Triq minn ħdejn il-Kappuċini tal-Kalkara sa Bieb is-Sultan
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar informazzjoni aġġornata dwar it-triq ippjanata minn ħdejn il-Kappuċċini tal-Kalkara sa ħdejn Bieb is-Sultan, liema triq se tgħaddi minn art agrikola magħrufa bħala Tal-Fatar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għadha qed tistenna direzzjoni mill-MEPA dwar l-imsemmija applikazzjoni.
Triq minn ħdejn il-Kappuċini tal-Kalkara sa Bieb is-Sultan
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar informazzjoni aġġornata dwar it-triq ippjanata minn ħdejn il-Kappuċċini tal-Kalkara sa ħdejn Bieb is-Sultan, liema triq se tgħaddi minn art agrikola magħrufa bħala Tal-Fatar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se titranġa Triq l-14 ta' Settembru 1798, Ħaż-Żabbar, liema triq hi fi stat diżastruż għall-aħħar? X'se jsir biex ikun evitat l-għargħar issa li qed joqrob l-istaġun tax-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq l-14 ta' Settembru 1798 ma teżistix, però ġo Ħaz-Żabbar teżisti Triq l-10 ta' Settembru 1798. Transport Malta qed tipprepara l-programm tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni fit-toroq arterjali u distributorji u se jikkunsidra l-inklużjoni ta' din it-triq. Ninsab infurmat ukoll li ser jitnaddfu l-culverts tal-ilma tax-xita li hemm f'din it-triq.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ingħataw taħrikiet talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja għas-snin 2010 u din is-sena, xahar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nisab infurmat illi in-numru ta’ sewwieqa li kienu qed isuqu vettura li mill-exhaust pipe tagħha kien qed jarmi duħħan eċċessiv li ġew imħarrka mill-Pulizija matul is-sena l-oħra u l-ewwel disa’ xhur ta' din is-sena, huwa kif ġej:-
Issa li beda x-xogħol fuq il-Family Park f’Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni:
a) meta se jkun lest il-proġett ta’ tisbiħ;
b) kemm se jiġi jiswa b’kollox dan il-proġett; u
ċ) x’ħa jsir mill-barriera fuq in-naħa l-oħra tat-triq faċċata tal-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi:
a) il-proġett ta’ tisbiħ jinkorpora diversi fażijiet. L-ewwel parti li tinkorpora
visitors centre
tinsab kważi lesta. Fażijiet oħra jittrattaw ir-rijabilitazzjoni tal-istess wied li kien hemm il-miżbla fih u dan miexi ġmielu. Il-parti l-finali tinkorpora t-tisbiħ tal-biċċa ta’ fuq u t-tlestija ta’ ċerti faċilitajiet li jiżguraw it-tgawdija ta’ dan il-p
ark
. Huwa maħsub li dan il-proġett jitlesta lejn l-aħħar tal-2012;
b) huwa stmat li l-ispiża globali tal-fażiiet kollha tal-proġett hija € 6.9 M, li madwar 85% minnhom se jkun finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea;
c) il-barriera li hemm fuq in-naha l-ohra tat-triq faċċata tal-proġett ma tiffurmax parti mill-
family park
u għaldaqstant ma taqax taħt dan il-proġett.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25944, jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħareġ it-tender għas-servizz tas-securities fi ħdan l-AWAS, biex b’hekk jiġi fit-tmiemu direct order li ngħata fit-13 ta’ April 2011? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa s’issa dan id-direct order?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tender li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti. Infurmat ukoll illi dan is-servizz ta' securities li ngħata fit-13 ta' April 2011 b'direct order lill-kumpanija Kavallier Security u ġie jiswa €41,322.75 sal-aħħar ta' Mejju.
European Charter for regional or Minority Languages
Question
Jista' l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta se tigi ratifikata l-European Charter for regional or Minority Languages (ETS No. 157) ?
Response (BORG, TONIO)
Id-deċizjonijiet dwar ratifika ta' Konvenzjonijiet isiru mill-Ministeru konċernat. Il-Ministeru tiegħi imbagħad iwettaq dik id-deċiżjoni. Għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Convention for the Protection of Human Rights and Fundamenal Freedoms
Question
Jista l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta se jkun iffirmat, u eventwalment ratifikat, Protocol 12 tal-Convention for the Protection of Human Rights and Fundamenal Freedoms (ETS No. 177) concerning the fight against discrimination?
Response (BORG, TONIO)
Id-deċizjonijiet dwar ratifika ta' Konvenzjonijiet isiru mill-Ministeru konċernat. Il-Ministeru tiegħi imbagħad iwettaq dik id-deċiżjoni. Għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Additional Protocol to the European Social Charter Providing for a System of Collective Complaints
Question
Jista' l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta se jkun iffirmat, u eventwalment ratifikat, l-Additional Protocol to the European Social Charter Providing for a System of Collective Complaints (ETS No. 158)?
Response (BORG, TONIO)
Id-deċizjonijiet dwar ratifika ta' Konvenzjonijiet isiru mill-Ministeru konċernat. Il-Ministeru tiegħi imbagħad iwettaq dik id-deċiżjoni. Għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir titjib fuq Triq Labour, Triq il-Foss sa fejn il-Mitħna, u Girdle Road ġewwa Ħaż-Żabbar, liema toroq jinsabu fi stat mill-aktar diżastruz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-każ ta' Triq il-Labour, Transport Malta qed tistenna li jiġi aġġudikat it-tender min-naħa tad-Dipartiment tal-Kuntratti, filwaqt li Girdle Road u Triq il-Foss jagħmlu parti minn proġett ikbar li jiġbor fih ir-rikostruzzjoni tat-toroq li se jwasslu għal Smart City. F'dan il-każ, Transport Malta qed tistenna l-permessi meħtieġa mingħand il-MEPA.
Wied il-Għajn — stat ta' klassifikazzjoni taż-żona turistika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu attwalment l-istat ta' klassifikazzjoni taż-żona turistika ta' Wied il-Għajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iż-Żona ta’ Wied il-Għajn hi kklassifikata bħala Żona Turistika, u l-Awtorità tat-Turiżmu tagħmel monitoring ta’ dan il-lokal, filwaqt li tgħin lill-kunsill lokali fi proġetti turistiċi, u tieħu azzjoni billi tirrapporta nuqqasijiet fil-lokal lill-entitajiet relevanti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li qed jingħata direct order mill-AWAS għal servizz ta’ securities lill-kumpanija Kavallier Security? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ilu jingħata dan id-direct order u jekk kienx hemm l-awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex dan jingħata? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex ingħata bħala direct order u qatt ma nħareġ tender kif soltu jsir f’każijiet bħal dawn? Jista’ jgħid kemm kien il-ħlas li tħallset il-Kumpanija Kavallier Security kull siegħa permezz ta’ dan id-direct order?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul din l-aħħar sena, il-ħtiġijiet ta’ sigurtà taċ-ċentri miftuħa mmexxija mill-AWAS kienu qed jiġu ndirizzati permezz ta’ uffiċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni li kienu ġew assenjati għal dan ix-xogħol meta ċ-ċentri ta’ detenzjoni kienu bdew jiżvojtaw bil-mod il-mod fil-bidu tas-sena l-oħra. F’dawn l-aħħar ġimgħat, bil-wasla ta’ numru sostanzjali ta’ immigranti irregolari, dawn l-uffiċjali kellhom jerġgħu jiġu assenjati b’urġenza maċ-ċentri ta’ detenzjoni. Għalhekk l-AWAS bdiet il-proċess biex tinħareġ sejħa għall-offerti, iżda sadanittant, minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, fittxet fuq is-suq l-orħos prezz għal servizz privat ta’ sigurta’ fiċ-ċentri miftuħa. Infurmat ukoll illi l-orħos prezz għas-servizz temporanju ġie offrut minn Kavallier Security Services Ltd, u s-servizz beda jingħata minn dan il-kuntrattur fit-13 ta’ April 2011.
Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tqassim tal-ikel speċjali ta' min ibati mis-Coeliac Disease se jjibda jsir biss miċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara? Jekk fl-affermattiv, ma jidirlhux li dan se jkun b’detriment għal dawk il-lokalitajiet imbiegħda bħalma huma n-naħa t’isfel ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25114.
Sptar Mater Dei — postijiet vakanti ta' senior pharmacists
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei hemm mill-inqas żewġ postijiet ta’ senior pharmacists vakanti, u li hemm spiżjara fi grad ta’ basic pharmacist li qegħdin jiġu sfruttati billi jagħmlu x-xogħol ta’ senior pharmacist? Jista' jikkonferma li s-sejħa għall-grad ta’ senior pharmacist fl-Isptar Ġenerali ilu ma joħroġ mill-inqas ħames snin? Jista' jagħti informazzjoni jekk sarux, u jekk iva, meta u kemm-il darba, saru talbiet mill-UHM biex toħrog din is-sejħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità hemm numru ta’ vakanzi fil-grad ta’ senior pharmacists inkluż fl-Isptar Mater Il-mili ta’ vakanzi fid-diversi servizzi huwa suġġett għall-Capacity Building Exercise, fejn flimkien mal-Public Administration HR Office u l-Ministeru tal-Finanzi, jiġu determinati il-prijoritajiet għas-sejħiet ta’ applikazzjonijiet skont ir-riżorsi disponibbli.
Il-Union Ħaddiema Magħqudin qajmet il-punt dwar nuqqas ta’
senior pharmacists
f’laqgħa mal-
management
tal-Isptar Mater Dei f’Awissu 2010.
Jista' l-Ministru jgħid il-għala l-ħitan kollha li nbnew tant b’sengħa u sebbħu l-by-pass il-ġdida ta' Wied il-Għajn ma sarilhomx il-coping meħtieġ biex jipproteġihom mill-ħsara tal-elementi? Jekk hemm il-ħsieb li jsiru, meta se jseħħ dan u kemm se jiġu jiswew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħitan inbnew mingħajr coping kif mitlub mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fil-permess ta' żvilupp.
Kumpens lill-bdiewa/sidien ta' raba' — costings tal-istreet furniture
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta' kumpens se jsir ma' dawk il-bdiewa/sidien ta' raba' matul il-by-pass ġdida ta' Wied il-Għajn rigward ix-xatbiet tal-għelieqi tagħhom? Dawn kienu inklużi fil-costings tal-istreet furniture jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li rigward ix-xatbiet tal-għelieqi matul il-by-pass ġdida ta' Wied il-Għajn, il-bdiewa effettwati ftehmu mal-kuntrattur sabiex iħallilhom ix-xatbiet li kellhom u meta dawn inqalgħu ngħataw lill-bdiewa rispettivi. Rigward kumpens għal telf ta’ uċuh tar-raba’ sar assessjar mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, madankollu Transport Malta qed tistenna kjarifiċi mingħand dan l-istess dipartiment.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni f’liema partijiet tat-triq proġettata minn Smart City sal-airport se tkun one-lane kull carriage-way, two-lane kull carriage-way u four-lane kull carriage-way?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa Transport Malta għandha applikazzjonijiet għand il-MEPA li jittrattaw l-ewwel fażi tal-
link road
li minn Smart City Malta ser twassal sal-
junction
ta’ ħdejn iz-zona industrijali ta’ Bulebel, ċioe l-parti Smart City sal-Mina ta’ Hompesch bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar. Dawn it-toroq huma proposti bħala
dual lane - dual carriage way
. Barra minn hekk, Transport Malta ippreżentat għand il-MEPA
Masterplan
li juri wkoll it-tieni fażi ta’ l-istess triq jiġifieri minn ħdejn il-mina ta’ Hompesch sal-
junction
ta’ Bulebel. It-toroq kollha inkużi f’dan il-
Masterplan
huma proposti bħala
dual lane – dual carriageway
. Minn tal-Barrani wieħed jista’ jasal l-ajruport min-
network
eżistenti, fejn fix-xhur li ġejjin ukoll se jkun qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni u titjib tat-toroq
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk Malta rratifikatx l-protokol addizzjoniali Nru. 99 tal-Kunsill tal-Ewropa (European Convention on Mutual Assistance in Criminal Matters)? Jekk ma rritaifikatx, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan isir?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-protokol addizzjonali numru 99 kif ukoll konvenzjonijiet u protokolli oħra tal-Kunsill tal-Ewropa, jkunu ratifikati la darba l-Abbozz tal-Liġi numru 45, li bħalissa qiegħed quddiem il-Parlament, isir Liġi.