Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu akkwistati aktar tazer guns sabiex jiġu użati mill-Korp tal-Pulizija? Jista jgħid fuq liema kriterji jintużaw l-ammont ferm limitat li għandu l-korp fil-preżent?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi huwa maħsub li l-Korp tal-Pulizija ikollu aktar taser guns għal użu tal-membri tal-Korp. Il-kriterji dwar l-użu tat-taser guns huma dawk li hemm stipulati fiċ-ċirkolarijiet interni maħruġa fit-23 ta’ Settembru 2008 u fit-22 ta’ Jannar 2009.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il ġuri ġie patteġġjat wara ammissjoni u kemm-il ġuri kien kontestat? Kemm minn dawk li ġew kontestati instabu ħatja u kemm kien hemm sentenza liberatorja?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-istatistika moghtija hawn taht turi, sena b’sena, kemm fil-Qorti Kriminali f’dawn l-ahhar hames snin gew patteggjati gurijiet wara ammissjoni, kemm il-guri gie kontestat u kemm minn dawk kontestati, instabu hatja u kemm gew illiberati
Sena 2007 :
7 Att ta’ Akkuza patteggjati
8 Att ta’ Akkuza Kontestati li minnhom 8 gew misjuba hatja u xejn liberati.
Sena 2008 :
5 Att ta’ Akkuza patteggjati
14 Att ta’ Akkuza Kontestati li minnhom 13 instabu hatja u 1 liberat.
Sena 2009 :
10 Att ta’ Akkuza Patteggjat.
15 Att ta’ Akkuza Kontestati li minnhom 13 instabu hatja u 2 liberati.
Sena 2010 :
12 Att ta’ Akkuza Patteggjat.
21 Att ta’ Akkuza Kontestat li minnhom 4 gew illiberati.
Sena 2011 :
32 Att ta’ Akkuza Patteggjat.
18 Att ta’ Akkuza Kontestat li minnhom 2 gew illiberati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' omiċidju li seħħew fl-aħħar għaxxar snin għadhom ma ġewx solvuti mill-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi 10 każi ta’ omiċidju volontarju li seħħew matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċioe' mill-2002 'l hawn u li s’issa għadhom ma ġewx solvuti.
Persuna li komettew omiċidju volontarju li ma tressqux il-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna li kkommettiet omiċidju volontarju ma tressqitx il-Qorti peress li mill-investigazzjoni rriżulta li kienet qed taġixxi in legittima difesa? Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni u d-dati meta seħħ il-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċioe' mis-sena 2002 'l hawn kien hemm żewġ każi fejn persuna inqatlet u ma nbdewx proċeduri kriminali. Dawn iż-żewġ każijiet kienu jinvolvu membri tal-Korp tal-Pulizija. Każ minnhom seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2002 ġewwa Hal Luqa fejn il-Pulizija sparaw fuq persuna li kienet qed iżomm persuna oħra bħala ostaġġ taħt theddida imminenti tal-mewt. Il-każ l-ieħor kien seħħ nhar l-4 ta’ Mejju 2007 f’Ħal Qormi, fejn il-Pulizija sparaw sabiex jiddefendu lilhom infushom fuq persuna li attakathom b’mus. Fiż-żewġ każijiet kien ġie konkluż mill-Maġistrat inkwirenti illi ma kienx hemm lok li jittieħdu proċeduri kriminali fil-konfront tal-membri tal-Korp u li dawn kienu aġixxew in leggittima difesa tagħhom jew ta’ ħaddieħor.
Korp tal-Pulizija — investiment fil-Faċilitajiet u tagħmir forensiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, sena b'sena x'kien l-ammont ta' investiment fil-faċilitajiet u tagħmir forensiku tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat ill matul dawn l-aħħar ħames snin, il-Korp tal-Pulizja investa f’diversi apparat sabiex jimmodernizza t-tagħmir u jtejjeb il-faċilitajiet fit-Taqsima tal-Forensika, anke’ permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Fost dawn, ta’ min isemmi laboratorju diġitali ġdid sabiex isir żviluppar ta’ ritratti li kien jammonta għal €187,282 li inxtara fl-2008, flimkien mas-somma ta’ € 63,748 f’materjali li jiġi kkunsmat b’konnessjoni max-xogħol ta’ din it-Taqsima.
Matul l-2009, sar investiment ta’ € 320,798. Dan kien jinkludi xiri ta’ apparat sabiex jiġu eżaminati dokumenti tal-ivjaġġar, flus u dokumenti oħra suspettati li jkunu foloz. Inxtara wkoll apparat li jiżviluppa impronti diġitali minn fuq diversi materji kif ukoll inxtraw numru ta’ kameras tar-ritratti diġitali. Ma’ dawn kien hemm ukoll € 47,610 f’
consumables.
Fl-2010, il-Korp tal-Pulizija investa €38,583 f’apparat diġitali sabiex jiġu analizzati filmati in konnessjoni ma’ investigazzjonijiet. Inxtrat ukoll
videocamera
digitali professjonali li swiet €18,000, filwaqt li intefqet is-somma ta’ € 65,852 f’materjal li jintuża fix-xogħol ta’ kuljum ta’ din it-Taqsima.
Matul is-sena l-oħra mhux anqas minn €172,778 ġew investiti fis-sistema ta’
database
tad-DNA, li qedgħa għall-użu fit-tpartit ta’ informazzjoni ma' pajjiżi Ewropej oħra. Ma' dawn wieħed irid isemmi wkoll in-nefqa ta’ €45,106 f’materjal li kien ikkunsmat għal finijiet ta’ sigurta’ u preservazzjoni ta’ oġġetti elevati minn fuq ix-xena tar-reat, kif ukoll ilbies protettiv għall-uffiċjali li jaħdmu fil-Laboratorju Forensiku.
Din-is-sena, Il-Korp investa €1,592,856 f’apparat ġdid li jaħżen u jikkompara l-impronti diġitali u tal-marki tal-pali tal-idejn. Dan l-apparat huwa intenzjonat li jintuża kemm għal komparazzjoni tal-impronti diġitali elevati minn fuq ix-xena tar-reat kif ukoll fil-bdil ta’ informazzjoni ma' pajjiżi oħra Ewropej. Ġew investiti wkoll €11,702 f’apparat imsejjaħ
hand held retroviewers
sabiex ikompli jittejjeb l-apparat li jiċċekkja d-dokumenti u flus foloz, kif ukoll €46,852 f’appart xjentifiku ieħor li jintuża sabiex jitkejjel l-alkoħol fin-nifs. Ġew investiti wkoll madwar €9,000 f’apparat ġdid ieħor li jipproduċi imaġini ta’ l-uċuħ waqt intervisti li jsiru mal-vittmi jew xiehda. Sa issa intefqu ukoll €29,543 f’materjal ieħor li jiġi ikkunsmat sabiex tiġi priservata l-evidenza.
Dan ifisser li matul dawn l-aħħar erba’ snin ġew investiti aktar minn żewġ miljuni u nofs Ewro (€2,649,610) fil-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija. Dan barra xogħol ieħor ta’ manutenzzjoni, modernizzar u tisbieħ fl-ambjent in ġenerali f’uffiċċini ġodda fil-kumpless tat-Taqsima Fornesika.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin kemm uffiċjali tal-pulizija telqu mill-Korp kif appena għalqu l-25 sena servizz? Jista' jgħid kemm fil-preżent kemm-il membru tal-korp għalqu l-25 sena servizz u għadhom fil-korp u f'liema gradi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 4 snin, ċioe' mill-2009 'l hawn, kien hemm 56 membru tal-Korp li rtira mis-servizz appena għalqu l-25 sena servizz. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 195 membru tal-Korp li għalqu il-25 sena servizz u li għadhom iservu fil-Korp. Dawn huma, Kummissarju, Deputat Kummissarju, 5 Assistenti Kummissarji, 6 Supretendenti, 4 Spetturi, 23 Surġent Maġġur, 17-il Surġent u 138 Kuntistabbli.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm persuni qegħdin bil-libertà proviżorja taħt l-awtorità tal-Qrati Maltin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-registru tal-Qrati ta’ Gurisdizzjoni Kriminali u Qrati ta’ Ghawdex m’ghandhux tali statistika kompjuterizzata u ghalhekk mhux f’pożizzjoni li jirrispondi din id-domanda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hu rċeviex korrispondenza minn assoċjazzjonijeit tal-Pulizija fl-Ewropa li kkritikaw il-proposti tiegħu għat-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm diversi korrispondenza minn Assoċjazzjonijiet tal-Pulizija fl-Ewropa, li qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha vetturi għad-dispożizzjoni tagħha t-Taqsima tal-Pulizija tat-Traffiku u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija għandha għad-dispożizzjoni tagħha 37 mutur u 2 karozzi. Infurmat ukoll illi fil-preżent qed isiru l-preparamenti sabiex joħroġ tender pubbliku għax xiri ta’10 muturi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru fil-Korp tal-Pulizija ġie sospiż fl-aħħar ħames snin? Kull wieħed kemm dam hekk sospiż u għal-liema raġuni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, cioè mill-2008 sallum, kien hemm 17-il membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew sospiżi għax kienu għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom. Minn dawn, 14 għadhom sospizi għax il-każ tagħhom għadu pendenti quddiem il-Qorti, tnejn damu 29 xahar sospiżi kull wieħed sakemm il-każ tagħhom ġie deċiż u ieħor dam 3 xhur sospiż sakemm irtira mis-servizz.
Korp tal-Pulizija — membri ħatja ta; reati kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm membri tal-Korp tal-Pulizija nstabu ħatja ta' reati kriminali u x'kienu l-pieni li ngħataw? Jista' jgħid jekk dawn għandhomx fil-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, cioè mill-2008 sallum, kien hemm 17 il-membru tal-Korp tal-Pulizija li nstabu ħatja ta’ reat kriminali. Il-pieni mgħotija kienu jinkludu multa, probation u sentenza sospiża. Minn dawn hemm 7 li wara li kellhom il-każ tagħhom maqtugħ quddiem il-Qorti u għaddew il-proċeduri skont ir-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien ġie deċiż li dawn għandhom jibqgħu jservu fil-Korp.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — korsijiet tal-priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qed isegwu korsijiet fl-Università u liema huma dawn il-korsijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm priġunier li qed jattendi kors li jwassal għall-Baċellerat fl-Antropoloġija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat tal-Prosecution Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u fiex jikkonsisti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26502, bid-differenza li fil-preżent hemm stazzjonati Supretendent u Spettur.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korp tal-Pulizija se jkollu apparat għal video recording tal-investigazzjonijiet/stqarrijiet u kemm se jiġi jiswa dan l-apparat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għalkemm il-proċess sabiex il-Korp tal-Pulizija jkollu apparat għal video recording wasal fi stadju avvanzat, għad mhux magħruf kemm se jkun jiswa.
Faċilità Karrettiva ta' Kordin — ħlas ta' overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'overtime l-impjegati tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sena b'sena fl-aħħar ħames snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-impjegati tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar ħames snin tħallsu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena Ammont overtime
2007 €1,298,483
2008 € 1,442,088
2009 € 1,498,028
2010 € 1,674,682
2011 € 1,903,450
Dawn l-ammonti jinkludu ħlasijiet lill-Pulizija ta’ skorti li jsiru ma’ priġunieri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm esebiti kienu mitlufa mill-Qorti fl-aħħar ħames snin u kemm minn dawn għadhom ma nstabux sal-lum?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Fil-Qrati ta’ Gudikatura Kriminali (Malta), f’dawn l-aħħar ħames snin, kien hemm każ wieħed biss fejn l-esibiti kienu mitlufa u għadhom ma nstabux sal-lum.
Fil-Qrati ta’ Ghawdex: f’dawn l-aħħar ħames snin, ma kienx hemm każ fejn l-esibiti kienu mitlufa u għadhom ma nstabux sal-lum.