Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14924 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imqabba — xogħlijiet fuq bini ta' toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14129, jista' l-Prim Ministru jwieġeb ukoll it-tieni, it-tielet u r-raba parti tal-mistoqsija u possibilment jannetti pjanta bit-toroq indikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14129, il-Kunsill Lokali Mqabba qed jippjana illi jibda x-xogħol fuq dawn it-toroq f’Marzu 2010. Dan ix-xogħol huwa mistenni jdum sena, sa Marzu 2011. Il-Gvern ċentrali ser jgħaddi lill-Kunsill Lokali l-ammont ta’ € 300,000 bħala parti mill-Proġett Pilota fi tliet lokalitajiet sabiex it-toroq kollha li għad fadal isiru f’dawn il-lokalitajiet jitlestew fi żmien qasir minflok fuq medda ta’ snin. Il-kumplament ser joħorġu mill-flus tal-Kunsill bi ftehim mal-kuntrattur f’pagementi ta’ kull xahar sa Marzu 2014. L-ammont li ser joħroġ il-Kunsill mhux mistenni jaqbeż it-€ 300,000. F’dan l-istadju il-pjanti mhumiex finalizzati.
Leg 11 PQ #14129 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imqabba — xogħlijiet fuq bini ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika liema huma dawk it-toroq fl-Imqabba li se jsiru fuqhom xogħlijiet jew li se jinbnew mill-ġdid, u dan possibilment permezz ta' pjanta? Jista' jgħid ukoll meta mistenni jibda x-xogħol? Kemm huwa stmat li se jdum? Kif se jsir il-finanzjament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ l-Imqabba indika t-toroq li ġejjin, li beħsiebu jagħmel matul is-sena 2010: Triq Ħal Kirkop, Triq il-Pal, Triq it-Troll, Triq il-Mitħna, Triq ix-Xriek, Triq l-Aħwa Ghigo, Sqaqien il-Parroċċa 1, 3 u 4, Triq il-Fjuri u ż-żewġ sqaqien tagħha, Sqaq fi Triq Santa Katerina, Triq iż-Żurrieq, Triq il-Murselli, Triq is-Saljatura, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (service roads), Triq il-Kileb, Triq Santa Marija, Triq iċ-Ċavi, Triq San Mikiel, Misraħ il-Fidwa, Triq id-9 ta’ April, Triq il-Qattara, Triq l-Imterrqa, Triq Baskal Xuereb, Triq Dun Giacomo Tortella, Triq Annetto Caruana u Triq il-Ġdida fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija.
Leg 11 PQ #14129 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Interim From: FRANCO DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imqabba — xogħlijiet fuq bini ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika liema huma dawk it-toroq fl-Imqabba li se jsiru fuqhom xogħlijiet jew li se jinbnew mill-ġdid, u dan possibilment permezz ta' pjanta? Jista' jgħid ukoll meta mistenni jibda x-xogħol? Kemm huwa stmat li se jdum? Kif se jsir il-finanzjament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Imqabba — xogħlijiet fi Triq Dun Giacano Tortella

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet fi Triq Dun Giacano Tortella fl-Imqabba, peress illi l-istat tat-triq imsemmija huwa wieħed ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq Dun Giacano Tortella, Mqabba hi waħda mit-toroq li hija inkluża fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħlijiet f'din it-triq ikunu jistgħu jinbdew skond il-fondi li jkun hemm u l-prijoritajiet li jirriżultaw.

Żurrieq — Xogħlijiet fi Triq Valletta

Question

Peress illi Triq Valletta fiż-Żurrieq tinsab fi stat ħażin u peress illi kif irriżulta mill-mistoqsija parlamentari 9309 kien għaddej il-proċess ta' evalwazzjoni ta' offerti minn kuntratturi biex jagħmlu x-xogħol, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess, jekk ġiex konkluż u b'mod ġenerali meta hu maħsub li se jinbdew ix-xogħlijiet fuq l-imsemmija Triq Valletta fiż-Żurrieq u t-toroq tal-madwar, fosthom Triq il-Qrendi, Vjal Blue Grotto, Vjal ix-Xarolla u Triq Dun Ġużepp Barbara li mistennija jintużaw bħala toroq alternattivi waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi għadu għaddej il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender għall-bini ta' Valletta Road, Żurrieq. L-aġġudikazzjoni tal-offerti jinsab fi stadju avvanzat.

Marsaxlokk — xogħlijiet fi Triq Carmelo Caruana

Question

Peress li x-xogħlijiet fi Triq l-Avukat Carmelo Caruana, Marsaxlokk inbdew u waqfu f'nofshom b'tali mod li l-istat tal-istess triq qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-istess triq, jista' l-Ministru jgħid għaliex waqfu x-xogħlijiet u meta ser jitkomplew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien wieħed temporanju bil-għan li jitjieb l-aċċess għar-residenti sakemm din it-triq tiġi asfaltata. Infurmat ukoll li t-triq imsemmija hija nkluża fil-programm ta' toroq li jridu jsiru, dejjem meta jkunu allokati l-fondi u skond il-prijorità ffissata.

Birżebbuġa — Sqaq għall-Għolja ta' Borg in-Nadur - tqegħid ta' lampi tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa għat-tqegħid ta' lampi tad-dawl fid-daħla tal-isqaq għall-Għolja ta' Borġ in-Nadur, Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-responsabbilta ta’ lampi ġodda f’Birżebbuġia taqa’ taħt il-Kunsill Lokali. Jekk il-Kunsill Lokali għandu xi talba biex jinxtegħlu xi lampi ġodda, dawn għandhom jgħaddu din it-talba lil Enemalta bid-dettalji kollha.

Birżebbuġa — Sqaq għall-Għolja ta' Borg in-Nadur - tqegħid ta' lampi tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa għat-tqegħid ta' lampi tad-dawl fid-daħla tal-isqaq għall-Għolja ta' Borġ in-Nadur, Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.