Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjonijiet
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija fis-seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009 fejn jirriżulta li t-talbiet biex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att ġew kollha rifjutati minħabba li l-applikazzjonijiet jew kienu barra miż-żona ta' żvilupp jew ma kenux mibgħuta skont kif tipprovdi l-liġi, u b'mod partikolari b'riferenza għall-applikazzjoni PA 2734/08, li kienet sempliċiment talba biex jiġi mġedded t-terminu ta' permess għal iżvilupp b'referenza PA 1235/03 maħruġ mill-awtorità fl-2003, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega għaliex ma nħariġx l-permess relattiv għall-applikazzjoni PA 2734/08 skont il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) peress li din l-applikazzjoni ma kenitx barra miż-żona taż-żvilupp u kienet mibgħuta skont kif tipprovdi l-liġi, tant li ġiet approvata mill-awtorità fil-21 ta' Ottubru, 2008?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjoni għal żvilupp
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija f'seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009, fejn irriżulta li fit-22 ta' Settembru, 2008 ġie nvokat is-subartiklu 36(6) fir-rigward tal-applikazzjoni PA 2734/08 u li, minflok ma' l-awtorità ħarġet il-permezz minnufih, kif jimponi paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, din poġġiet l-applikazzjoni fuq l-agenda tat-30 ta' Settembru 2008 tal-Kummissjoni kompetenti wara li kien diġà skada t-terminu taż-żmien impost mil-liġi biex l-awtorità tkun tista' tagħmel dan, kif jidher ċar mill-istess risposta u mid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega dan l-aġir tagħha?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'deċiżjoni ħadet dwar din l-applikazzjoni l-Kummissjoni kompetenti fis-seduta tagħha tat-30 ta' Settembru 2008?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684, rigward talbiet biex jinħareġ il-permess skond tal-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) ta' l-Att, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-artiklu 36, inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huwa intiż biex jirregola ż-żmien konċess lill-awtorità biex tiddeċiedi fuq kull tip ta' applikazzjoni mingħajr eċċezzjoni, biex b'hekk jiġu salvagwardati l-interessi leġittimi tal-applikanti kontra dewmien żejjed li jista' jkun hemm min-naħa tal-awtorità?
B'mod partikolari, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-provvedimenti tas-subartikli 36 (1) sa 36 (6), inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huma intiżi biex jirregolaw kemm dawk l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt is-subartiklu 36 (1) kif ukoll dawk li ma jaqgħux taħtu, f'liema każ dawn is-subartikli japplikaw kif debitament emendati mis-subartiiklu 36 (7)?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jitlob l-awtorità tispjega għaliex fil-każ ta' 36 applikazzjoni minn dawn, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, kien hemm dewmien ta' tliet xhur jew iktar minn meta kien tlesta d-Development Permit Application Report sa meta ttieħdet deċiżjoni mill-Kummissjoni kompetenti, minkejja li ma kienx hemm iktar ipproċessar xi jsir?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, minn stħarriġ li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jirriżulta li mill-applikazzjonijiet li tagħhom ingħatat data tal-agenda għas-smiegħ, id-deċiżjoni dwar 33 minnhom ittieħdet f'data sussegwenti jew għada ma ttieħditx.
Jista' l-Prim Ministru jiċċara mal-awtorità jekk dawn id-deċiżjonijiet ġewx diferiti? Jekk dan mhux il-każ jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega għaliex ma ttieħditx deċiżjoni fid-data indikata fir-risposta msemmija qabel? Fil-każ ta' dawk id-deċiżjonijiet li ġew diferiti, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra liema minn dawn id-diferimenti saru bil-kunsens tal-applikant?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Art barra z-zona ta' żvilupp
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684 fejn jirriżulta skond l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-101 talba biex jinħareġ permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att ġew kollha rifjutati minħabba li l-applikazzjonijiet jew kienu barra miż-żona ta' żvilupp jew ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk, meta jgħid li ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, hux qed jirreferi għall-applikazzjonijiet għall-permess ta' żvilupp jew inkella għat-talbiet biex jinħareġ permess, skont l-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp — Applikanti nfurmati li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra liema applikanti ġew infurmati mill-awtorità li t-talba tagħhom ma kenitx ġiet milqugħa, meta ġew infurmati, u x'kienet ir-raġuni li ngħataw?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — każ ta' applikazzjoni
Question
B'riferenza għall-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li kienet ġiet aċċettata bħala applikazzjoni valida mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-30 ta' Marżu 2006, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra xi progress kien sar fl-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni fit-13-il xahar u nofs ta' bejn it-13 ta' April 2006 u d-29 ta' Mejju 2007?
Jista' jgħid liema sezzjonijiet jew units ta' l-awtorità kienu responsabbli mill-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni tul dan il-perijodu?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Avviż biex tieqaf u ta' twettiq
Question
B'referenza għall-Avviż biex Tieqaf u ta' Twettiq li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, datat 10 ta' Ottubru 2007, jista' l-Prim Ministru jistħarreġ għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar damet sas-7 ta' April 2008 biex tirtira dan l-Avviż meta l-allegat "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" kien ġie rimedjat kważi tliet xhur qabel, hekk kif joħroġ minn dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' l-Prim Ministru jistħarreġ jekk kienx hemm xi reżistenza minn xi sezzjonijiet tal-Awtorità għall-irtirar ta' dan l-avviż minkejja illi, kif jidher mid-dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament, is-sezzjoni kompetenti, jiġifieri l-Enforcement Unit, kien diġa' dehrilha li ma kienx hemm iktar "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" saħansitra fis-17 ta' Jannar 2008, jiġifieri kważi tliet xhur qabel ġie rtirat l-Avviż?
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — applikazzjoni għal-iżvilupp
Question
B'referenza għall-Mistqosija parlamentari 4684 mogħtija fis-seduta 71 tal-15 ta' Jannar 2008, u b'xi mod partikulari għall-informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-applikazzjoni għall-iżvilupp li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jivverifika ma' l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent id dettalji li qiegħdin ukoll jinbagħtu separatament?
Jista' f'dawn iċ-ċirkustanzi l-Prim Ministru jivverifika jekk hux il-każ li l-awtorità tara għandhiex x'iżżid mal-informazzjoni li ngħatat fis-seduta 71 sabiex l-istess Awtorità tassigura li jinħareġ il-permess li issa ilu dovut skond il-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4684.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3819 u jinforma lill-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36 (6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA rċeviet 101 talba sabiex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap 356). L-ebda permess ma nħareġ skont il-provvidementi ta’ paragrafu (f) tal-artiklu 36(6).
Ir-raġuni għaliex dawk l-applikazzjonijiet ma ġewx aċċettati hija għaliex jew kienu barra miż-żona ta’ żvilupp jew ma kienux mibgħuta skont kif tipprovdi il-liġi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3819 u jinforma lill-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar — permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li s-servizz tal-Farmaċija ta' l-Għażla Tiegħek ikun kemm jista' jkun malajr estiż ukoll għal Tas-Sliema?
Response (DALLI, JOHN)
Il-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern fil-lokalita’ ta’ Ta’ Sliema bdew jirreġistraw għall-iskema fit-23 ta’ Jannar 2008. L-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek se tibda titħaddem f’din il-lokalita’ fl-4 ta’ Awissu 2008.