Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu pulizija dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bejn is-sena 2018 u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, l-ammont ta’ uffiċjali tal-Pulizija (eskluż civilians) li żdiedu fil-Korp kien ta’ tliet mija u ħamsin (350).
San Ġiljan, Tas-Sliema u Gżira – postijiet ta’ parkeġġ għall-iscooters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinħolqu postijiet ta’ parkeġġ għall-e-scooters f’San Ġiljan, tas-Sliema u l-Gżira?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi avolja Transport Malta bħalissa m’għandiex talbiet pendenti fir-rigward ta’ parking ta’ e-scooters, bhalissa għaddejja riforma sħiħa fuq l-istess suġġett. Il-Ministeru flimkien mal-Awtorita tat-Trasport kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-kunsill Lokali qegħdin iħarsu lejn pjan ħolistiku biex issir riforma sħiħa għall-parkeġġ tal-e-scooters.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex tinfetaħ information point għat-turisti f’San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qegħda taħdem ma’ entitajiet oħra sabiex tittieħed deċiżjoni rigward il-ftuħ ta’ uffiċċju ta’ informazzjoni għat-turisti li jkopri ż-żona turistika minn San Ġiljan sa Tas-Sliema. Infakkarha li kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi pprovduta wkoll b’mezzi diġitali.
Peress li fi żmien il-pandemija t-tilqim sar mill-policlinics minflok mill-kunsilli lokali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan biex it-tilqim tal-influwenza u oħrajn mhux relatat mal-COVID-19 jerġgħu jingħataw mill-kunsilli lokali għax il-bidla fis-sistema qed tkun problematika għar-residenti minħabba l-fatt li mhemmx policlinics f’kull lokalità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3589.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jibda x-xogħol biex jinfetaħ Community Clinic f’Ta’ Giorni hekk kif kien imwiegħed sena ilu u għadu ma sar xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-Rapport tal-Periti jindika li parti mis-saqaf għandu problemi strutturali serji li jridu jitranġaw qabel ma wieħed ikun jista jikkonsidra li jkompli bl-izvilupp tas-sit. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, il-Primary HealthCare qed tfittex soluzzjonijiet ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-formal request li saret lis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Komunità biex il-Palazzo Spinola jsir Community Centre li jospita fih librerija, berġa u punt ta’ informazzjoni għat-turisti?
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex ikun regolat il-livell ta’ volum ta’ vetturi li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni, speċjalment f’żoni residenzjali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.