Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33755 u jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq vetturi minn Transport Malta matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar u kemm kienu l-vetturi li rriżultaw mingħajr liċenzja, mingħajr assigurazzjoni, sewwieqa mingħajr liċenzja jew li kienu qed jiksru xi dispożizzjoni oħra ta’ xi liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk li setgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, għamlu hekk u kemm minnhom Transport Malta ħadet proċeduri oħra fil-konfront tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2025 saru total ta’ 133
roadblock
fuq diversi vetturi minn Transport Malta. Minn dawn l-ispezzjonijiet instabu total ta’ 262 vettura mingħajr liċenzja u assigurazzjoni, u 772 sewwieq mingħajr liċenzja u assigurazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proġett pilota dwar ir-regolamentazzjoni tax-short lets u jekk hux ser ikun fis-seħħ qabel jibda bis-sħiħ l-istaġun turistiku tas-sajf? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni ta’ x’ser ikunu l-miżuri l-ġodda?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ttieħdu proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom quddiem il-Qrati Maltin, riżultanti minn spezzjonijiet li saru minn awtoritajiet kompetenti u kemm kienu dawk li ġew irrappurtati mil-LESA, Transport Malta u mill-Pulizija Eżekuttiva matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ttieħdu proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom quddiem il-Qrati Maltin, riżultanti minn spezzjonijiet li saru minn awtoritajiet kompetenti u kemm kienu dawk li ġew irrappurtati mil-LESA, Transport Malta u mill-Pulizija Eżekuttiva matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar spezzjonijiet relatati ma
road-checks
, id-dettalji huma dawk li jidhru fit-tabella hawn taħt. Il-figuri jkopru biss akkużi li jkunu ħarġu għal reati li jkunu identifikati waqt tali spezzjonijiet u ma jinkludux kontravenzjonijiet maħruġa bis-sistema elettronika permezz ta’
traffic offence tickets
, waqt l-istess attività. Diversi drabi waqt dawn l-ispezzjonijiet il-Pulizija tkun assistita minn uffiċċjali tal-LESA u/jew Transport Malta. Dwar aktar informazzjoni ta’ każi ta’ akkużi mitluba biex jiġu maħruġa mill-Pulizija f’isem Transport Malta, nitlob lill-Onor. Membru tikkomunika l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Xahar
Numru ta’ spezzjonijiet
Numru ta’ akkużi maħruġa mill-Pulizija waqt spezzjonijiet
Każijiet riferuti lill-Pulizija mill-LESA biex jinħarġu akkużi dwar reati waqt spezzjonijiet
Jannar
432
259
2
Frar
300
232
4
Marzu
306
199
2
April
274
179
4
Mejju
275
197
3
Ġunju
214
113
4
Lulju
205
119
1
Awwissu
276
293
4
Settembru
317
141
2
Ottubru
229
144
2
Novembru
161
99
2
Diċembru
284
164
4
Total
3273
2139
34
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq vetturi minn Transport Malta matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar u kemm kienu l-vetturi li rriżultaw mingħajr liċenzja, mingħajr assigurazzjoni, sewwieqa mingħajr liċenzja jew li kienu qed jiksru xi dispożizzjoni oħra ta’ xi liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk li setgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, għamlu hekk u kemm minnhom Transport Malta ħadet proċeduri oħra fil-konfront tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali għar-refurbishment tal-kamra li ngħatat l-isem ‘Is-Sala Tal-President tal-Qorti’?
Jista’ jipprovdi n-nefqa għal kull oġġett mixtri għad-dekorazzjoni tas-Sala u tal-inventarju kollu tal-kamra? Jista’ jgħid ukoll min ħa ħsieb id-disinn ta’ din il-kamra u jekk inħarġitx tender qabel saret l-għażla tal-persuna jew kumpanija li ħadet ħsieb id-disinn, kif ukoll jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kummissjoni tad-disinn?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sala tal-President, hija l-post fejn il-Prim Imħallef jilqa` delegazzjonijiet ta’ Ġudikanti u dinjitarji oħra li jiġu minn barra l-pajjiż kif ukoll il-post fejn isiru laqgħat importanti mill-Prim Imħallef għal membri tal-Ġudikatura. Din is-sala kien ilu ma jsir refurbishment u investiment fiha għal aktar minn 20 sena, b’hekk lura fl-2022, fuq inizjattiva tal-Prim Imħallef stess u bi djalogu mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, skatta proċess biex din is-sala tiġi nmodernizzata, bil-faċilitajiet neċessarji biex terġa sservi l-iskop oriġinali tagħha. Wara t-tlestija tal-proġett is-sala laqgħet fiha diversi dinjitarji u membri tal-Ġudikatura internazzjonali f’ambjent li jixraq lill-Qorti ta’ Pajjiżna.
Kif mitlub, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa totali fis-sala tal-konferenzi fil-Binja Prinċipali tal-Qorti ġiet tiswa €146,026.59.
Id-disinn tas-Sala ġie kkummissjonat lil Camilleri Paris Mode ai termini tal-Public Procurement Regulations u l-spiża kienet €5,000.
L-investiment għal kull oġġett mixtri għad-dekorazzjoni tas-sala, flimkien mal-inventarju, huma elenkati fid-dokument mehmuż.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32543 dwar jekk il-policy l-ġdida tal-INDIS imħabbra fil-Baġit 2026, tfissirx aktar skemi għall-privat biex jinstallaw sistemi fotovoltajċi, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ser tiġi ppubblikata l-informazzjoni fuq din il-policy?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m’għandix x’inżid ma’ t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 32543.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32545 u jgħid jekk hemmx xi pjan għall-implimentazzjoni ta’ xi skema ta’ sistemi fotovoltajċi għall-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-preżent m’hemmx pjanijiet għall-implimentazzjoni ta’ xi skema ta’ sistemi fotovoltajċi għall-bdiewa.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 32544 u tgħid jekk is-somma ta’ €11.2 miljun, taħt Line Item 5079 – Domestic Battery Storage Scheme fil-Baġit 2026, tkoprix biss skemi kompletament ġodda jew hux se jintuża wkoll għall-back log ta’ dawn il-batteriji minn snin preċedenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-somma ta’ €11.2 miljun, taħt Line Item 5079 – Domestic Battery Storage Scheme fil-Baġit 2026 hija għal skemi ġodda li jinħarġu fl-2026.
Jista' l-Ministru jispjega s-sorsi differenti ta' ilma u foam użat għat-tifi tan-nar u jispeċifika jekk il-maġġoranza tal-ilma użat huwiex ilma ħelu? Jekk iva, jista' jgħid xi prekawzjonijiet jittieħdu biex il-provvista tal-ilma għal inċidenti kbar (bħal dak li rajna fl-iscrapyard tal-Marsa) tkun assigurata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li li l-ilma li jintuża mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa ilma ħelu, u jittieħed minn fire hydrants installati apposta jew minn lokazzjonijiet indikati mill-WSC sabiex ikun żgurat li ma titnaqqasx il-provista lejn il-pubbliku. F'okkażjonijiet ta' inċidenti industrijali liema siti huma biswit il-baħar jista jintuża ilma tal-baħar imma wara l-operazzjoni irid jinħasel it-tagħmir, pompi, vetturi u manek għaliex il-melħ huwa ta’ detriment kbir għat-tagħmir.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-somma ta’ €11.2 miljun, taħt Line Item 5079 – Domestic Battery Storage Scheme fil-Baġit 2026, tkoprix biss skemi kompletament ġodda jew hux se jintuża wkoll għall-back log ta’ dawn il-batteriji minn snin preċedenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tal-POYC (Pharmacy of Your Choice) m’għadux joffri l-aspirina ta’ 75mg u jekk hemmx pjan sabiex din terġa’ tkun disponibbli għall-pazjenti fil-futur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 29823.
Baġit 2025 - Intelligent Traffic Management System
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-“Intelligent Traffic Management System” imħabbra fil-baġit tal-2025? Jista’ jgħid ukoll jekk hix qiegħda tiġi operata b’tali mod li tnaqqas it-traffiku mit-toroq tagħna?