Bini tal-Parlament il-Ġdid — kampanja ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-Parlament il-Ġdid? Jista' jgħid hux qed isir jew se ssir kampanja pubbliċitarja jew promozzjonali ta' dan il-proġett? Min hu responsabbli minn din il-kampanja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bini tal-Parlament il-ġdid hu madwar 40% lest. Il-Ministeru tiegħi u l-Grand Harbour Regeneration Corporation huma responsabbli li jżommu l-pubbliku nfurmat dwar il-proġett. M'hemmx, u m'hemmx ħsieb li jkun hemm kampanji pubbliċitarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx konkluża l-inkjesta dwar il-mewt tal-individiwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-4 ta' Mejju 2007 waqt li dan kien qed jiġi arrestat mill-pulizija? Jista' jgħid x'kien l-eżistu ta' din l-inkjesta u jekk hux se jittieħdu xi passi kontra xi ħadd? Jekk l-inkjesta msemmija mhix konkluża, jista' l-Ministru jgħid għaliex?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inkjesta msemmija għadha ma ġietx konkluża mill-Magistrat li qed tidderiegi l-imsemmija inkjesta.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġu effetwati emendi kontemplati fl-2003, fir-regolamenti li jirrigwardjaw il-pensjonijiet tal-pulizija fis-sens illi tiġi introdotta l-għażla li l-uffiċjali tal-Pulizija li se jirtiraw ikunu jistgħu jiġu mogħtija flokk din il-pensjoni, pensjoni bir-rata ta' tliet kwarti tal-pensjoni oriġinali flimkien ma' gratifkazzjoni li tkun daqs tnax-il darba u nofs l-ammont li hekk jitnaqqas mill-pensjoni oriġinali jew jekk xi tibdil ieħor huwiex maħsub?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ma hemm ebda ħsieb li jiġu disturbati l-arranġamenti preżenti għar-rigward tal-pensjoni tas-servizz li jibbenifikaw minnha membri tal-Korp tal-Pulizija.
B'referenza għall-proposta elettorali 265 fil-manifest elettorali, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-laboratorju tad-DNA għall-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-sistema tad-DNA li biha l-Pulizija Maltija tkun tista’ tikkompara profili ta’ DNA ta’ persuni suspettati f’reati, tinsab fi stadju avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali tal-pulizija telqu mill-Korp fl-aħħar ħames snin sena b'sena u kemm hemm uffiċjali li taw senjalazzjoni li se jitilqu matul din is-sena? Jista' f'kull każ jindika l-gradi tal-uffiċjali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 367 membru li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija bejn l-1 ta’ Jannar 2007 sat-22 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Dawn kienu s-segwenti:-
Grad
2007
2008
2009
2010
2011
2012
Assistent Kummissarju
-
3
1
1
2
-
Supretendent
2
1
1
2
1
-
Spettur
5
8
-
5
6
-
Surgent Maggur
3
5
6
3
4
-
Surgent
11
19
7
5
10
1
Kuntistabbli
38
72
25
43
65
12
Total
59
108
40
59
88
13
Filwaqt li hemm 46 membru tal-Korp li s’issa taw avviż li beħsiebhom jitilqu mill-Korp matul din is-sena. Dawn kienu s-segwenti:-
Assistent Kummissarju
1
Spettur
2
Surgent Maggur
3
Surgent
8
Kuntistabbli
32
Total
46
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-ammont ta' studenti attwalment fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija fl-Università ta' Malta? Tista' tgħid kemm iggradwaw studenti mid-Dipartiment tas-Soċjoloġija f'kull sena fl-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija għamlu l-kors tal-liġi fl-aħħar għaxar snin u kemm minn dawn għadhom fil-Korp? Jista' jgħid fiex jikkonsisti l-Legal Unit fi ħdan il-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp illi f'dawn l-aħħar 10 snin talbu għall-Qualification Allowance wara li gradwaw fil-kors tal-Liġi, kien ta' 15, fosthom 6 għahom membri fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna arrestata mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali (CID) talbet li tikkonsulta ma' avukat minn Frar 2010 sal-lum? Jsita' jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn Frar 2010 sa Frar ta’ din is-sena, kien hemm 1335 li pprevelaw mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati mill-Pulizija ai termini tal-Art 355 AT tal-Kodiċi Kriminali. Tagħrif dwar kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti ma jinżammx taħt forma ta’ statistika u għalhekk għadu qed jinġabar u jinagħta f’seduta oħra.
vakanza fil-grad ta' Direttur ta' Servizzi Korrettivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għas-sejħa biex timtela l-vakanza fil-grad ta' Direttur tas-Servizzi Korrettivi li nħarġet f'Diċembru 2010? Jista' jgħid għaliex l-istess proċess dam sejjer kważi sitt xhur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħiet għal mili ta' vakanza fil-grad ta' Direttur ma jiġux ipproċessati minn dan il-Ministeru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32128, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew maħtura fuq it-Task Force msemmija fit-tweġiba?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tat-Task Force imsemmija fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32128 kienu s-segwenti:-
is-Sur Louis Cilia, is-Sur Joe Gerada, is-Sur Oscar Grech, is-Sur George Zerafa, is-Sur Jesmond Camilleri u s-Sur Joseph St John.
*Ara PL 9366 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 455 nhar l-Erbgħa 7 ta' Marzu 2012.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — persuni maħtura fuq il-bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fuq il-bordijiet taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi? Jista' jgħid liema kriterji ta' għażla intużaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi qed jiġu kostitwiti, fil-fatt nhar l-Erbgħa 29 ta' Frar 2012 twaqqaf l-Offenders Assessment Board. Bħal ma japplika għal kull ħatra simili, l-persuni jintgħazlu abbażi ta' esperjenza professjonali, kwalifiċi u idonjeta għar-rwol li jkunu mitluba jesegwixxu.
Dipartiment tas-Soċjoloġija — kap tad-dipartiment u lecturers
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huwa l-Kap tad-Dipartiment tas-Soċjoloġija fl-Università ta' Malta u kemm ilu jokkupa din il-kariga? Tista' tgħid kemm hemm lecturers fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija u min huma? Kemm hemm minnhom full-time u kemm hemm minnhom part-time u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom? Tista' tgħid liema huma l-korsijiet offruti minn dan id-Dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm dam fil-kariga ta' aġent direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qabel inħatar direttur? Jista' jgħid għaliex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant inħatret Aġent Direttur tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fis-26 ta' Awwissu 2008, ftit wara r-riżenja ta' Direttur ta' dak iż-żmien. Effettivament, l-inkarigu ngħata lil din il-persuna li dak iż-żmien kien Spettur fil-Korp tal-Pulizija, għaliex kienet taġixxi bħala d-Deputy tad-Direttur f'dak il-perijodu.
Iċ-ċirkostanzi ta' meta ngħatat din il-ħatra kienu karetterizzati minn Inkjesta Ministerjali ntiża biex titfa dawl fuq is-sitwzzjoni prevalenti fil-Faċilita' dak iż-żmien, u biex tagħmel kull rakkomandazzjoni meħtieġa sabiex problemi li setgħu jiġu identifikati jkunu ndirizzati. Fil-fatt il-Bord tal-Inkjesta għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu f'Marzu tal-2009 u, immedjatament wara, dan il-Ministeru waqqaf Task Force biex jara li sa fejn hu prattikabbli dawn ir-rakkomandazjonijiet jiġu implimentati. Irriżulta li waħda mid-diversi materji li l-Bord kien irrakkomanda li tiġi ndirizzata kienet l-istruttura organizzattiva tal-Faċilita', spċejalment fejn jirrigwardja s-Senior Management. It-Task Force kien daħal f'dan l-aspett fid-dettal u fassal struttura bl-iskop li jkunu ndirizzati n-nuqqasijiet li kien ltaqa' magħhom il-Bord tal-Inkjesta. Naturalment dan il-proċess kollu kien kumpless min-natura tiegħu u ma setgħax jitlesta fi ftit xhur.
Effettivament kien lejn nofs l-2010 li l-istruttura proposta bdiet tiġi konsolidata u allura l-Ministeru seta jkun gwidat minnha u jaħseb biex jimplimentaha. Kien proprju f'dak iż-żmien (Mejju tal-2010) li ngħata l-parir lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jinbeda l-proċess stabbilit biex timtela l-vakanza fil-grad ta' Direttur tas-Servizzi Korrettivi. Infurmat li s-sejħa ħarġet f'Diċembru tal-2010 u li l-proċeduri tal-għażla tlestew u l-ħatra ngħatat b'effett mit-13 ta' Ġunju tal-2011.
Kien għalhekk, li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant damet isservi ta' Aġent Direttur sat-12 ta' Ġunju 2011.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja fl-aħħar ħames snin, li għexet mill-qligħ tal-prostituzzjoni u x'kienu l-pieni li ngħataw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta’ statistika. Infurmat ukoll illi l-uffiċċju tal-kondotti tal-Pulizija iżomm statisitka ta’ kemm ikun hemm każi ta’ sejbien ta’ ħtija dwar reati partikolari, pero' mhux bin-numru ta’ persuni. Minn din l-istatistika jirriżulta illi bejn l-2007 u l-2011 ġew irreġistrati 573 każ ta’ ħtija fuq każi ta’ prostituzzjoni. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation, liberta' kondizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti fl-aħħar sena akkużata b'reat ta' serq? Kemm minn dawn il-perusni akkużati tressqu b'arrest u kemm biċ-ċitazzjonijiet u għal liema raġunijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 600 persuna li tressqet quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' serq, 385 minnhom tressqu b'arrest.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fl-aħħar sena u kemm-il persuna nstabet ħatja fl-aħħar sena bir-reati taħt l-artikoli 95 u 96 tal-Kodiċi Kriminali, li jirrigwardaw aggressjoni fuq uffiċjal pubbliku u x'kienu l-pieni li ngħataw? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu bl-arrest u kemm biċ-ċitazzjoni u kemm minn dawk li tressqu bl-arrest ingħataw bail fil-preżentata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 270 persuna li tressqet quddiem il-Qorti fuq akkużi, fost oħrajn, taht l-artikoli 95 u 96 tal-Kodiċi Kriminali, 164 minn dawn tressqu bl-arrest u 106 b'ċitazzjoni. Minn dawk li tressqu bl-arrest, 51 ingħataw il-liberta' proviżorja, filwaqt li kien hemm 61 li ġew deċiżi mal-preżentata.
Infurmat ukoll illi matul l-istess sena kien hemm 134 persuna li kienet misjuba ħatja fuq akkużi taħt dawn l-istess artikoli. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, multa, sentenza sospiża ta’ priġunerija, ordni ta’
probation,
ordni għall-liberazzjoni taħt kondizzjoni, obligazzjoni taħt l-Artikolu 383 Kap 9, u ċanfira jew twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fl-aħħar sentejn akkużata bi tlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalità Maltija? Jista' jgħid x'kienu l-pieni li ġew inflitti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar sentejn kien hemm 197 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti għal 1,403 darba fuq akkużi relatati ma' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni. Dawn kienu ta’ nazzjonalita' Maltija, għajr għal persuna waħda. Is-sentenzi mogħtija fil-każi deċizi kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation, liberta' kundizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba.
persuni akkużati bir-reat ta' pussess sempliċi tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti akkużati bir-reat ta' pussess sempliċi tad-droga, fl-aħħar ħames snin u għal liema pieni ġew ikkundannati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati bir-reati ta' possess sempliċi ta' droga fl-aħħar 5 snin huwa hekk kif riprodott hawn taħt:
* sa l-aħħar ta' Novembru
Qed inqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni fl-aħħar ħames snin akkużati bir-reat ta' money laundering u kemm minn dawn inħareġ att ta' akkuża fil-konfront tagħhom? Kemm intbagħtu sabiex jiġu ġudikati mill-Qorti tal-Maġistrati? Jista' jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il sentenza ngħatat dwar akkużi ta' money laundering? X'kienu l-ammonti ta' flus involuti u l-pieni inflitti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li minn statistika miżmuma mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, kien hemm 43 każ ta’ riċiklaġġ li dwarhom l-Avukat Ġenerali ħareġ Ordni sabiex jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti Kriminali filwaqt li f’każ wieħed ingħata Ordni mill-Avukat Ġenerali sabiex jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qrati tal-Maġistrati. Mit-tlieta u erbgħin (43) każ li nġiebu quddiem il-Qorti Kriminali, inħarġu kontro-ordni fi tmien każijiet. Sallum ingħataw seba’ sentenzi.
Il-piena inflitta kif ukoll, fejn magħruf, l-ammont riċiklatt huma indikati fil-lista kif annessa.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm ġew irtirati atti t'akkużi u kemm minn dawn il-każijiet intbagħtu mill-Avukat Ġenerali sabiex jiġu ġudikati mill-Qorti tal-Maġistrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri bejn l-2006 u l-2011, ġew irtirati tmien (8) Atti ta' Akkuża li kienu ppreżentati mill-Avukat Ġenerali quddiem il-Qorti Kriminali. Minn dawn it-tmienja, sitta (6) ġew mibgħuta lill-Qorti tal-Maġistrati