Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Buni, Birżebbuġa — xogħlijiet ta' dredging

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdumu x-xogħlijiet ta' dredging li qed isiru mill-Freeport fin-naħa ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' dredging fin-naħa ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa huma kkuntrattati mill-kumpannija privata Malta Freeport Terminlals Ltd. Ix-xogħlijiet ta' dredging fl-ilmijiet tal-Freeport mistennija jispiċċaw fl-aħħar ta' din is-sena 2011.(PA 7189/07) Ix-xogħlijiet ta' dredging ħdejn il-West quay hu maħsub li jibdew fl-aħħar kwart ta' din is-sena 2011. (PA 4819/07)
Leg 11 PQ #27073 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

inkjesti maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu inkjesti maġisterjali mill-bidu tas-sena sal-lum? Jista' jgħid kemm kienu u liema maġistrati huma inkwerenti f'dawn l-inkjesti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena infetħu 404 inkjesta, 392 f'Malta u 12 f'Għawdex. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #27075 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — faċilitajiet tal-forensika

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-faċilitajiet tal-forensika tal-Korp tal-Pulizija u jekk hemmx il-ħsieb li jiġu miżjuda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fit-Dipartiment tal-Forensika tal-Korp tal-Pulizija, hemm dawn it-Sezzjonijiet: Is-sezzjoni tal-Ballistika Is-sezzjoni tal-Fotografija Is-sezzjoni tal-Impronti Digitali (Fingerprints) Is-sezzjoni tax-xena tar-reat magħrufa wkoll bħala Scene of the Crime Is-sezzjoni tad-Dokumenti magħrufa wkoll bħala National Document Examination Unit Infurmat ukoll li qed isiru preparamenti sabiex tiġi introdotta sistema ta’ DNA (Database Management System) u tinbidel is-sistema tal-AFIS (Automatic Fingerprints Identifiaction System) għal waħda ġdida.
Leg 11 PQ #26163 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sptar Monte Carmeli — Forensic Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel fil-Forensic Unit ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u kemm hemm priġunieri? Kemm minn dawn il-priġunieri huwa sentenzjati u kemm minnhom qiegħed detenuti għax ma ngħatawx ħelsien mill-arrest?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Forensic Unit hemm 12-il kamra. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 50 priġunier, 31 sentenzjati u 19 arrestati.
Leg 11 PQ #25409 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — apparat ta' video recording

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Korp tal-Pulizija jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom apparat sabiex isir video-recording tal-interrogazzjonijiet tal-persuni arrestati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-istallazzjoni neċessarja sabiex l-interrogazzjoni ta' persuni arrestati jiġu reġistrati bil-video-recording.
Leg 11 PQ #25410 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni akkużati li jgawdu mill-benefiċċju tal-ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkużata, u li kienet tgawdi l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, instabet ħatja li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest sena b'sena, mis-sena 2008 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuni misjuba ħatja li kissru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mis-sena 2008 sat 12 ta’ Arpil ta’ din is-sena, kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2008 2009 2010 2011* 46 43 57 14 * sat’12/04/11
Leg 11 PQ #25411 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li jgawdu minn benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkużata u li kienet tgawdi l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest ħarbet minn dawn il-gżejjer mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni kienu ta' nazzjonalità Maltija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 29 persuna li kienu jgawdu l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest li ma jistgħux jinstabu u li huwa maħsub li ħarbu minn dawn il-Gżejjer. Minn dawn 3 huma Maltin.

Żurrieq — Triq Rettur Dun Salv Farrugia, Bubqara - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet fuq il-parti rimanenti ta' Triq ir-Rettur Dun Salv Farrugia, Bubqara, Żurrieq liema parti tikkonsisti f'tul ta' ċirka 30 metru li tinsab fin-nofs ta' din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq taqa' taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali, din mhix inkluża fil-Programm ta' 202-il triq li se jinbnew fix-xhur li ġejjin għax il-persentaġġ ta' binjiet eżistenti ma' jaqbiżx is-70 % li hu l-benchmark minimu biex triq tkun tista' tinbena.

Żurrieq — Bubaqra - Triq Dun Nard Mallia - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fuq il-parti rimanenti ta' Triq Dun Nard Mallia f'Bubaqra, Żurrieq, peress li t-triq hija ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet rimanenti huma responsabiltà tal-kunsill lokali.
Leg 11 PQ #24729 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali — persuni arrestati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24115, fejn irriżulta li 709 persuna utilizzaw il-jedd għal parir legali ai termini tal-Att 355 tal-Kodiċi Kriminali minn total ta' 2994 persuna li ġew arrestati mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, fil-perjodu minn Frar 2010 sat-28 ta' Frar 2011, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-total ta' persuni arrestati (2994) fil-fatt ġew imressqa l-qorti u akkużati b'reati? Jista' jgħid kemm mill-persuni li pprevalew ruħhom mill-jedd għall-parir legali (709) fil-fatt tressqu l-qorti u akkużati f'reati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #24751 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — audio u video recordings

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema apparat għall-video u audio recording ta' interogazzjonijiet jinsabu għad-dispożizzjoni tal-Korp tal-Pulizija? Hemm il-ħsieb li dan l-apparat jiżdied fl-ammont jew kwalità tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija fil-preżent għandha apparat speċjalizzat ta’ cassette audio recording li jirrikordja fuq tliet cassettes b’mod simultanju. Dan jintuża ġeneralment waqt l-investigazzjonijiet ta’ reati kriminali ta’ ċertu gravità. Hemm il-ħsieb li fil-futur ikun hemm up grading ta’ dan l-apparat.

Żurrieq — Triq Fra Luca Zurchi - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fuq il-parti rimanenti ta' Triq Fra Luca Zurchi fiż-Żurrieq, peress li t-triq hija ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tender għal dawn ix-xogħlijiet se jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħlijiet jinbdew ladarba ssir l-aġudikazzjoni tal-istess tender.

power station ta' Delimara — konformità mad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant eżistenti u l-livell ta' emmissjonijiet mill-power station ta' Delimara humiex kompletament konformi mad-Direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa kkonfermat li l-impjant eżistenti ġewwa Delimara Power Station u l-livell ta’ emissjonijiet huma konformi mad-direttivi applikabbli tal-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #24115 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali — persuni arrestati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm-il persuna kienu arrestati mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali minn Frar 2010 sal-lum u b) kemm minn dawn il-persuni ipprevalew ruħhom mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati ai termini tal-Att 355 AT tal-Kodiċi Kriminali (Kapitlu 9)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Frar tal-2010 u Frar tal-2011, kien hemm 2994 persuna li ġew arrestati mill-pulizija in konnessjoni ma’ investigazzjoni kriminali. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 709 li utilizzaw mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati ai termini tal-Art 355AT tal-Kodiċi Kriminali.

Marsaxlokk — xogħlijiet fi Triq Bartholomew u Triq Carmelo Caruana

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar xogħlijiet fuq triq ġdida fi Triq Bartholomew kif ukoll fi triq ġdida fi Triq Carmelo Caruana f'Marsaxlokk?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tenders għal bini tat-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew aġġudikati. Filwaqt li x-xogħol fi Triq Carmelo Caruana se jinbeda din il-ġimgħa, jekk it-temp jippermetti, x-xogħol fi Triq Ġdida fi Triq Bartholomew huwa ippjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Delimara Powerstation — avukat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm assistenza ta' avukat fil-kuntest tal-kuntratt għall-estensjoni tal-powerstation f'Delimara? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min kien l-avukat u kemm tħallas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta għamlet użu mill-avukat tagħha stess.

Żurrieq — Triq Fra Luca Zurki - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsiru x-xogħlijiet fi Triq Fra Luca Zurki fiż-Żurrieq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin se jinħareġ it-tender għal bini ta’ Triq Fra Luca Zurki, Żurrieq . Ix-xogħol ikun jista' jinbeda malli jingħata t-tender u jinħarġu l-permessi neċessarji.

Żurrieq — xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħlijiet fi Triq Dun Nard Mallia, Triq il-Qiegħa, Triq San Bastjan, Triq it-Tin, kif ukoll Pjazza Nigret u Triq l-Iskultur Fabri, kollha fiż-Żurrieq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li nħarġu t-tenders għal bini tat-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Filwaqt li x-xogħol fi Triq Dun Nard Mallia u Triq San Bastjan, Żurrieq inbeda, x-xogħol fi Triq il-Qiegħa, Triq it-Tin, Pjazza bejn Triq in-Nigret u Triq l-Iskultur Fabri, Zurrieq huwa ppjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Ġurnali fuq il-linji tal-ajru tal-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema ġurnali lokali jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri fit-titjiriet tal-linja tal-ajru nazzjonali l-Air Malta? Isir xi ħlas għal dawn il-ġurnali lill-aġenziji li tipprovdihom? Jekk iva, kemm jiswew fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gazzetti fuq it-titjiriet ta’ l-Air Malta huwa provduti lill-linja ta’ l-ajru mingħajr ħlas mill-kumpanija illi tipprovdi s-servizz ta’ l-in-flight entertainment. Il-gazzetti offruti huma Times of Malta, Malta Independent, Malta Today, Nazzjon u Orizzont.

Marsaxlokk — Tas-Silġ - triq fi stat ħażin

Question

Peress ili t-triq ġdida fi Triq tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk tinsab fi stat ħażin u hija ta' inkonvenjent kbir għar-residenti, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet neċessarji għadhom ma sarux?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika eżatt għal liema triq qed jirreferi.