ jkun l-għadd ta’ spazji disponibbli?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispazji ta’ parkeġġ pubbliku fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex, huma diġà organizzati. Għaldaqstant, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jiċċara għal liema sezzjoni tat-triq qed jirreferi, sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni dwar jekk hemmx lok għal titjib fl-organizzazzjoni tal-parkeġġ f’dik iż-żona.
L-Imġarr, Għawdex – Fast Ferry Terminal – Nefqa fuq tinda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa jew kemm qed tiġi tiswa t-tinda għall-passiġġieri tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, fuq ir-rotta Mġarr-Buġibba-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
L-Imġarr, Għawdex – Fast Ferry Terminal – Nefqa fuq iż-żona ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa t-tisqifa fiż-żona ta’ stennija għall-passiġġieri fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, li jservi l-vjaġġi lejn il-Belt Valletta, inklużi l-ispejjeż tad-disinn, ix-xiri u l-installazzjoni tagħha, u jagħti rendikont separat ta’ kull nefqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għat-tisqifa fiż-żona ta’ stennija tat-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, kienet ta’ €181,773.80, (eskluż l-VAT).
Jista’ l-Ministru jgħid, għall-perjodu mill-2020 sal-2026, maqsuma sena b’sena:
i. kemm kien in-numru ta’ trabi li twieldu fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, separatament għal kull sptar; u
ii. kemm mit-trabi li twieldu fl-Isptar Mater Dei kienu tfal ta’ ommijiet residenti f’Għawdex fil-mument tat-twelid?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ trabi li twieldu fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bejn l-2020 u l-2025 jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sptar
2020
2021
2022
2023
2024
2025
Mater Dei
4153
4121
4025
4205
4090
4060
Gozo General
330
303
302
292
289
329
Infurmat ukoll li t-trabi li twieldu fl-Isptar Mater Dei u li kienu tfal ta’ ommijiet irrapportati bħala residenti f’Għawdex bejn l-2020 u l-2025 huma kif jidhru hawn taħt:
Reported Locality of Maternal
Residence for babies born at MDH
2020
2021
2022
2023
2024
2025
Malta
4122
4092
3980
4172
4058
4022
Gozo
30
25
40
33
32
38
Unknown locality
1
4
5
0
0
0
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja l-ġdida tal-Qorti f’Għawdex hijiex se tinkludi parkeġġ apposta għall-ġudikatura, l-avukati, il-ħaddiema u l-pubbliku, u kemm se jkun hemm spazji għal dan il-għan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja l-ġdida tal-Qorti f’Għawdex hija ppjanata li tinkludi faċilitajiet ta’ parkeġġ. Madankollu, f’dan l-istadju tal-proġett, għadu prematur li tingħata informazzjoni aktar dettaljata dwar it-tqassim tal-ispazji ta’ parkeġġ u l-allokazzjoni tagħhom. Aktar dettalji dwar dan l-aspett ikunu jistgħu jingħataw iktar il-quddiem fl-implementazzjoni tal-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2243 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 456, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-Pulizija stazzjonati fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Malta u f’Għawdex bejn l-2016 u l-2026, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika r-rank tal-uffiċjali stazzjonati f’din l-Iskwadra għal kull waħda minn dawn is-snin, b’taqsima separata għal Malta u għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll, għal kull sena msemmija, kemm minn dawn l-uffiċjali kienu assenjati xogħol amministrattiv (fl-uffiċċju) u kemm kienu assenjati xogħol operattiv fuq barra, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 3504, infakkru wkoll li, kif intqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 456, il-Korp tal-Pulizija għandu skwadra waħda ta’ kontra d-droga li tkopri l-pajjiż kollu, inkluż Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-membri kienu assenjati xogħol amministrattiv jew xogħol fl-uffiċċju u kemm minn dawn il-membri kienu assenjati dmirijiet operattivi fuq barra?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Fost dawn hemm uffiċjali li jesegwixxu xogħol amministrattiv.
Sena
2022
2023
2024
2025
2026
Ammont Totali
39
38
54
77
75
Forzi Armati ta’ Malta – Membri stazzjonati f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-membri kienu assenjati xogħol amministrattiv jew xogħol fl-uffiċċju u kemm minn dawn il-membri kienu assenjati dmirijiet operattivi fuq barra?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ membri tal-FAM stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Fost dawn hemm uffiċjali li jesegwixxu xogħol amministrattiv.
Sena
2021
2022
2023
2024
2025
2026
Ammont Totali
65
82
81
81
96
94
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-membri kienu assenjati xogħol amministrattiv jew xogħol fl-uffiċċju u kemm minn dawn il-membri kienu assenjati dmirijiet operattivi fuq barra?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena kien kif jidher fit-tabella. Din tinkludi dettalji dwar il-membri assenjati xogħol amministrattiv jew xogħol fl-uffiċċju. Dawk il-membri assenjati dmirijiet operattivi fuq barra u CPT huma nklużi.
Data
Total
31.12.2021
111
31.12.2022
112
31.12.2023
118
31.12.2024
123
31.12.2025
126
23.10.2026
129
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ membri ta’ kull wieħed mill-korpi dixxiplinati li ġejjin, li jinsabu fuq il-lista ta’ stennija sabiex jiġu trasferiti biex jaħdmu f’Għawdex:
i. il-Korp tal-Pulizija;
ii. il-Forzi Armati ta’ Malta; u
iii. d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li fi ħdan il-Korp tal-Pulizija hemm 154 uffiċjal li huma rreġistrati bħala residenti Għawdex u li huma eliġibbli sabiex jiġu trasferiti biex jaqdu dmirijiethom f’Għawdex, filwaqt, li fil-Forzi Armati ta’ Malta hemm 91 persuna residenti Għawdex, li huma eliġibbli sabiex jiġu stazzjonati Għawdex skont il-kriterji stabbiliti.
Min-naħa l-oħra, fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fil-preżent ma hemm l-ebda ħaddiem irreġistrat bħala residenti Għawdex li jinsab fuq il-lista ta’ dawk eliġibbli sabiex jiġi trasferit biex jaqdi dmirijietu f’Għawdex. It-trasferimenti tal-membri jsiru skont l-esiġenzi tas-servizz u d-disponibbiltà tal-postijiet vakanti.
Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward ta’ Għawdex:
i. kemm hemm proprjetajiet ipprovduti mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali, kemm minn dawn il-proprjetajiet huma okkupati u kemm huma vakanti u disponibbli għall-allokazzjoni;
ii. kemm hemm individwi u familji li bħalissa qed jgħixu f’dawn il-proprjetajiet; u
iii. kemm hemm individwi u familji li qed jibbenefikaw minn għajnuna għall-akkomodazzjoni jew minn sussidji fuq il-kera, b’ċifri separati għal kull skema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li fir-rigward ta’ Għawdex, l-Awtorità tad-Djar għandha total ta’ 338 proprjetajiet residenzjali li jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali. Minn dawn it-338 proprjetà, hemm 21 proprjetà li huma vakanti u 19 minnhom disponibbli għall-allokazzjoni.
Fir-rigward ta’ Għawdex, in-numru ta’ applikazzjonijiet li bħalissa qed jibbenefikaw mill-għajnuna taħt l-iskemi rispettivi huwa kif ġej:
Housing Benefit Scheme (HBS): 280 applikazzjoni
Skema Kera Protetta (SKP): 28 applikazzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra l-installazzjoni ta’ speed humps (sleeping policemen) jew miżuri oħra biex titnaqqas il-veloċità tal-vetturi fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, bil-għan li tittejjeb is-sigurtà u jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku f’din it-triq? Jekk iva, liema miżuri huma ppjanati u meta se jiġu implimentati?