Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif ukoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Fontana – Triq tal-Għajn – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tender relatata max-xogħlijiet fi Triq tal-Għajn, il-Fontana, u jindika jekk dawn ix-xogħlijiet jinkludux ukoll l-isqaqien li jagħmlu parti minn jew li jagħtu għal din it-triq? Jekk l-imsemmija sqaqien mhumiex inklużi fil-proġett, jista’ jgħid ukoll ir-raġuni għaliex dawn ġew esklużi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender CT2146/2026 - Works - Tender for the Reconstruction and Resurfacing of Triq Tal-Għajn, Fontana in an Environmentally Friendly Manner ġie ppublikat nhar is-7 ta’ Mejju 2026. Is-sottomissjonijiet għalqu nhar l-10 ta’ Ġunju li għadda. Bħalissa qed jiġu evalwati s-sottomissjonijet. Il-proġett – li huwa wieħed ħolistiku – għandu l-għan li jtejjeb l-aċċessibilita tat-toroq, fl-istess waqt li jagħti importanza lill-aspett l-ambjentali u lill-karatteristiċi partikolari taż-żona.

Ix-Xagħra u r-Rabat, Għawdex – Triq Karkar u triq ġdida fi Triq l-Ewropa – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ta' asfaltar fi Triq Karkar, ix-Xagħra u fi triq ġdida mingħajr isem fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex u kif ukoll jindika timelines speċifiċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li dawn ix-xogħlijiet se jsiru skont il-prijoritajiet tal-Ministeru.

L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif ukoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Marsalforn - Triq prinċipali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fit-triq prinċipali ta’ Marsalforn, f’Għawdex? Jista’ ukoll jindika x’inhu l-perċentwal tax-xogħlijiet li tlestew u meta mistenni li l-imsemmija triq titlesta kompletament b’timelines speċifiċi? Jekk sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fl-imsemmija triq, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq tinfetaħ b’mod temporanju fuq żewġ karreġġjati, sabiex l-aċċess ma jkunx limitat biss għall-vetturi li jkunu sejrin fid-direzzjoni ta’ Marsalforn, iżda jkun possibbli wkoll għall-vetturi li jkunu telgħin minn Marsalforn fid-direzzjoni tar-Rabat, Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa tlestew madwar 93% tax-xogħlijiet fit-Triq Ġorġ Pisani, Patri Giacintu Camenzuli u l- junction ta’ bejn Triq il-Kappuċini u Triq Marsalforn, 70% minn wara l-bridge tal-Grazzja sa Ta’ Mena u 57% mit-tarf tal-proġett sad-daħla tal-Wied ta’ Marsalforn.  Ix-xogħol minn ħdejn Ta’ Mena sad-dahla tal-Wied ta’ Marsalforn mistenni jibda hekk kif tinfetaħ it-triq fuq zewġ karregjati.  Ix-xogħol kollu huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena Diċembru 2026. Bhalissa ix-xogħol għaddej simultanjament fuq diversi bnadi tul din it-triq t’aktar minn 3km. Għandek xogħol fuq il-karreġġjata tax-xellug fil-parti bejn il-Wied tal-Grazzja sa Ta’ Mena u għaddej ukoll xogħol fuq iz-zewġ karreġġjati mid- diversion tal-wied ta’ Marsalforn sar- Reef Hotel . Ser inkunu qed nagħtu l-ewwel saff ta’ tarmac f’dawn iz-zoni msemmija fil-ġimgħat li ġejjin peress li ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq u tpoġġija ta’ servizzi ġodda jinsab fi stadju avvanzat. Waqt li qed isir dan ix-xogħol qed isiru ukoll xogħlijiet relatati ma’ tibdil u tpoġġija ta’ servizzi ġodda li ġew mitluba minn entitajiet diversi. Il-ħsieb huwa li t-triq tinfetaħ b’mod temporanju fuq zewġ karreġġjati fil-ġimgħat li ġejjin biex tiffaċilita aktar l-accessibilita’ minn u lejn Marsalforn.