Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena – Lokalità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema lokalità huma ż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena – Piena karċerarja, ordni ta’ probation u sentenza sospiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025, ingħataw piena karċerarja, ordni ta’ probation u sentenza sospiża?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar akkużi li nstabu ħatja fuqhom iż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena u li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025, kienu subien u kemm kienu bniet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Kapaċità ta’ pproċessar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ hijiex mistennija tipproċessa sa 350,000 tunnellata ta’ demel u skart agrikolu fis-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda l-bini u meta mistennija tibda topera l-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Spiża u tul tal-konċessjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża stmata tal-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ u kemm se tkun twila l-konċessjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex ippjanata konsultazzjoni pubblika mar-residenti u n-negozji tal-Mellieħa dwar il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Konsultazzjoni ma’ Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx ikkonsultata dwar it-traffiku addizzjonali li se tiġġenera l-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ġiex ikkonsultat dwar il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ, u jekk iva, meta u x’kienet ir-risposta tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ġietx ikkonsultata dwar il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ, u jekk iva, x’kienet ir-risposta tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Impatt fuq it-turiżmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt tal-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ fuq it-turiżmu fil-Mellieħa, partikolarment fuq il-Bajja tal-Mellieħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Miżuri kontra l-kontaminazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri huma ppjanati biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-art, tal-ilma tal-pjan u tal-baħar mill-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji dwar l-impatt tal-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ fuq il-kwalità tal-arja, l-istorbju u l-irwejjaħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Studju dwar l-impatt fuq it-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt tat-traffiku addizzjonali li se tiġġenera l-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ fuq it-toroq tal-Mellieħa, u jekk iva, iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Impatt fuq it-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jiżdiedu l-vjaġġi ta’ trakkijiet kuljum minn u lejn il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Teħid ta’ art agrikola
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tittieħed art agrikola għall-bini tal-Faċilità Nazzjonali għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ, u jekk iva, kemm?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex intgħażlet iż-żona tal-Qammiegħ, fil-Mellieħa, għall-bini tal-Faċilità Nazzjonali għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu, u liema siti alternattivi ġew ikkunsidrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.