Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #31006 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Atti t'akkużi fuq drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm inħarġu atti t'akkużi għal reati kontra l-liġijiet tad-drogi? X'kienu l-ammonti involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Atti ta' Akkużi għal reati kontra l-liġijiet tad-droga fl-aħħar ħames snin, fejn hemm ukoll mdaħħla t-tip ta' droga u f'numru ta' każijiet il-valur approsimattiv fis-suq kif ukoll il-piż tagħha.

PBS — Bondi+

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jiswa lill-Istat Malti kull programm ta' Bondi+ li jixxandar fuq il-Public Broadcasting Services u kemm swiet is-sensiela fl-iskeda tas-sena li għaddiet? Kemm mistennija tiswa f'din l-iskeda kurrenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-aħħar sena awditjata hija s-sena Ottubru 2009/Settembru 2010. Tul dik is-sena l-programm Bondi + ma sewa xejn lill-Istat Malti għax ma ngħata l-ebda somma mill-fondi EPSO (Pubbliċi). Huwa mistenni wkoll li għas-sena li għaddiet (Ottubru 2010/Settembru 2011) kif ukoll għall-iskeda kurrenti, il-programm Bondi+ mhu se jerġa jiswa xejn lill-Istat Malti għax probabbli, għal darba oħra mhux se jkun hemm il-ħtieġa li jingħata fondi EPSO.

PBS — Dissett

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jiswa lill-istat Malti kull programm ta' Dissett li jixxandar fuq il-Public Broadcasting Services u kemm swiet is-sensiela fl-iskeda li għaddiet? Kemm mistennija tiswa f'din l-iskeda kurrenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sena finanzjarja Ottubru 2009/Settembru 2010 li hija awditjata, kull program ta’ Dissett sewa lill- istat Malti 1,926.12 Euro. Malli l-awditjar għas-sena Ottubru 2010/Settembru 2011 ikun lest, inkunu nistgħu nipprovdu l-figura ta kemm sewa lill-Istat Malti l-programm Dissett. F’din l-iskeda kurrenti il-programm DISSETT mistenni jiswa 66,104.44 Euro li jfisser 1,694.98 Euro għal kull programm. Iżda din il- figura hija indikattiva u mhux finali għax matul is-sena fost affarijiet oħra jista’ jiġri li d-dħul mir-reklamar jonqos jew jiżdied minn dak li jkun ippjanat.
Leg 11 PQ #27796 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Awli tal-Maġistrati — photocopier

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema awli tal-maġistrati għandhom photocopier? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għallinqas kull awla tal-maġistrat ikollha photocopier?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-awli tal-Maġistrati li għandhom photocopier huma awli 2, 3 u 7. Infurmat ukoll illi barra minn dawn il-photocopiers hemm erbgħa oħra li jinsabu fil-one stop shop, fl-annex tar-reġistru tal-kriminal, fir-reġistru tal-kriminal u fl-uffiċċju tar-reġistratur tal-kriminal li jintużaw wkoll mill-Maġistrati. Ma hemmx ħsieb li kull awla tal-Maġistrati jkollha photocopier .

Persuni skwalifikati biex jiksbu liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2011, kemm-il persuna ġiet skwalifikata milli jkollha jew tikseb liċenzja tas-sewqan wara li nstabet ħatja ta' reat u għal liema perjodi kienu l-iskwalifiki imposti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li ġew skwalifikati milli jkollhom jew jiksbu liċenzja tas-sewqan wara li nstabu ħatja ta' reat mill-bidu tas-sena 2011 huwa ta' 368. Il-perjodu ta’ skwalifika jvarja minn tmien ‘t ijiem sa 914 jum, jiġifieri sentejn u nofs; kif ukoll skwalifika tal-liċenzja provviżorja.

Kors tal-Liġi — avukati gradwati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm gradwaw avukati sena b'sena mill-2005 sal-lum? Tista' tgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu riveduti l-entry requirements tal-kors tal-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-Lista mehmuża jidher in-numru ta’ studenti li gradwaw avukati sena b’sena mill-2005 sa l-2010, mill-Università ta’ Malta. Għalissa ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu r-rekwiżiti għad-dħul fiż-żewġ korsijiet tal-liġi. Faculty/Institute Course Route 2004/5 2005/6 2006/7 2007/8 2008/9 2009/0 Total Faculty of Laws Doctor of Laws Law 100 90 81 88 106 114 579 Course Total 100 90 81 88 106 114 579
Leg 11 PQ #27454 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti Kriminali — persuni - ħelsien mill-arrest

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2011, kemm-il persuna tressqu l-Qorti b'arrest u kemm minn dawn il-persuni akkuzati ngħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest mal-preżentata? F'kemm minn dawn il-każijiet l-Avukat Ġenerali talab reviżjoni fil-Qorti Kriminali u f'kemm il-każ din it-talba ġiet milqugħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena 2011 sal-aħħar ta’ Ġunju, 2011, quddiem il-Qrati tal-Maġistrati (Malta) – sede Kriminali - tressqu 471 persuna b’arrest. Minn dawn il-persuni 121 ingħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest mal-preżentata. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kien hemm 25 persuna li tressqu l-Qorti b'arrest. u li minn dawn kien hemm 9 persuni li ngħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest mal-preżentata. Wieħed irid jinnota li minn dawn il-presuni preżentati b’arrrest, jkun hemm min minnhom jagħmel ammissjoni mal-preżentata u jingħata sentenza dak il-ħin stess. Minn dawk il-każijiet fejn ingħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, l-Avukat Ġenerali talab reviżjoni fil-Qorti Kriminali f’26 każ li mil-liema talbiet, 23 ġew milqugħa.

Persuni skwalifikati biex jiksbu liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2011, kemm-il persuna ġiet skwalifikata milli jkollha jew tikseb liċenzja tas-sewqan wara li nstabet ħatja ta' reat u għal liema perjodi kienu l-iskwalifiki imposti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #27214 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li tilfu l-benefiċċju tal-ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin peress li tilfu l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest u ġew ri-arrestati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fit-28 ta' Ġunju 2011 fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien hemm 11-il persuna taħt arrest preventiv u 9 oħra li kienu qed iservu sentenza ta' ħabs minħabba li tilfu l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest.
Leg 11 PQ #27215 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni arrestati pending trial

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni arrestati pending trial u ilhom hekk arrestati: a) aktar minn xahar; b) aktar minn sitt xhur; ċ) aktar minn sena; u d) aktar minn għoxrin xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sat-28 ta' Ġunju 2011 fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin persuni arrestati li l-kawża tagħhom għad trid tinstema' ilhom arrestati kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:- a) 92 persuna minn xahar sa sitt xhur b) 47 persuna minn sitt xhur sa sena c) 29 persuna minn sena sa għoxrin xahar d) 54 persuna aktar minn għoxrin xahar
Leg 11 PQ #27216 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li ġew ri-arrestati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li ġew ri-arrestati għax kisru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, reġgħu ngħataw l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest fl-aħħar sentejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin persuni li ġew ri-arresati għax kissru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li reġgħu ngħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest f'dawn l-aħħar sentejn huwa kif spjegat hawn taħt:- Fl-2009 kien hemm 19-il-persuna li 15 minnhom daħlu b'sentenza ta' ħabs għaliex instabu ħatja fuq ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. L-erbgħa l-oħra ddaħlu l-ħabs fuq arrest preventiv u reġgħu ngħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest. Fl-2010 kien hemm 30 persuna li 26 minnhom daħlu b'sentenza ta' ħabs għaliex instabu ħatja fuq ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. L-erbgħa l-oħra daħlu l-ħabs fuq arrest preventiv li 3 minnhom reġgħu ngħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest waqt li l-eħor għadu taħt arrest preventiv. Mill-ewwel ta' Jannar sat-28 ta' Ġunju 2011, kien hemm 22 persuna; 14 minn dawn daħlu b'sentenza ta' ħabs għaliex instabu ħatja fuq ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. It-tmienja l-oħra daħlu l-ħabs fuq arrest preventiv. Filwaqt li wieħed minn dawn reġa' ingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest u l-oħrajn għadhom taħt arrest preventiv.
Leg 11 PQ #27253 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukat Ġenerali — nolle prosequi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu nolle prosequi mill-Avukat Ġenerali sena b'sena mill-2005 sal-lum u x'kienu l-akkużi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Minn indaġini li saret fl-atti ta’ l-Uffiċċju tal-Avukat Generali jirriżulta illi mill-2005 sallum l-Avukat Ġenerali uża l-poter tiegħu li joħroġ nolle prosequi u li jagħmel rapport lill-President ta’ Malta fejn, kif huwa obbligat bil-liġi, jispjega r-raġunijiet għaliex kien qiegħed jeżerċita dak il-poter u għaliex ma kienx tal-opinjoni li l-proċeduri kellhom jitkomplew, f’erba' każijiet. Infurmat ukoll illi l-akkużi kienu t’attentat ta’ qtil u ferita gravi, ta’ importazzjoni ta’ droga mingħajr il-konoxxenza li dak li kien qed jiġi importat kien droga (u dan wara sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali), ta’ attentat ta’ qtil, u ta’ ħsara volontarja fuq il-proprjeta' ta’ axxendenti.
Leg 11 PQ #27254 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li ġew liberati jew ikkundannati piena mhux karċerarja,

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fis-sena 2010 kemm persuni ġew liberati jew ikkundannati piena mhux karċerarja, liema persuni kienu nżammu għal xi żmien arrestati taħt arrest preventiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #27077 Sitting 375 2011-06-28 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ġurijiet u pieni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi ġurijiet mill-bidu tas-sena u x'kienu l-pieni li ngħataw? Jista' jgħid kemm persuni ġew liberati mill-ġurijiet fl-istess perjodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qorti Kriminali, mill-bidu tas-sena sal-20 ta’ Ġunju, 2011 ġew deċiżi 31 ġuri. Infurmat ukoll illi l-pieni li ngħataw kienu jvarjaw: ingħataw 28 pieni ta’ ħabs effettivi, waħda minnhom għal għomor, flimkien ma' pieni għall-ħlas ta’ multi u spejjeż peritali, kif ukoll ingħataw żewġ sentenzi ta’ ħabs sospiżi. Kien hemm ukoll persuna waħda li ġiet liberata fl-istess perjodu.
Leg 11 PQ #27103 Sitting 375 2011-06-28 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — appart għall-video recording tal-interrogazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għall-akkwist mill-Korp tal-Pulizija tal-apparat għall-video recording tal-interrogazzjonijiet? Kemm huwa stmat li se jkun jiswa dan l-apparat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dan il-proċess għadu fi stadju inizjali fejn qed isir studju sabiex jiġi stabbilit liema hija l-aħjar sistema li għandha tiġi adottata. Għalhekk fil-mument huwa prematur biex tingħata stima ta' kemm jiswa l-apparat.
Leg 11 PQ #27104 Sitting 375 2011-06-28 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet fuq finanzi illeċiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mis-sena 1990 sal-lum ġewx investigati persuni dwar finanzjament illeċitu ta' xi partit politiku u jekk itteħdux xi passi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mit-tagħrif disponibbli ma jirriżultax li kien hemm tali investigazzjoni.
Leg 11 PQ #27105 Sitting 375 2011-06-28 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesti maġisterjali — esperti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru esperti fl-inkjesti maġisterjali mill-bidu tas-sena sal-lum u f'liema kategoriji ta' perizja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar.

Skola ta' Birżebbuġa — xogħlijiet ta' manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq partijiet tal-iskola ta' Birżebbuġa? Tista' tgħid jekk hemmx pjanijiet għal-librerija fl-istess skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskola ta’ Birżebbuġa huwa ppjanat li jsir mis-Sezzjoni Teknika tad-Direttorat fis-sajf li ġej. Preżentament jeżistu żewġ libreriji fl-iskola għall-użu esklussiv tal-istudenti.

Birżebbuġa — xogħlijiet fil-pitch tal-water polo

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tax-xogħlijiet li jridu jsiru fil-pitch tal-water polo f'Birżebbuġa? Jista' jgħid kemm huwa stmat li se jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ investigazzjoni dwar il-blat u ħamrija mistenni jibda f’qasir żmien. Dan huwa meħtieġ qabel ma jibda ix-xogħol ta’ kostruzzjoni. Huwa stmat li dan il-proġett se jiswa €923,596 għall-bini ta’ raised pool filwaqt li l-bini tal-kumpless amministrattiv (Club House) se jiswa €482,000 .

Birżebbuġa — depot tal-fuel magħruf bħala tax-Shell

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-depot tal-fuel magħruf bħala tax-Shell li jinsab f'Dawret il-Qalb Imqaddsa Birżebbuġa, hemmx il-ħsieb li jiġi trasferit għal post aktar adatt, peress li dan jinsab fil-qalba tar-raħal?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm il-ħsieb li l-operat tal-Petroleum tal-Enemalta li bħalissa qiegħed isir mill-impjant tal 31 ta Marzu 1979 B’Bugia jiġi relokat.