Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — paga ta' persuna ingaġġata fil-ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, x'kariga għandu fid-dekasteru tiegħu meta ġie ingaġġat u x'inhi l-paga tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija, bħalissa qiegħda tipprovdi servizz ta' Project Management lil GHRC u ilha tagħmel hekk minn Jannar 2012. Ta' dan is-servizz qegħda tirċievi €3,250(ex- Vat) fix-xahar.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — reati ta' bribery

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati ta' bribery ta' uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm-il uffiċjal pubbliku li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu ġie mressaq il-Qorti akkużat b'reati ta' bribery fl-aħħar ħames snin? Jista' jgħid x'karigi kellhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — paga ta' persuna ingaġġata fil-ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, x'kariga għandu fid-dekasteru tiegħu meta ġie ingaġġat u x'inhi l-paga tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #37483 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Persuni mressqa l-Qorti b'reati kommessi ta' tixħim t'uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'reati kommessi ma tixħim t'uffiċjali pubbliċi li kienu jaqgħu taħt il-dekasteru tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni? Jista' jgħid x'kienu l-karigi ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar 5 snin, cioè mill l-2008 l’hawn, kien hemm 13-il persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ tixħim ta’ uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni. Dawn kienu skrivan, perit u 11 il-persuna oħra li ġew akkużati li xaħmu lill uffiċjali.
Leg 11 PQ #37484 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Tendering tal-BWSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-allegazzjonijiet dwar il-proċess ta' tendering tal-BWSC, b'mod speċjali, iżda mhux biss, l-involviment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġewx investigati mill-pulizija eżekuttiva jew f'inkjesta maġisterjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-pulizija qatt ma kellha xi rapport ta’ suspett ragjonevoli ta’ reat kriminali f’dan il-process. Ghandu jinghad illi dan il-kaz kien gie riferut lill-Awditur Generali ghall-investigazzjoni minn naha tieghu. Mill-investigazzjoni li ghamel l-Awditur Generali, kien irrizultalu li kien hemm diversi kazijiet ta’ nuqqasijiet amministrattivi minn naha ta’ l-Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti. F’dan ir-rapport l-Awditur Generali eleenka numru ta’ rakkomandazzjonijiet kif ghandhom isiru processi bhal dawn. Sussegwentement il-PAC iddiskuta dan ir-rapport u fl-ebda hin ma gie riferut lill-Pulizija ghall investigazzjoni minn naha taghha.
Leg 11 PQ #37485 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Membri tas-security services — xogħol ta' għassa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx membri tas-security service il jagħmlu xogħol ta' għassa u security mal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda membru tas-Security Service li jagħmel xogħol ta’ għassa u security mal-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #35078 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Feedback negattiv rigward Union tal-Pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mil-liema Assoċjazzjonijiet ta' Pulizija madwar l-Ewropea huwa rċieva feedback negattiv dwar proposta għat-twaqqif ta' Union tal-Pulizija li tinsab f'Abboz ta' Liġi u jekk il-Korp tal-Pulizija kienx diġà oġġezzjona għall-istess proposta qabel ġiet inkorporata fl-Abboz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, filwaqt li bħal ma ntqal fit-tweġiba għad-Domanda Parlamentari Numru 34415, kien hemm korrispondenza minn diversi Assoċjazzjonijiet tal-Pulizija fl-Ewropa dwar id-dritt tal-Pulizija li jissieħbu f’Union. Sa issa, għar-rigward tal-proposta speċifika li tinsab f’Abbozz ta’ Liġi, waslet korrispondenza biss mingħand l-Albanian State Police Union li talbet li l-liġi proposta tkun rikonsidrata.
Leg 11 PQ #35079 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — overtime dovut lill-membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu dovut f'overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija u meta se jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bħala regola ġenerali l-ħlas ta' l-overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija jsir xahrejn b'lura minħabba raġunijiet amministrattivi. Fil-fatt l-overtime li nħadem f’April ta’ din is-sena u li jammonta għall €61,661 ser jitħallas mal-paga tas-16 ta’ Ġunju. Infurmat ukoll illi l-overtime dovut għal-xogħol li sar in konnessjoni mal-elezzjonijiet ta’ Marzu, li jammonta għall €57,871, ser jitħallas mal-paga tal-14 ta’ Lulju 2012.
Leg 11 PQ #35150 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Gwardjani tal-ħabs — ħatja ta' reati kontra l-liġijiet tad-drogi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il gwardjani tal-ħabs instab ħati ta' reati kontra l-liġijiet tad-drogi u x'kienu l-pieni li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninstab infurmat illi f dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm uffiċjal Korrettiv wieħed li nstab ħati ta’ pussess u traffikar ta’ droga. Kien ġie misjub ħati u weħel sentejn priġunerija.
Leg 11 PQ #35151 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Pulizija li nstabu ħatja ta' reati kontra l-liġijiet tad-droga

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il pulizija nstabu ħatja ta' reati kontra l-liġijiet tad-droga u x'pieni ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 10 snin, cioe’ mill 2002 sal-lum, kien hemm tlett persuni li nstabu ħatja li, meta kienu membri fil-Korp tal-Pulizija kellhom fil-pussess tagħhom u ttraffikaw id-droga. Wieħed ingħata 10 xhur priġunerija; ieħor ingħata sentejn priġunerija u Lm800 multa; filwaqt li l-ieħor ingħata 16 il-sena priġunerija u €40,600 multa. Barra minn dan kien hemm ukoll ħdax il-persuna oħra li nstabu ħatja ta’ pussess ta’ droga. Il-piena mogħtija kienet tinkludi sentenzi sospiżi ta’ priġunerija, multi, kif ukoll liberta’ kondizzjonata.
Leg 11 PQ #35152 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Pulizija ħatja ta' traffikar tad-drogi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il pulizija nstabu ħatja ta' traffikar tad-drogi u x'pieni ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 10 snin, cioe’ mill-2002 sal-lum, kien hemm tlett persuni li nstabu ħatja li, meta kienu membri fil-Korp tal-Pulizija, kellhom fil-pussess tagħhom u ttraffikaw id-droga. Wieħed ingħata 10 xhur prigunerija; ieħor ingħata sentejn priġunerija u Lm800 multa; filwaqt li ieħor ingħata 16 il-sena priġunerija u €40,600 multa.
Leg 11 PQ #35159 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ħabsin li ħarbu mill-ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm ħarbu ħabsin mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u kemm damu hekk maħruba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — priġunieri li ma ħallsux il-manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għax ma ħallsux manteniment lill-ulied jew lil konjugi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-25 ta' Mejju 2012, hemm żewġt persuni li għandhom sentenza ta' priġunieri dovut għal nuqqas ta' ħlas ta' manteniment lill-ulied jew lill-konjugi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna taħt is-16-il sena kienet miżmuma detenuta fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar erba' snin sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni taħt is-sittax-il sena miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar erba' snin kien kif ġej:- 2008 12 2009 10 2010 10 2011 5 2012 5 Infurmat ukoll illi jista' jkun li persuna tkun daħlet iżjed minn darba fl-istess sena.

Qorti — każijiet pendenti ta' persuni taħt l-erbatax-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna taħt l-erbatax-il sena tressqet il-Qorti sena b'sena fl-aħħar erba' snin? Kemm minn dawn il-każijiet għadhom pendenti, kemm ġew liberati u kemm instabu ħatja u x'kienu l-pieni li ngħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Persuni taħt l-14-il sena pressqa l-Qorti 2008 2009 2010 2011 2012 Persuni mressqa l-Qorti 19 18 45 52 28 Persuni li l-każ għadu pendenti xejn xejn 4 11 14 Persuni misjuba ħatja 9 12 24 22 11 Persuni liberati 4 4 6 8 3 Persuni dikjarat proċediment eżawrit 6 2 11 11 xejn Ninsab infurmat ukoll illi l-pieni mogħtija kienu, multa, probation, liberazzjoni kundizzjonata u ċanfira jew twiddiba.

Belt Valletta — Strada Rjali - Segways

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-limitu tal-veloċità ta' segways, f'postijiet bħal Strada Rjali fil-Belt Valletta, biex ma jkunx hemm periklu għall-pedestrians?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalkemm m’hemmx indikat il-limitu ta’ veloċità għal dan il-mezz ta’ transport partikolari, hemm regolamenti tat-traffiku li jispeċifikaw li ħadd ma għandu jsuq vettura li taħdem b’makna b’qawwa baxxa b’mod perikoluż jew bi traskuraġni fi triq jew post ieħor pubbliku, jew mingħajr ma jagħti kas ta’ persuni oħra li jkunu qed jużaw it-triq jew il-post.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin u Forensic Unit — mewt ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar disa' snin kemm mietu persuni waqt li kienu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u fil-Forensic Unit f'Monte Karmeli? Jista' jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-mewt ġrat b'kawża naturali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2003 'l hawn mietu 8 persuni waqt li kienu qegħdin jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Infurmat ukoll illi minn dawn, 4 priġunieri mietu b'kawża naturali: 1 miet fil-Faċilità, 1 miet l-Isptar San Luqa, 1 miet San Vinċenz De Paule u 1 miet l-Isptar boffa. Kien hemm ukoll uffiċjal li miet fuq il-post tax-xogħol. Apparti dawn hemm Inkjesta Maġisterjali fuq mewta ta' priġunier li għadha ma ġietx magħluqa.

Persuni akkużati bir-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin sena b'sena kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bir-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-vittma kellha aktar minn sittax-il sena? Jista' jgħid kemm ġew liberati, kemm għadhom pendenti u kemm instabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 2008 2009 2010 2011 2012 Persuni akkużati b’ korruzzjoni ta' minorenni 42 60 32 33 7 Każi fejn il-vittma kellha aktar minn sittax-il sena 9 13 7 9 Xejn Persuni liberati 1 2 Xejn Xejn Xejn Persuni li l-każ tagħhom għadu pendenti 25 36 21 22 6 Persuni u misjuba ħatja 16 22 8 10 1

Akkademija tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena twaqqfet l-Akkademija tal-Pulizija u kemm ġew dedikati fondi għall-istess akkademja sena b'sena fl-aħħar erba' snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Akkademja tal-Pulizija ġiet imwaqqfa fl-1988. Għalkemm ma jingħatawx fondi espressament għaliha, dawn jinħarġu mill-fondi tal-Korp kif ikun meħtieġ.